Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2022 tal-imgħax: tal-għoli tal-ħajja anzi se joħonqu t-tkabbir' Intant imbagħad Flores ifakkar fiż-żewġt uċuħ tal- munita għal din iż-żieda, li fl-aħħar mill-aħħar ifakkar illi hija sinjal mill-Bank Ċentrali Ewropew sabiex tkun ikkontrollata l-inflazzjoni. Huwa jibda billi jgħid illi meta tgħolli r-rati tal-interessi ikun ifisser li għandek rata aktar għolja sabiex tissellef kapital li jista' wkoll iżda ixxekkel l-investiment privat u kawża ta' dan tonqos ir-rata ta' tkabbir ekonomiku anke minħabba tnaqqis fir-rata tal-konsum. Flores qal illi jifhem li dawk li jfasslu l-politika qed jiffaċċjaw dilemma sabiex irażżnu l-inflazzjoni mingħajr ma jżidu t-tnaqqis ekonomiku li qed jirriżulta mill-gwerra fl-Ukrajna u s-sanzjonijiet u l-embargos assoċjati u imposti bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja. "Dawn qabel kienu sors ewlieni ta' importazzjoni tal-enerġija għall-Unjoni Ewropea. Din hi sikkina li taqta' minn żewġ naħat," kompla jgħid. Huwa qal illi fuq naħa għandek il- mandat tal-Bank Ċentrali Ewropew li qiegħed taħt kundizzjonijiet ta' stress, għax irid ukoll iżomm il-flessibbiltà tal-politika monetarja, anke meta jkun hemm theddid li l-politika monetarja tista' tipperikola l-kisba tal-istabbiltà tal- prezzijiet. U minn naħa l-oħra fl-Unjoni Ewropea r-riskju hu li l-inflazzjoni tissaħħaħ, l-aspettattivi tal-inflazzjoni ma jibqgħux ankrati u għalhekk eventwalment il-Bank Ċentrali Ewropew ikollu jgħolli r-rati ħafna ogħla milli kieku kellu jgħollihom. "Din hi kawża wkoll ta' kif dejjem għidt tal-prossimità tal-Ewropa għall-gwerra fl-Ukrajna, l-interdipendenza mar- Russja u l-effetti kollha tas-sanzonijiet li qed jikkawżaw effetti ekonomiċi negattivi," qal l-ekonomista li sostna illi tant ġejjin xokkijiet negattivi mill-gwerra u inċertezza li dawk li jipprofessaw ħsieb ekonomiku monetarju jemmnu li tgħolli jew ma tgħollix ir-rati tal-interess, it- tbassir hu li l-ekonomija se tnaqqas it- tkabbir tagħha. "Għalhekk il-pressjoni tal-prezzijiet li se jiżdiedu kellha titrażżan billi jgħollu ir-rati tal-interessi." Iż-żieda fir-rati tal-interessi se ssolvi l-problema tal-inflazzjoni? "Jien nemmen li ż-żieda tar-rati tal- imgħax mhux se ssolvi l-problema tal- inflazzjoni, dan minħabba il-fatt li r-rata tal-inflazzjoni mhux ġejja mid-domanda imma mil-provvista. Li tgħolli r-rati tal- imgħax mhux se toħloq aktar ikel, is-sors ta' minn fejn ġejja ż-żieda. Anzi nemmen li din se tkun qed tagħmilha aktar diffiċli għall-investiment privat," hekk beda jsostni Clint Flores għall-mistoqsijiet tal- gazzetta ILLUM. Huwa qal li I-problema tal-provvista trid tkun imnaqqsa u l-intervent hemm irid isir. Għalhekk temm isostni li s-soluzzjoni hija - anke f 'Malta - li nipproduċu l-ikel aħna stess. "Jekk fuq livell globali jew Ewropew mhux se tingħata prijorità lill-produzzjoni tal- ikel, se tkun problema kbira biex iżżomm mal-prezzijiet stabbli u se jkun hawn aktar faqar." Huwa fakkar li kien hemm żmien fejn l-Unjoni Ewropea kien ikollha eċċess ta' ikel u qal illi naħseb li rridu nagħmlu minn kollox biex il-provvista tiżdied speċjalment għall-kontinent, għax tista' tikkawża dipressjoni globali jekk nibqgħu bi tnaqqis fil-provvista. "Jien nemmen li billi se jgħollu r-rati tal-imgħax u joħonqu t-tkabbir ekonomiku mhux se jsolvu l-inflazzjoni, la fl-immedjat u l-anqas fit-terminu medju."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022