Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698
12 festi IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 • illum 'Ma jistax ikun li f'din in-nitfa ta' miftuħa, nippruvaw nikkuntentaw Bini bla rażan, irħula mirduma minn bini għoli u r-reputazzjoni Żejtunija ta' ġellidin. L-ILLUM tiltaqa' mal-Perit Ruben Abela minn Wirt iż-Żejtun u tistaqsi fuq il-kultura Żejtunija u l-irwol tiegħu bħala attivist ambjentali ANTHEA CACHIA Iż-Żejtun huwa wieħed mill-aktar bliet kwieti f 'Malta. Iż-Żejtun, jew speċifikament iċ-ċentru storiku tiegħu, għadu priservat bħala l-belt tipiku u ikona bil-karatteristiċi sinonimi tal- irħula Maltin, bħal Għargħur u r-Rabat, fost oħrajn. Għal dawn ir-raġunijiet iqumu diversi mistoqsijiet fuq jekk dawn il-karatteristiċi Żwieten u Maltin hux se jkunu priservati għall-ġenerazzjonijiet tal-futur jew jekk ir-residenti hux se jibdew iħossu l-ħtieġa li jimmondernizzawh u jeliminaw kompletament l-immaġini tradizzjonali ta' din il-belt. Propju fuq hekk l-ILLUM tkellmet mal-Perit Ruben Abela, eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), eks Kunsillier, President ta' Wirt iż-Żejtun u Żejtuni. Abela għandu passjoni kbira lejn il- belt tiegħu u dan kien evidenti waqt l-intervista hekk kif kull meta beda jitkellem dwar il-ħidma li wettaq hu biex iż-Żejtun jibqa' ħaj; kemm issa kif ukoll fil-futur, dan għamlu bi tbissima u sens ta' sodisfazzjon kbir. 'Wara sentejn nuqqas, kien hemm aspettattiva kbira' Din il-gazzetta għamlet referenza għall-Ġimgħa l-Kbira u l-purċissjoni, li ż-Żejtun tant hi magħrufa għalihom. Minħabba l-pandemija, din il-purċissjoni baqgħet merfugħa, tistenna sena oħra tgħaddi. B'diżappunt kbir, din is-sena minkejja l-preparamenti kollha li saru bil-għan li jerġa' jinħass is-sens ta' normalità, it-temp kellu pjanijiet oħra u kollox sfaxxa fix-xejn. "Sintendi wara sentejn nuqqas ta' dawn l-affarjiet kulħadd ikun qed jistennihom. Il-Ġimgħa l-Kbira kien hemm stennija kbira għaliha iżda sfortuntatment bit- temp tlifna sena oħra," qal Abela. Huwa kompla jgħid li l-Ġimgħa l-Kbira, bħal-festa, issir permezz ta' ħidma kollettiva min-numru ta' volontiera, "u huma dawn l-affarjiet li jiffurmaw il-komunità. Fiż-Żejtun hemm ukoll il-festa u diversi attivitajiet ħajjin li jaraw is-sehem qawwi tal-volontarjat u komunità li tinvolvi ruħha u tipparteċipa b'mod attiv," kompla jgħid Abela, proprju ġimgħa wara l-festa tant maħbuba miż- Żwieten ta' Santa Katarina. 'Dar Nazzaret hi miraklu ħaj' Fuq l-istess temi ta' komunità u volontarjat din l-intervista imbagħad iddur fuq waħda mill-aktar komunitajiet li joħolqu ġid fiż-Żejtun, il-Fondazzjoni Nazzaret. Il-Fondazzjoni twaqqfet fl-1995 minn Dun Anġ Seychell bil-għan li toffri kenn għal dawk il-persuni li ma għandhomx familja, persuni b'diżabilità u persuni li ma jistgħux jgħixu ma' familthom minħabba xi abbuż jew trattament ħażin. Din il- Fondazzjoni għandha tliet idjar, Dar Jean Vanier, Dar L-Arċipriet Degabriele u Dar Nazzaret, li Abela ddeskriviha bħala "miraklu ħaj." Abela żied jgħid li l-inizjattiva ta' Dun Anġ, "persuna li ma għandha bżonn l-ebda introduzzjoni", mhux talli rnexxiet iżda qed tkompli tikber, fil-fatt bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-raba' dar tal- Fondazzjoni. "Il-volontarjat huwa importanti għaliex ġenituri li għandhom tfal b'diżabilità l-ikbar inkwiet tagħhom huwa x'se jiġri minn uliedhom, la darba jiġu neqsin huma. Apparti minn hekk il-ġenituri jkollhom bżonn anke ħin ta' mistrieħ. L-impenn biex tieħu ħsieb persuna b'diżabilità huwa wieħed kbir u l-Fondazzjoni toffri dawn il-postijiet għal dawn il-persuni żvantaġġjati," saħaq Abela. Huwa kompla jgħid li s-sabiħ ta' Dar Nazzaret huwa li dawn il-persuni jiġu integrati fil-komunità, li ma jkunux f 'dar 'il bogħod mill-ħajja soċjali, jinvolvu ruħhom billi fosthom; jitilgħu l-knisja, jmorru l-festa u joħorġu jaraw il- purċissjoni fost oħrajn. 'L-irħula tagħna spiċċaw bħal ġamm f 'nofs donut' Bħalma għidna qabel, meta wieħed iħares lejn iż-Żejtun jara diversi karatteristiċi fil-bini li jmur tajjeb mal-karattru tal-belt. Kien għalhekk li l-ILLUM staqsiet lill-Abela jekk jaħsibx li din il-karatterstika hux se tiġi mhedda maż-żmien, speċjalment meta wieħed iqis l-ammont ta' bini modern li qed jiddomina l-irħula Maltin. Saħaq li ħafna nies li jmorru joqogħdu ż-Żejtun u li ma jkunux imrobbija hemm, iduru għaċ-ċentru tar-raħal, "għaliex għadu priżervat b'mod tajjeb u sabiħ. Jien li ngħix u noqgħod hemm nemmen li kien hemm inizjattivi permezz ta' sussidji bħall-iskema 'Irrestawra Darek', fejn diversi binjiet ġew restawrati u rijabilitati, però waqfna hemm," qal Abela. Hawn huwa staqsa għaliex. Jgħid li dan ġara għaliex il-policies tal-għoli fil- bini, li bdew jinbidlu fl-2005 "miflok ġew irranġati fl-2015, komplew jiġu aggravati. L-irħula u ċ-ċentri storiċi tagħna spiċċaw bħal ġamm f 'nofs donut." Qal li l-periferija qed tinbena kollha blokkok u appartamenti, "minkejja li huma l-istess għoli tal-policy tal- 2005 - dik li ngħidulha streetscape - li ġiet irrovinata kompletament. Qabel l-għoli tas-sulari kienu konformi ma' dak li hemm fil-madwar u għaldaqstant l-estetika tat-triq kienet tkun waħda uniformi." B'dispjaċir huwa jgħid li llum il-ġurnata, tieqa f 'blokka appartamenti ġodda fl- ewwel sular, tiġi għal ġot-tieqa tal-bini ta' ħdejha. Żied jgħid li dan huwa żball kbir u jemmen li immedjatament għandha tittieħed azzjoni billi jiġu iddikjarati buffer zones madwar iż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana (UCA). "Imbagħad hemmhekk, il-policy skabruża li saret fl-2015, ma tiġix applikata. Din hija xi ħaġa li l-Gvern jista' jagħmel." Il-ġlieda biex insalvaw il-bdiewa mitlufa? "Din hija tema li ta' spiss titqajjem però