Illum previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 intervista illum • IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 l-ħela, ir-Reġina u l-ħobża tal-Malti ma' Anton B. Dougall iż-żmien, hija t-temperatura. Fi kliemu, jekk persuna mhux se tagħti kas tat-temperatura u se tħalli l-ikel barra bl-addoċċ, se tkun qed taħli l-ikel u tispiċċa dieħla u ħierġa fil-kamra tal-banju "Jekk filgħodu se ssajjar għal filgħaxija, l-ikel irridu nkessħuh. Jekk għandek borma, aqsamha fi tliet borom u l-ikla se tiksaħ fi żmien siegħa. Erġa' poġġi kollox f 'borma waħda u poġġi fil-fridge. Il-fridge tippakjahix b'ħafna so drinks u ilma." 'L-ekonomija ma tista' tagħmilha minn xejn ħlief mill-ikel...' Tenna li dan kollu huwa importanti meta wieħed qed jippjana l-ikel. "Jekk jien ngħidlek karrotta tagħmilx tnejn. Jekk ngħidlek 800 gramma kapuljat tixtrix kilo." Fi kliemu, l-ekonomija la tista' tagħmilha mill-elettriku u lanqas mill-petrol. L-ekonomija tagħmilha mill-ikel. Il-Maltin jieklu ħafna u għalhekk aktar importanti li jippjanaw. "Mur supermarket u ara tarax lil xi ħadd b'karta. Allura kulħadd jixtri dak li jiġu quddiemu biex imbagħad tispiċċa tarmi xeba affarijiet għax jiskadu. Jekk għandek bżonn bott piżelli għaliex tixtri tnejn? Dawn huma affarijiet importanti. Aħna l-kokijiet allaħares ma nippjanawx fil-kċina għax kieku nfallu u l-prezzijiet jisplodu." Ta' eżempju b'kilo salamun li jiswa €15. Porzjon għal persuna huwa ta' 200 gramma. Kull porzjon se jiswa €3 biss. Tagħmilx żejjed. "Jiena nixtri ħut u min iħares lejja jgħid: dan din biss se jixtri fih daqsiex? Iva għax magħha għandi l-insalata, l-aljotta u kontorni oħra. Ejjew nieklu kemm suppost. Hawn min f 'BBQ jagħmel ħafna ikel qabel u mbagħad zalzett, majjal, tiġieġ, bacon u affarijiet oħra. Idħlu fis-sit tagħna u għandna sensiela ta' kif tagħmel BBQ pass pass.' 'Hemm bżonn aktar tagħlim dwar l-ikel' Tkellimna aktar dwar il-korsijiet li joffri onlajn u li jkollhom konkorrenza kbira. Apparti minn hekk, qabel faqqgħet il- Covid, kien jagħmel korsijiet lill-anzjani fid-djar ta' kura. Fost dawn, kienet tmur mara ta' 94 sena, bil-pitazz f 'idha, bilqiegħda quddiem nett tieħu n-noti. "Kont nispiċċa nistaqsiha jien flok hi. Jien ridt inkun naf hi x'kienet issajjar," qal Dougall waqt li appella li hemm bżonn aktar tagħlim fuq l-ikel u l-preparazzjoni tiegħu, inkluż fuq il-midja. "Programm ta' 11-il minuta fuq l-ikel mhuwiex tagħlim. Għadna 'l bogħod. 40 sena ilu konnha aħjar. Il-programmi tat-tisjir kienu ħafna aħjar." Fi kliemu, hemm programmi ta' tisjir li jagħmlu riċetti li jiswew il-flus jew inkella li diffiċli biex wieħed jiem. "Nippreferi jekk flok tliet platti, naqbdu per eżempju l-panna cotta biss u nispjegalek kif tagħmel lilha sew mill-bidu sal-aħħar. In-nies jitħawdu jekk tagħtihom ħafna informazzjoni. Meta kont nagħmel il-programm 'Tisjir bil-Għaqal' kont ħriġt tliet kotba u minnhom telqu 80,000 koppja. Ir-riċetta qiegħda quddiemek u qed taraha biex jekk inti ma imtx xi ħaġa, tfittixha. Hemm bżonn li jsir tagħlim fuq it-tisjir. Hemm ħafna x'tgħid." 'Daħqu bija għax lil ministru Franċiż ridt nagħtih crouton bil-balbuljata' L-ILLUM staqsiet lil Dougall jekk għandux xi riċetta partikolari li hija għal qalbu. Wieġeb li hu jħobb ħafna l-ħut u l-ikel Malti. "Darba kont mgħajjat biex nipprepara ikla għal ministru Franċiż u dawn riedu ikel Malti. Tajthom il-menu u fost oħrajn kelli crouton bil-balbuljata. L-organizzaturi daħqu biha u tefawni 'l barra. Din injoranza. Darba fi tmeninijiet ġew ġurnalisti Franċiżi u ħaduhom jieklu f 'lukanda u għamlulhom ikla Franċiża. Ħarġu ddiżżapuntati. Ħadthom għand ommi Bormla u għamlitilhom mejda bigilla, galletti, zalzett Malti u ma ridux iqumu minn fuq il-mejda." Kien hawn li insista li l-ikel Malti huwa tajjeb u l-preferut tiegħu huwa r-ross il- forn. Fi kliemu, dak tal-mara tiegħu huwa eċċezzjonali. "L-ikel Malti nħobbu. Ħasra li miegħu trid tiekol il-ħobż. Imma trid titgħallem ma tikolx. Imbagħad inħobb il-ħut u għadni kull nhar ta' Sibt nagħmel l-aljotta anke fis-sajf," kompla. Ir-Reġina, il-Prinċep Filippu u l-ħobż tal-Malti... Liema kienet l-aktar persuna popolari li sajjar għaliha? Dougall sajjar għal diversi Presidenti waqt żjarat statali f 'Malta fi żmien Anton Buttigieg. Madanakollu jiftakar laqgħa li kellu mal-Prinċep Filippu tal-Ingilterra u l-passjoni tiegħu għall-ħobż Malti "L-aħħar darba li r-Reġina ġiet Malta, kellna display ta' ikel Malti f 'attività li saret Bighi. Resaq il-Prinċep Filippu u kien qalli kemm hu tajjeb il-ħobż Malti u interessa ruħu fil-fenek. Niftakar ukoll kif fl-1997 Malta kien imissha tagħmel platt fil-Commonwealth Dinner u aħna għamilna lampuki biz-zalza. Kien ċempilli dak li kien responsabbli mill- ikla u staqsini x'inhu dan l-għaġeb fuq il-ħobż Malti. Spjegajtlu kif isir u talabni biex inservuh għax kellhom talba mill- Prinċep Filippu." Imur jiekol f'ristorant? Jikkritika? Meta jmur f 'ristorant, jogħġbuh ir-riċetti ta' koki oħra? Iżomm lura milli jikkritika? Anke jekk hu kok, Dougall ma tantx iħobb imur f 'ristoranti. "Nimpressjona ruħi kemm hawn ristoranti tajbin. Nista' nikkritika f 'qalbi imma fuq il- mejda le għax il-familja jibdew iħarsuli bl- ikrah. Darba iva lmentajt bl-ikrah tant li ħareġ il-kok. Ħadna soppa, għamilna nofsiegħa nistennewha u meta waslet kienet iffriżata." 'Kif hawn nuqqas ta' ħaddiema meta joħorġu mijiet mill-ITS?' Insista li llum hawn ħafna koki tajbin iżda ma jistax jifhem kif hawn nuqqas ta' ħaddiema fis-settur tal-catering meta mill-ITS joħorġu mijiet ta' studenti kull sena. "Dawn fejn qed immorru? Jekk qed isiefru qed jagħmlu tajjeb u jiena ninkoraġġihom biex jagħmlu dan. Jiena dort u ħdimt fil-lukanda Gleneagles tal-Iskozja, waħda mill-aqwa lukandi fl- Ewropa. Lill-istudenti ngħidilhom li ma tistax tispiċċa l-kors u tippretendi li se tilbes il-kappell ta' kok mill-ewwel. Irid jgħaddi ż-żmien u trid taċċetta dan." 'Bi ftit paċenzja kulħadd kapaċi jsajjar' U lil dawk li jafu jagħmlu biss frejjeġ x'jgħidilhom? Dougall saħaq li bi it paċenzja kulħadd kapaċi isajjar. Fakkar li hu għandu ktieb dwar riċetti li jsiru fi 30 minuta jew inqas. Fi kliemu, fi tnax-il minuta, persuna kapaċi ssajjar Spaghetti Carbonara. Insista li persuna ma tistax taqta' qalbha għax tagħmel platt u ma jiġix kif xtaqet. Trid titgħallem tħares lejn il-platt u tiem x'għamilt ħażin. "Bħall-iskola irid ikollok pitazz u lapes u tieħu n-noti. Jiena għadni nagħmilha sal-lum meta nipprova xi ħaġa ġdida. Inti taħseb li jiena għandi 52 sena esperjenza u kollox jiġini perfett?" 'Mhux l-ewwel darba li nsejt xi ingredjent...' L-ILLUM tistaqsih jekk qattx għamel xi vroma waqt xi riċetta live fuq it-televiżjoni jew jekk hemmx xi ħaġa li ma jafx isajjarha. Dougall qal li mhux l-ewwel darba li waqt xi programm jinsa jitfa' xi ingredjent anke jekk jagħmilha tabirruħu li ma ġara xejn. "Ma ngħid xejn. Attaparsi ndaħħal idi u nitfa' l-ingredjent. Għandi riċetta li qatt ma ġietni tajba. Il-biskuttini tal-lewż. Dejjem jiċċattjawli. Ħafna jaħsbu li aħna l-kokijiet kull ma mmissu jiġi tajjeb. Mhuwiex il-każ. Nara programmi tat-tisjir, anke barranin u nara ħmerijiet." Temm jappella ħaġa waħda. Meta fil-kċina tinsix l-iġjene. L-ingwanti ma jużahomx imma jdejh jaħsilhom kontinwament. Fi kliemu, din u t-temperaturi tal-ikel huma regoli importantissimi f 'kull kċina. Siltiet mill-intervista tista' ssegwihom fuq is-sit illum.com.mt u l-paġna ta' Facebook ILLUM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 July 2022