Illum previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472274

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -istat tal-politika f 'Malta huwa wieħed pjuttost prekarju u huwa riżultat ta' tliet affarijiet. L-ew- wel, l-apatija ġenerali tal-poplu lejn il-politika, it-tieni huwa r-riżultat elettorali u finalment il-qagħda tal-Op- pożizzjoni Nazzjonalista fil-preżent. Huwa vera li l-arja tqila, ir-riħ jaħraq u l-mewġa ta' sħana li għaddejja minn fuqna bħalissa it tħalli interess f 'dak li jkun biex joqgħod jisma' fuq il-politika - speċjalment wara elezzjoni ġenerali. Bħalissa hawn għatx għall-baħar, ħruġ, safar u naturalment il-festi u it hemm aptit li n-nies jitkellmu jew isegwu politika. Imma nkunu boloh jekk nattribwixxu l-apatija politika li diġà kien hawn qabel l-elezzjoni u li ggravat bil-kbir issa, għal xi fattur staġjonali. Fl-elezzjoni li għaddiet kien hawn xejn inqas minn 60,000 persuna li jew ma ġabrux il-vot, jew li ma vvotawx, jew fost dawn kien hemm it aktar minn 8,000 vot li ġie invalidat. B'85.6% dik ta' Marzu kienet l-elezzjoni ġenerali bl-inqas rata ta' votazzjoni mill-Indipendenza. U kulħadd jaf kemm saru telefonati u appelli fil-pubbliku u fil-privat, biex eluf ta' nies oħrajn - speċjalment familji u individwi Laburisti - joħorġu jivvutaw, għax kienu qed jindikaw li mhux se jagħmlu dan. Mela s-sinjali tal-apatija fl-aħħar elezzjoni kienu ċari kristall. Imma wara r-riżultat ggravaw aktar, għaliex il-fatt li l-PN tilef bi it biss mijiet 'il bogħod minn distakk ta' 40,000 vot, wara 13-il sena ta' disfatti ta' madwar 36,000 vot u disa' snin minn meta kien elett Gvern Laburista, kienet daqqa enormi. U dan l-editorjal diġà aċċenna għall-fatt li ebda tip ta' eżerċizzju ta' denial mhu se jbiddel il-fatt li dan kien riżultat devastanti għall-PN, għal Bernard Grech (li messu kien jaf aħajr u telaq!) u aktar minn hekk għall-politika f 'Malta, għax qed tispiċċa donnha logħba futbol b'tim wieħed biss fil-grawnd. U l-effetti ta' dan, l-effetti ta' Gvern li għandu Oppożizzjoni daqstant imbenġla u li fiha tirrenja daqstant apatija - apparti r-riżenji miċ-ċirku ta' Grech, il-battuti fuq Facebook minn eks Deputati u gaffes li jagħmlu lill-PN jidher diżorganizzat - jistgħu biss ikunu ħżiena. U l-effetti jaf nibdew narawhom daqt, jekk mhux diġà qed narawhom. Ċerta arroganza mill-Gvern u deċiżjonijiet li jittieħdu mingħajr konsultazzjoni, ċerta apatija, ċerti Ministri li f 'daqqa waħda ma għadek tarahom imkien jew ma tista' taqbadhom b'xejn, ċerta distakkament kważi assolut mill-midja u ċerta kontroll - bħall-fatt li l-PL ma ħallhiex lid-Deputati tiegħu tal-Ewwel Distrett jgħidu dak li jħossu fuq Avviż Legali li jittratta l-mużika fil-Belt Valletta. Għax la ma hemm ħadd - ħlief is-soċjetà ċivili, NGOs bħal Repubblika u Moviment Graffitti u l-midja indipendenti, bħal- ILLUM - biex ikunu l-argużin fuq il- Gvern, mela l-Gvern se jħoss li qatt mhu se jkun ikkontestat b'biżżejjed saħħa. Jibda jħoss li jiżbalja kemm jiżbalja, "in-naħa l-oħra" tant hija mifruda, diżorganizzata, apatetika u kwieta li n-nies jistgħu jirrabjaw għalih, imma xorta mhux se jħarsu lejn "in-naħa l-oħra." Forsi fis-sħana tas-sajf u fil-qofol taċ- ċelebrazzjonijiet kkuluriti tas-sajf u fil- ħolm tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż, it qed jindunaw kemm l-istat tal-politika f 'Malta hija f 'qagħda mwiegħra u qagħda delikata. Ilna nisimgħu nies jgħidulna li l-Oppożizzjoni u s-saħħa tagħha hija importanti f 'demokrazija u jgħin ukoll lill-Gvern biex ikun attentissimu fuq kif iġib ruħu. U qatt daqs illum dan ma kien iktar ovvju. Li n-nies ma jiffissawx fuq il-politika u li bridna mis-snin fejn il-politika kienet twassal għall-vjolenza kerha, hija xi ħaġa tajba. Għax il-mibgħeda u l-estremiżmu politiku ġabu biss gwaj u inkwiet għal Malta! Imma ara ma titqarqux u taħsbu li r-risposta għall-iżbalji tal-passat hija l-apatija, in-nuqqas ta' attenzjoni u poplu lloppjat. Għax poplu lloppjat ifisser Gvern arroganti li jaħseb li jista' jagħmel li jrid, għax għal kull ma jagħmel se jirċievi is- signor si. Tkellimna fuq l-istat tan-nazzjon u biex nevalwaw dan irridu nevalaw l-istat tad-demokrazija u l-politika f 'Malta bħalissa u għal li ġej. L-Oppożizzjoni u l-Kap tal-PN Bernard Grech mhux vaganzi għandhom bżonn bħalissa, u żgur mhux Dar Ċentrali togħma ta' mewt, u elezzjonijiet finta! Imma theżżiża mill-kbar għax jekk l-Oppożizzjoni tiddiżintegra, inkwiet u inkwiet kbir ikollna! U din ħożżuha ximkien u ibqgħu akruha! L-istat tal-politika bħalissa huwa inkwetanti!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 July 2022