MaltaToday previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472275

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 • illum 'L-ikel u l-ippjanar, il-prezzijiet u l-ħela, u l-praspar fil-kċina .... l-ILLUM ma' Għandu 70 sena. Ilu 52 sena fix-xandir. Ħareġ għexieren ta' kotba tar-riċetti. Sajjar għal Presidenti u saħansistra għar-Reġina Eliżabetta II. L-ILLUM tintervista lill-kok veteran Anton B. Dougall u titkellem miegħu dwar diversi suġġetti, mill- esperjenza tiegħu, għar-riċetti, il-prezzijiet u l-ħela YENDRICK CIOFFI Anton B. Dougall żgur li ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni b'mod partikolari ma' dawk li għandhom għal qalbhom il-borma. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Dougall fi kċina, il-post li fih qatta' parti kbira minn ħajtu u tkellmet miegħu dwar diversi suġġetti. Imma lilhinn mill-kċina, min hu Anton B. Dougall? "Twelidt Bormla. Kont immur skola De La Salle u mbagħad għamilt kors l-MCAST dwar il-catering u minn hemm bdejt. L-ewwel ktieb ħriġtu fl-1970 għax kont ħassejt il-ħtieġa li n-nies jitgħallmu jsajru mhux dejjem it-tiġieġa fil-brodu. It-tiġieġa tista' ssajjarha b'elf mod." Dan il-ktieb kien popolari ħafna b'Dougall jispjega kif Carmen Carbonaro, li ħafna jiakruha fuq ir-radju, kienet tagħti diversi riċetti minnu. Fil-fatt, l-istess ktieb stampah erba' darbiet. B'kollox ippubblika 54 ktieb u bħalissa qed jaħdem fuq ktieb ieħor ta' 300 paġna. "Se jkun ktieb bl-Ingliż imma se nolqtu l-ikel Malti. Il-ġbejniet, il-galletti, l-inbid, l-agrikoltura," kompla jispjega. L-ewwel darba li deher fuq it-televiżjoni kien fis-sittinijiet fuq programm ta' Gloria Mizzi u fl-ewwel programm sajjar tiġieġa à la King. Minn hemm ma waqafx. "Ilni 52 sena fil-midja. Ma nafx jekk hemmx persuni oħra li ilhom daqshekk. Dehert fuq programmi tat-televiżjoni, radju, rivisti u ħafna mezzi oħra. Qatt ma ngħid le. Għadni għaddej." Apparti minn hekk, Dougall kellu n-negozju tiegħu. Kellu lukanda u erba' ristoranti u kien hemm żmien fejn impjega miegħu mal-200 ruħ. Eventwalment biegħ dan in-negozju iżda kompla jaħdem fuq il- kotba tiegħu, is-sit tal-Klabb tat-Tisjir u qed joffri wkoll konsulenza fuq l-istess suġġett. "L-ikel huwa sabiħ. Huwa sabiħ meta inti taqra fuqu, tisma', tara r-riċetti u tiem. Riċetta trid taqraha u tiimha," kompla jgħid. Irrefera għas-sit tiegħu 'tisjir.com' li fuqha joffri wkoll korsijiet onlajn. Dougall qal li hija mfittxija ħafna u l-aktar riċetta li marret tajjeb fuqha kienet dik tat-Torta tar-Ross u l-Qargħa Ħamra. "Din ir-riċetta kienu ġew jagħmlu filmat dwarha grupp Ġermaniżi u Franċiżi. Għamilniha sewwa ħafna u morna magħhom anke nixtru l-ħaxix għaliha. Meta ppubblikajniha kienet marret tajjeb ħafna." 'L-ikel lest mhux ikel ... l-ikel trid taħseb fuqu' L-ILLUM tistaqsi lil Dougall jekk qattx kellu xi ħajra li jidħol għal xi professjoni oħra. It-tweġiba tiegħu kienet sempliċi: "Jekk tħares lejja tinduna li nħobb l-ikel." "Id-dar konna ħames subien. L-ikel kien ritwal. In-nanna kienet issajjar tajjeb ħafna. Fl-4.30am kienet titla' Ħaż-Żabbar tistenna lil tal-ħaxix u l-ħut ġejjin biex tixtri l-aħjar. B'wiżna patata kienet titma familja sħiħa. Ma kinitx tagħmel patata maxx, mgħollija jew chips biss. Kienet tagħmel pulpetti tal-patata u bihom kienet tagħmel l-isbaħ ikla." Kien hawn li wera t-tħassib tiegħu dwar l-imħabba lejn il-kċina llum il-ġurnata. Fi kliemu, qed nirvinaw l-ikel. "Il-familja llum mhux qed issajjar. Faċli taqbad telefown u jiġi l-ikel id-dar. Jien ngħix f 'żona fejn il-muturi l-ħin kollu għaddejin. Il- borma qed tinqata'. Illum tmur supermarket u ssib burger lesta, imsajra bil-ġobon. Tagħmilha ħdejn il-microwave u meta jaslu t-tfal kemm isaħnuha." Għal Dougall dan mhuwiex ikel għax l-ikel trid tippreparah u taħseb fuqu. Dan huwa punt li hu jinsisti ħafna dwaru anke fil- programmi tiegħu. "Ma hemmx għaliex issajjar għal-lum u daqshekk. Tista' ssajjar għal-lum u tagħmel iżżejjed u tiffriżah. Jekk se tagħmel għaġin il-forn, għamel it żejjed u ssajrux. Għamlu f 'kaxxa, bit-tabella bl-isem u d-data u daħlu fil-friża. L-ikel trid tippjanah. Jekk mhux se tippjana, se taħli ħafna flus," kompla jispjega b'passjoni. Insista li persuna trid tħares lejn it-tisjir bħala mod kif tirrilassa. "In-nanniet tagħna kienu jmorru l-quddies, jixtru u jmorru jibdew il-borma. Ninkwieta għax l-ikel qed jinqata'. Ninkwieta għax lit-tfal tistaqsihom iridux biċċa laħam u jgħidulek le għax ikunu jridu chicken nuggets jew xi burger. Hawn tfal li lanqas jafu x'inhu l-ikel. Jekk tagħtihom timpana jibqgħu jħarsu lejha. Jippreferu telefonata u jiġi l-ikel bil-mutur. Meta tidħol f 'dar u xxomm il-borma tieħu pjaċir. Anke sempliċiment soppa." Qal li dan il-fenomenu deher f 'pajjiżi oħra bħall-Ingilterra jew l-Awstralja fejn, fi kliemu l-ikel naqas ħafna minħabba diversi raġunijiet. "Mhux se taraha tinqata' fl-Italja għax fl-Italja l-ikel għadu b'saħħtu u huwa ritwal. 'Irridu nitgħallmu nieklu kemm suppost' Kompla jispjega li anke jekk it-Taljani jieklu ħafna għaġin, jieklu kemm suppost u mhux żejjed. "Kont ħabib ta' Marguerite Patten (xandara u esperta tal-ikel) u kienet tiġi spiss Malta u kienet tiskanta kemm aħna ħoxnin. Jien kont ngħidilha li għax inħobbu nieklu imma kienet tweġibni li kulħadd iħobb jiekol. Kienet tfakkarni li l-Ingliżi jieklu l-fish and chips, it-Taljani ħafna għaġin u l-Franċiżi l-baquettes bil-ġobon. Imma kienet tgħidli li l-Maltin jieklu dawn kollha f 'salt. Kellha raġun. It-Taljani jieklu l-għaġin jew biċċa laħam waħedha b'xi it insalata. Wara jieħdu frotta mhux xi gateau kif nagħmlu aħna, nixtru wieħed u ndumu tlett ijiem nieklu minnu." Insista kif jiskanta f 'supermarket meta jara xi koppja bi trolley u tliet kwarti minnu jkun mimli pizez u ma tarax insalata, ħaxix jew frott. 'Poġġi bilqiegħda, mug te ħdejk u ppjana x'se ssajjar għal ġimgħa' Kien hawn li tkellimna aktar dwar l-ippjanar tal-ikel, xi ħaġa li għal Dougall hija għal qalbu. Fi kliemu, min se jsajjar, irid ipoġġi bilqiegħda, b'mug te ħdejh, karta u lapes u jippjana x'se jsajjar f 'ġimgħa. "Kull ma trid tagħmel tliet ġimgħat. Wara t-tielet ġimgħa terġa' tibda mill-ewwel waħda. Kull ma trid titgħallem ħames riċetti bit- tiġieġ, ħamsa bit-torti, ħamsa bil-ħut, ħames riċetti bl-għaġin. Għamilhom flimkien u ara kemm taf riċetti. Imbagħad tbiddel skont l-istaġun, tara x'qed jintgħoġob l-aktar etċ." L-ippjanar, fi kliem Dougall huwa importanti, aktar u aktar issa li l-prezzijiet "mhux żdiedu imma splodew." "Jekk inti lir-raġel suppost tagħtih koxxa ta' tiġieġa tagħtihx nofs tiġieġa. Se tagħmillu l-ħsara għas-saħħa u se tiswik il-flus. Aqbad ktieb jew fittex fuq kemm suppost tiekol. Jekk f 'nofsinhar suppost tiekol 120 gramma għaġin, tagħmilx aktar. Tgħidli mhux it? Le mhux it għax miegħu se żżid iz-zalza bil- ħaxix u l-platt malajr jitla' għal 200 gramma," kompla jispjega. Kien għalhekk li saħaq li l-lista li dwarha tkellem hija importanti għax wieħed ikun jista' jara x'se jsajjar, jekk għandux repetizzjoni, jekk hemmx ħafna laħam u jekk hemmx xi ħaġa li hija għolja ħafna. "Jekk xi ħaġa hija għolja mmens, jew inneħħuha jew inkella naraw li l-ikla ta' ġurnata qabel jew ta' wara tkun irħisa. Jekk mhux se tagħmel baġit, se taħli u se tfalli." Qal li xi ħaġa importanti, speċjalment dan Anton B. Dougall Ritratt ta' James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MaltaToday previous editions - ILLUM 3 July 2022