Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 opinjoni IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum Stefan Zrinzo Azzopardi Dinamiżmu, tiġdid u xogħol Stefan Zrinzo Azzopardi – Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar B 'dawn it-tliet kelmiet wieħed jista' faċilment jiddeskrivi l-ewwel mitt jum tal-mandat li ngħata lill-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern Laburista li fakkarna fil-jiem li għaddew. Kienu mitt jum li kkonfermaw il-kredenzjali tal-Partit Labursita fil-Gvern bħala dak il-Partit dinamiku li jwettaq dak li jwiegħed, li kontinwament jiġġedded hu u jġedded miegħu lill-pajjiż u li kapaċi joħloq ix-xog- ħol u jdawwar il-mutur ekonomiku tal-pajjiż bl-akbar qawwa. Sfida oħra internazzjonali Kienu mitt jum ta' sfida kontinwa. Eżatt bħalma Robert Abela u t-tim tiegħu dħalna fit-tmexxija tal-Gvern Laburista l-ġdid tal- 2020 u sibna ma' wiċċna l-kriżi tal-pandemija, hekk ukoll issa hekk kif irbaħna l-akbar mandat elettorali li qatt kiseb partit politiku f 'Malta bdejna niffaċċjaw il-kriżi internazzjonali li qed iġġib magħha l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja. Quddiem sfida liema bħalha ta' skarsezza ta' prodotti ewlenin bħal dawk tal-enerġija u taċ-ċereali u l-qamħ kellna nħabbtu wiċċna ma' żidiet enormi fil-prezzijiet ta' dawn il-prodotti. Magħhom żdied drastikament il-prezz tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u dan kollu beda jwassal biex il-pajjiżi kollha fid-dinja bdew jaraw ir-rati tal-inflazzjoni tagħhom jisplodu 'l fuq għal rati li konna ilna ma naraw bħalhom għal għexieren ta' snin. Quddiem dan kollu il-Gvern Laburista għal darb'oħra daħal bis- saħħa biex sakemm huwa possibbli jiddefendi lill-poplu Malti minn dan is-saram kollu. Intervjenejna biex żammejna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif kienu qabel u għenna kemm flaħna lill-importaturi tal- qamħ biex iż-żidiet fil-prezzijiet għalihom inżammu taħt kontroll. Bħala Gvern qed nagħmlu ferm aktar milli qed jagħmlu gvernijiet oħra biex nikkontrollaw kemm jista' jkun l-għoli tal-ħajja. Iżda fl-istess waqt irridu nibqgħu viġilanti fuq dak li qed iseħħ fil-prezzijiet fis-suq. S'issa Malta rnrexxiela tirreġistra fost l-inqas rati ta' inflazzjoni fl- Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha u rridu nkomplu naħdmu biex inkomplu f 'din it-triq. Komplejna nsaħħu r-ritmu ekonomiku Rajna f 'dawn il-mitt jum li nkomplu nsostu ir-ritmu ekonomiku li kien għadu kemm beda jieħu r-ruħ mill-isfida l-kbira tal-pandemija. Rajna lit-turiżmu jerġa' jqum fuq saqajh sewwa tant li bdejna noqorbu li numri ta' turisti li kienu ġew iżuru pajjiżna fis-snin ta' qabel il-pandemija. L-oqsma tal-investiment f 'intrapriżi ġodda kemm tal-manifattura kif ukoll tal-finanzi komplew jissaħħu b'investiment ġdid u ieħor imġedded. Dan kollu wassal biex ir-ritmu tal-ħolqien tax-xogħol kompla jkun wieħed b'saħħtu tant li bqajna bl-inqas livelli ta' qagħad fl-istorja tagħna. Dan it-tisħiħ ekonomiku ġie rikonoxxut ukoll minn istituzzjonijiet ewlenin bħall- Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali u anke istituzzjonijiet ta' kreditu ewlenin bħal Moody's, Standards & Poor, DBRS u oħrajn. Riformi li ħallew il-frott Ir-riformi u t-tiġdid li wettaqna fl-aħħar snin fil-qafas regolatorju tal-Finanzi ta' pajjiżna fejn jirrigwarda l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat- terroriżmu internazzjonali ukoll irrendew frott kbir għal pajjiżna. Propju f 'dawn l-ewwel mitt jum tal- amministrazzjoni l-ġdida Laburista irnexxielna noħorġu lil Malta mill- lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF). Qatt ma' konna suppervi u għidna li kellna kollox perfett, anzi rajna fejn kellna n-nuqqasijiet u indirizzajnihom u dan għas- sodisfazzjon ta' dawn l-esperti internazzjonali li issa reġgħu iċċertifikaw lil pajjiżna bħala ġurisdizzjoni mill-aktar serja. Avolja qatt ma kien hemm riperkussjoni kbar għall-fatt li konna tqegħdna f 'din il-lista l-griża, it-tpoġġija ta' Malta lura fil-lista l-bajda huwa sinjal b'saħħtu lill-investituri barranin u lill-istituzzjonijiet finanzjarji barranin li pajjiżna jixraqlu jkompli jirċievi investiment barrani qawwi f 'dawn l-oqsma tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna. Riformi favur in-nies Wegħda ewlenija fil-kampanja elettorali li għaddiet kienet dik dwar l-IVF fejn għidna li fl-ewwel mitt jum tal-leġislatura l-ġdida, irridu nagħtu ċans lil aktar koppji li jsiru ġenituri u jkollhom il- familja tagħhom bis-sabiħ li jġibu magħhom l-ulied. Introduċejna emendi għall-liġi li kellna tal-IVF bil-għan li nwessgħu il-parametri ta' din il-liġi ħalli nipprovdu lil dawn il-koppji kull possibilita li jaslu għall-proċess tal-IVF u mhux minħabba r-restrizzjonijiet tal-liġi, jkollhom imorru barra l-pajjiż għat- trattamenti meħtieġa. L-emendi fost affarijiet oħra introduċew il-possibilita li nisa sa 45 sena jistgħu jersqu wkoll għat-trattament tal-IVF filwaqt li anke genituri li diġa kellhom wild bl-IVF jistgħu ikunu mgħejjuna aktar bi trattament tal-IVF għat-tieni wild ukoll. Miżura oħra li wettaqna f 'dawn il-100 jum kienet li tajna lura lin-nies tal-Kottonera u ta' Wied-il-Għajn art li kienet se tintuża mill-American University of Malta. Din l-University se jkollha wkoll post tat-tagħlim fi Smart City fejn il-Gvern se jinvesti wkoll permezz tal-bini ta' campus ġdid għall-ITS. Ir-responsabbiltajiet fdati lili Ma jistax jonqos li dawn il-100 jum kienu mpenjattivi ferm għalija bl-inkarigu l-ġdid li għoġbu joffrili l-Prim Ministru Robert Abela bħala Ministru għax-Xogħlijiet u l-Ippjanar. F'dan il-ministeru issa għandna miġbura l-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni f 'pajjiżna, jiġifieri l-Awtorita tal-Ippjanar, l-Awtorita tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-Awtorita dwar is-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol. Għandi wkoll ir-responsabbilta tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fejn filwaqt li qed inkomplu proġetti mibdija, ser infasslu proġetti ġodda għall-kommunitajiet tagħna fl-ibliet u l-irħula Maltin. Se nkunu qegħdin naraw li fiż-żmien li ġej nibdew inwettqu dak li wegħdna fil-programm elettorali għall-oqsma tal-ippjanar u l-kostruzzjoni fejn rridu li jkun hemm bilanċ bejn il-ħtieġa tal-pajjiż li jkompli jiżviluppa u l-ħarsien tal-ambjent naturali u storiku tagħna. Għaddejjin b'ħidma biex insaħħu l-Awtorita dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni u nevalwaw it-triq il-quddiem dwar kif għandna nwettqu l-ippjanar tal- iżvilupp għal pajjizna. Mingħajr l-ebda dubju, dawn l-ewwel 100 ta' ħidma tal-Gvern Laburista ġdid jistgħu ukoll iservu ta' mera għall-futur. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu għax jistenna li se jsib Gvern aktar dinamiku, li jkompli jġedded u jirriforma l-pajjiż, u li joħloq aktar xogħol. Dan se jsir b'ħidma bla serħan biex inkomplu ntejjbu l-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022