Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-film Rocky (1) Fil-bidu tas-snin 70, Sylvester Stallone pprova xortih bħala attur. Billi ma setax isib xogħol, biex jaqla' x'jiekol sab postu ġo film jismu e Party At Kitty And Stud's (1970), magħruf ukoll bħala e Italian Stallion. Ta' jumejn xogħol tħallas $200. Wara, meta sar famuż ried jinjora kompletament dan il-film "socore" pornografiku, il-produtturi offrewlu biex jixtrih ħalli jeqirdu. Ir-risposta tiegħu kienet: "I won't give you even 2 bucks for it". Wara, bdew ġejjin partijiet żgħar ġo produzzjonijiet bħal Bananas (1971), e Lords Of Flatbush (1973), parti ewlenija fejn impressjona, Capone (1973), e Prisoner Of Second Avenue (1975) u rwoli aktar prinċipali f 'Death Race 2000 (1975) u Carquake (1975) u oħra sekondarja f 'Farewell My Lovely (1975). Issa li ismu beda jsir iktar innotat, Stallone wara li segwa l-ġlieda boxing bejn Muhammed Ali u Chuck Wepner li saret f 'Richfield Coliseum f 'Ohio, bdew jiġuh ħafna ħsibijiet f 'moħħu li jikteb skript dwar ġlieda boxing simili. Ħadd ma stenna li Wepner - kontra l-favorit nett Ali f 'din it-taqtiegħa li saret nhar l-24 ta' Marzu 1975 - kien se jirreżisti fit-tul (sal-15-il round) meta eventwalment ġie nnokkjat. Fuq medda ta' tliet ijiem u nofs kiteb l-istorja għall-film Rocky u nnega li kien Wepner stess li tah ispirazzjoni għal dan. Inxterdu diċeriji li Rocky seta' nkluda karatterizzazzjonijiet ta' boxers veri, bħal Rocky Marciano u Joe Frazier, kif ukoll l-awtobijografija tal-boxer Rocky Graziano, li jisimha Somebody Up ere Likes Me (li nħadmet bħala film fl-1956 bl-istess isem, bl-attur prinċipali jkun Paul Newman). Wepner wara fetaħ libell fil-qorti, iżda kollox irranġa ruħu għal somma li ħadd ma jaa. L-ambizzjoni prinċipali ta' Stallone mill-bidunett kienet li jsir attur popolari ta' Hollywood u bl-iskript ta' Rocky f 'idu beda jdur mal-istudjos il-kbar ta' Hollywood biex Rocky jinħadem film bil- patt li hu jkun il-protagonist. Ħadd ma ried jissogra attur kważi mhux magħruf ġo film ta' baġit mdaqqas, għalkemm il- films tal-boxing dejjem kienu popolari fl-Amerika. Il-kumpanija United Artists għoġobhom l-iskript ta' Stallone u bdew jikkunsidrawh bħala proġett għal xi attur stabbilit bħal Robert Redford, Ryan O'Neal, Burt Reynolds jew James Caan. Minkejja dan hu kien deċiż li jkun hu stess l-attur ewlieni f 'dan il-film u appella mal-produtturi sabiex jagħtuh ċans. Wara xi snin, sostna li qatt ma kien se jaħfer lilu nnifsu kieku xi ħadd ieħor ħadem il-parti ta' Rocky. Stallone kien jaf ukoll li l-produtturi Irwin Winkler u Robert Chartoff kellhom il-poter u kuntratt mal- United Artists li jħalluhom jaħdmu li jridu, ma' min iridu, basta jżommu l-baġit baxx. Dawn iż-żewġ produtturi fl-aħħar ċedew u rraġunaw li jekk il-film Rocky jmur ħażin fid-dħul tal-flus dan it-telf jirkuprawh bil- film ieħor, iżda ta' baġit kbir, jiġifieri New York, New York (1977), bl-atturi Robert DeNiro u Liza Minnelli. Ironikament ġara l-kontra. Is-suċċess kbir li akkwista Rocky patta għat-telf tal-ieħor. Rocky, sabiex inħadem, sewa' it aktar minn miljun dollaru, filwaqt li r-reklamar tela' għal $4 miljuni u it iżjed u ntefqu mal-$100,000 ħlas lill-produtturi. Chartoff u Winkler kienu entużjasti ħafna bl-istorja ta' Rocky u l-idea li Stallone jkun il-protagonist, iżda bdew jaħsbuha jekk fil-parti prinċipali jkollhomx minflok isem magħruf. Inqagħlet ukoll xi it diffikulta' f 'partijiet oħra ewlenin tal-film, bl-attur Carl Weathers bħala l-avversarju boxer ta' Rocky, Apollo Creed u Talia Shire (fil-verita' oħt id-direttur Francis Ford Coppola) bħala Adrian - il-maħbuba ta' Rocky - jkunu ngaġġati fl-aħħar. Id-direttur tal-film kien John G. Avildsen u l-mużika miktuba minn Bill Conti. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022