Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 analiżi IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 • illum Sitt xhur fi tmun tal- PE: Kollox fil-miżien hekk kif l-Ewropej jistennew is- soluzzjonijiet għall- għoli tal-ħajja ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Roberta Metsola ilha fil-kariga ta' President tal-Parlament Ewropew sitt xhur issa. Il- gazzetta ILLUM kienet preżenti nhar it-18 ta' Jannar li għadda - meta Maltija sabet postha fl-ogħla kariga fil-Parlament Ewropew. Sitt xhur wara nanalizzaw l-aktar mumenti partikolari ta' din il-Presidenza, li ma kienet xejn jekk mhux mimlija sfidi ppreżentati l-aktar minħabba l-gwerra fl-Ukrajna. Eletta - tintlaqa' b'applaws ġenerali lokalment - għalkemm mhux kulħadd! Quddiem Plenarja fi Strasburgu wara li tħabbar ir-riżultat intqal il-kliem "Il-President" b'Metsola tieħu postha għaċ-ċapċip tal- Membri Parlamentari preżenti. Hija kisbet riżultat qawwi ħafna ta' 458 vot minn 616-il vot validu, jew 74%. Dan ir-riżultat kien possibbli wara qbil politiku bejn l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) u il-Partit Popolari Ewropew (l-EPP). Lokalment dan ir-riżultat kien milqugħ b'mod tajjeb, inkluż mill- Prim Ministru Robert Abela bir- ritratt famuż tiegħu u ta' Metsola jieħdu b'idejn xulxin, donnhom, donnhom se jagħmlu żifna. Iżda dan ir-ritratt ma niżilx tajjeb ma' kulħadd, speċjalment ma' dawk il-ħafna Laburisti li ma nsewx kif darba Metsola rriutat li tieħu b'idejn l-eks PM u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat. Tant hu hekk li xħin ir-ritratt ta' Abela u Metsola beda jdur fuq il- midja soċjali, beda jdur l-ieħor ta' Muscat. Fi-realtà l-PM ma kellux għażla oħra għajr li jifraħ lil Metsola għal din il-kariga prestiġjuża fl- istituzzjonijiet ewropej, hekk kif mistenni minnu bħala Prim Ministru. Minkejja dawn il-vuċijiet ta' dissens ta' parti mhux insjinifikanti tal-poplu li jara f 'Metsola persuna li apertament ikkritikat lil Gvern Malti fil-Parlament Ewropew - u allura li jqisuha bħala traditura - b'mod ġenerali l-partiti kollha, diversi għaqdiet u ħafna individwi ferħu lil Metsola għal din il- ħatra. Il-PN uża s-suċċess ta' Metsola daqslikieku kien tiegħu, ħafna votanti tradizzjonalment nazzjonalisti qalu li Metsola kienet "bdiet tirranġa ir-reputazzjoni tal- pajjiż" permezz ta' dan is-suċċess u oħrajn awgurawlha u urew ix- xewqa li xi darba tiġi lura Malta u "ssalva l-PN." Inċidentalment din tal-aħħar kienet mistqarra mill- Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo. ...ċapċulha figħodu kkundannawha filgħaxija! Imma lanqas biss kienet għadha daħlet l-uffiċċju tagħha li Metsola ma spiċċatx mill-ewwel, fl-ewwel kontroversja. Il-ġurnal e Guardian jirrapporta: "EU parliament elects anti-abortion Maltese MEP as president." U minn hemmhekk fil-fatt mill- ewwel bdew il-mistoqsijiet dwar il-pożizzjoni ta' Metsola dwar l-abort, li niakru illi fil-kuntest tal-Parlament Ewropew huwa meqjus bħala dritt tal-mara - kemm mill-S&D, mill-PPE, il- Liberali, il-Ħodor u anke x-Xellug - li flimkien jiffurmaw maġġoranza parlamentari qawwija. Metsola mill-ewwel laqgħet għal dan billi indikat li l-pożizzjoni tagħha dwar l-abort hija dik tal-Parlament Ewropew, u allura favur, għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti barranin - fl-ewwel konferenza tagħha - li ma tantx deheru konvinti mir-risposti tagħha dwar is-suġġett. Tant kien reali dan it-tħassib li fl-ewwel laqgħa tagħha mal- President Franċiż Emmanuel Macron - litteralment l-għada li kienet eletta - hija tat il-kelma tagħha illi tiffirma il-Patt Simone Veil li jiggarantixxi aċċess għall- abort lin-nisa u anke l-aċċess għall-kontraċettivi. Għalkemm dan ma jġiegħelx lil Malta ddaħħal l-abort, qed jitfa' aktar pressjoni biex dan fil-fatt isir. U b'hekk, f 'inqas minn 24 siegħa, lokalment l-eroj bdiet tiġi kkundannata. Notevoli kienet ir-reazzjoni tal-Life Network Foundation li tikkampanja kontra l-abort. Din il-fondazzjoni ferħet lil Metsola filgħodu u esprimiet sens ta' kburija, iżda laqqmet "għarukaża" id-deċiżjoni tagħha li tiffirma dan il-Patt, it sigħat wara. Tfaqqa' gwerra! Pero' dawn is-sitt xhur kienu kkaraterizzati l-aktar b'dak li Metsola qalet u għamlet fir- rigward tal-gwerra fl-Ukrajna. Il- Parlament Ewropew fil-fatt kien voċiferu ħafna kontra r-reġim ta' Putin u ta l-appoġġ qawwi lill-Ukrajna. Pero' din il-gwerra li għadha għaddejja sa issa għal Metsola (u għall-UE kollha) hija xi it ta' xafra li taqta' miż-żewġ naħat. Nibdew mill-fatt li l-President tal-Parlament Ewropew dehret li kienet b'saħħitha u deċiżiva quddiem din l-agressjoni partikolari li fil-bażiku tagħha mhi xejn għajr invażjoni ta' pajjiż. Metsola kienet fuq quddiem ta' Parlament li kien skjaċċanti kontra Putin u kienet fost l-ewwel li fil-bidu ta' April - meta kienet qed tindirizza lir-Rada, jiġifieri l-Parlament Ukren, qalet illi t-tragward ewropew għandu jkun dak li jitwaqqaf ix-xiri tal- gass kollu mir-Russja. Fl-istess diskors Metsola sostniet li l-ġlieda tal-Ukrajna, hija għall-valuri Ewropej, li elenkathom: Il-libertà, id-demokrazija u s-Saltna Tad- Dritt, inċidentalment ukoll valuri li dwarhom ġew ikkritikati u anke kkundannati pajjiżi tal-UE, bħall-Bulgarija, l-Ungerija u anke Malta. "Intom tafu li mingħajr dawn il-valuri ma hemm xejn iktar," sostniet il-President tal- Parlament Ewropew. "Għandna bżonn aktar sanzjonijiet u sanzjonijiet aktar ħorox. Aħna nafu li d-demm Roberta Metsola mill-ewwel sabet ma' wiċċha gwerra li qed thedded is-sigurtà, il-fornitura ta' gass u l-istabilità fil-prezzijiet tal-ikel, ftit wara li ġiet eletta President tal- Parlament Ewropew. Se jirnexxielha żżomm bilanċ bejn il- bżonn ta' azzjoni kontra invażjoni u l-bżonn li jiġu trattati l-isfidi li ħolqu s-sanzjonijiet Ewropej? L-ILLUM tanalizza...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022