Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 festi Enċiklopedija tal-Festa Maltija: L-armar fit-toroq (8) Il-gazzetta ILLUM tkompli b'sensiela ta' artikli li matulhom qed tispjega kliem li huwa assoċjat mal-festi Maltin u Għawdxin, mill-armar tal-knisja u l-funzjonijiet sal-armar ta' barra u n-nar. Illum nkomplu nitkellmu dwar l-armar ta' barra YENDRICK CIOFFI Il-ġimgħa li għaddiet bdejna nitkellmu dwar l-armar ta' barra fosthom dwar l-injam, kif isibuh id-dilettanti tal-festa. Illum se nkunu qed nitkellmu fuq biċċa armar oħra imponenti tal-injam li nsibuha dejjem fil-qalba tal-festa, fil-pjazza jew inkella viċin il-knisja. Qed nitkellmu fuq il-pjanċier. Il-pjanċier huwa dak il-palk elaborat li fuqu titla' l-banda. Ġeneralment dan jintuża waqt xi programm mużikali fil-ġimgħa tal- festa, waqt il-programm mużikali ta' lejliet il-festa u fuqu titla' wkoll waħda mill-baned mistiedna (minn barra l-lokal) dakinhar tal-festa waqt li tkun għaddejja l-purċissjoni. Hawn festi li huma magħrufa għall-pjanċier tagħhom għax dan ikollu xogħol mill-isbaħ. Kważi kważi jkun qisek qed tara palk ta' teatru, jekk mhux isbaħ ukoll, f 'nofs it-triq imżejjen bi statwi u brazzi tal-bronz. Ġeneralment, il-pjanċier ma jkunx proprjetà tal- għaqda tal-armar imma tal-każin tal-banda. Il-qafas tiegħu jkun struttura tal-ħadid li tissejjaħ il-brimba u li magħha jintrabat u jinbena l-bqija tal-injam. Mhux il-palk biss ikun elaborat. Ġeneralment anke l-podju, jiġifieri l-post minn fejn jidderieġi s-surmast ikun maħdum mill-isbaħ. Ikun hemm fuqu wkoll il-leġiji li fuqhom jitpoġġew il-partituri jew inkella l-libretti bil-mużika għall- bandisti. Interessanti ngħidu wkoll li dan il-pjanċier ivarja minn lokalità għall-oħra. Insemmu pereżepju dak ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi li ġie rrestawrat din is-sena. Dan huwa differenti għax huwa maqtugħ mill-art permezz ta' arkati. Il-festa ta' San Pawl u dik tal-Madonna tal-Karmnu, it-tnejn tal-Belt Valletta, għandhom ukoll xi ħaġa differenti u unika. Aktar milli pjanċier, dawn għandhom litteralment palk, b'faċċata waħda, li jkun elevat mill-art u jintrama minn kantuniera għal oħra. Fi kliem sempliċi, tista' tgħaddi minn taħt dawn iż-żewġ palkijiet. L-ark huwa opra mill-isbaħ tal-injam li mhux se ssibha fil-festi kollha. Fil-fatt huma it dawk il-festi li għandhom ark. Forsi l-aktar wieħed popolari huwa dak ta' San Publju tal- Furjana li qed jerġa' jinħadem mill-ġdid wara li kien ingħata n-nar. Ir-Rabat imbagħad hemm tnejn, wieħed jintrama għall-festa ta' San Ġużepp u l-ieħor għall-festa ta' Korpus u San Pawl. Kien hemm diversi knejjes oħra li kellhom l-Ark Trijonfali, imma ħafna minn dawn spiċċaw inqerdu fil-gwerra. Dan l-ark ikun bħal bieb kbir iddekorat mill-isbaħ simili għal dawk l-arki li wieħed għadu jsib pereżempju f 'Ruma u li kienu jiċċelebraw xi rebħa kbira li jkun għamel xi Imperatur jew xi Gwerrier. Minn hemm ġejja l-idea tal-Ark Trijonfali fil-festa. Fil- fatt, fejn hemm l-Ark, x'aktarx li l-aktar parti solenni tal- purċissjoni tkun dak il-mument meta l-vara tasal taħtu. Il-Pjanċier L-Ark Trijonfali Il-pjanċier tal-festa ta' Santa Katarina taż-Żurrieq L-ark li jintrama fil-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022