Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 festi illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 Malli jintemm l-armar tal-injam u anke tal-istatwi, l-armar tat-toroq jidħol fl-aħħar fażi tiegħu hekk kif jibda ħiereġ id-drapp, kif isejħulu d-dilettanti. L-ewwel ma jintramaw se jkunu l-pavaljuni tat-toroq id-dojoq u eventwalment il-pavaljuni li jkunu f 'toroq akbar. Fl-antik, kien hemm it-tradizzjoni li dawn il-pavaljuni kienu jkunu disinji li jinxtegħlu bit-tazzi taż-żejt jew inkella kienu jkunu tal-kartun jew disinji bir- rand. Famużi għalihom kienu l-Beltin. Il-pavaljuni tad-drapp, kif nafuhom illum, kienu pijunieri tagħhom il- Ġirbin u tista' tgħid li hekk għadhom sal-lum il-ġurnata għax fiż-żewġ festi, il-Birgu jinbidel qisu palazz. Dawn jiddendlu mal-ventijiet li jkunu ġew ippreparati ġimgħat qabel il-festa bit-tarjoli u ħbula. Id-drapp tal-pavaljun jiddaħħal ġo lasti tal- injam jew il-ħadid jew inkella mas- sopraporti. Il-pavaljuni ġeneralment ikunu ħomor, iżda qed isiru popolari wkoll pavaluni ta' kuluri differenti. Pereżempju fejn tiġi ċċelebrata festa Marjana jew Ġużeppina, dawn ikunu blu u l-l-kontro pavaljun (il-parti ta' fuq) tkun ċilesti. Xi drabi wkoll il-pavaluni jkunu kulur ta' xi każin partikolari. Id-disinn ikun dejjem isfar u fuq dan imbagħad isir l-isfumar biex jagħti dehra daqslikieku dan id-disinn kien imqabbeż. Il-pavaljun ikun imżejjen ukoll bil- frenza u l-pumi f 'tarf il-pendenti. L-Għawdxin huma famużi wkoll għall-pavaljuni tad-dawl minflok tad- drapp. L-aħħar li jintramaw se jkunu l-bandalori u jittellgħu mal-antarjoli, l-ewwel ħaġa li tintrama. Dawn jittellgħu qishom qlugħ. Fil-fatt huwa propju din ir-raġuni għaliex jintramaw l-aħħar ħaġa. Jekk iqum it riħ, dawn jiġu qishom qlugħ u ċ-ċans hu li jew issirilhom il-ħsara, jew saħanistra jaqsmu l-antarjol jekk ikun tal-injam. Il-bandalori jagħlqu t-toroq u l-pjazez daqslieku jkunu xi kuritur jew xi sala ta' palazz. Xi drabi, anke l-bandalori jkollhom is-sopraporta. Fin-nofs tagħhom ikun hemm xi simboli imma aktar komuni tkun xi pittura ta' xi qaddis jew qaddisa. Dawk il-bandalori jew pavaljuni li jintramaw mal-kantunieri u bħal qishom jagħlqu t-toroq, jissejħu skontri. Malli jitlesta l-armar tal-injam, ikun imiss li jibdew jintramaw l-istatwi. Issa l-festa tkun vera fil-qrib. Dawn l-istatwi jkunu tal-kartapesta. Xi festi fix-xitwa għażlu li jaħdmuhom ukoll fil-fibre biex f 'każ li tagħmel ix-xita, ma ssirilhomx ħsara. Ġeneralment, dawn l-istatwi jkunu ta' xi qaddisin jew inkella anġli. Jekk pereżempju parroċċa tkun qed tiċċelebra l-festa ta' xi martri, x'aktarx li se ssib diversi statwi ta' martri oħra. Dan ifisser li anke dawn l-istatwi li jintramaw fuq barra, xi it jew wisq ikollhom rabta mal-qaddisin li tagħhom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. Apparti qaddisin, wieħed isib ukoll statwi ta' anġli, li jew ikunu qed iżommu f 'idhom xi brazz, xi arma, jew inkella xi simbolu marbuta mal-festa li tkun qed tiġi ċċelebrata. Inqas komuni, huma statwi allegoriċi, jiġifieri statwi li jkunu jissimbolizzaw xi ħaġa. L-aktar waħda komuni minn dawn hija l-istatwa ta' Malta Rebbieħa, li tfakkar ir-rebħa tal-Assedju l-kbir. Malta tkun irrappreżentata minn mara sabiħa liebsa l-armaturi tal-gwerra u f 'idha żżomm jew il-bandiera Maltija jew inkella l-bandiera tal-Ordni ta' San Ġwann, li tissimbolizza wkoll ir-reliġjon Nisranija. Apparti dawn, f 'diversi lokalitajiet jintramaw ukoll il-puttini. Il-puttini huma anġli żgħar. Dawn f 'idhom ikollhom xi brazz żgħir jew inkella xi simboli. Il- puttini, ġeneralment ma jintramawx fuq kolonna jew pedistall (li dwarhom tkellimna bħal-lum ġimgħa) imma fuq il-mensoli. Dawn il-mensoli jkunu bħal xkafef, ovvjament aktar elaborati li jitweħħlu mal-ħajt. Dawn jintramaw l-aktar mal-faċċata tal-knisja, f 'xi sqaqin jew inkella f 'toroq dojoq li jkun diffiċli li jintramaw bil-kolonni normali. Il-Pavaljuni Il-Bandalori Il-Puttini u l-Mensoli Il-Pavaljuni li jintramaw fi Triq il-Lunzjata fil-festa ta' San Lawrenz tal-Birgu Bandalora li tintrama fil-festa tal-Madonna tas- Sokkors f 'Ta' Kerċem Puttini li jintramaw mal-faċċata tas- Santwarju Bażilika tal-Madonna tal- Karmnu tal-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022