Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 • illum Il-proġett magħruf bħala "Healthу Cities" li јagħmel parti mill-programm URBACT fl-Ewropa, intemm b'suċċess kbir. F'dan il-proġett, diversi entitaјiet, fosthom l-Awtorità tal-Ippјanar, ħadu sehem filwaqt li tgħallmu u identifikaw metodi sabiex јitteјbu r-regolamenti urbani relatati mas-saħħa tal-bniedem. Dan il-proġett, imniedi mill-muniċipalità ta' Vic fi Spanja, ipparteċipaw Pärnu (l-Estonja), Farkadona (il-Greċja), Anyksciai (il-Litwanja), Alphen aan den Rijn (l-Olanda), Bradford (l-Ingilterra) u Loulé (il-Portugall) u l- Awtorità tal-Ippjanar (Malta). Imwaqqaf tliet snin ilu, dan in-netwerk ta' azzjoni fl-ippjanar ingħaqad biex jesplora u jiddiskuti r-relazzjoni bejn is-saħħa u l-ambjent urban filwaqt li jidentifika azzjonijiet ta' ppjanar li jiffokaw fuq it-titjib tas-saħħa tal-popolazzjoni. L-akbar sfida li ffaċċja n-netwerk kienet, bla sorpriża, il-COVID-19. Għalkemm ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment u l-attività soċjali naqqsu l-progress f 'kull tip ta' xogħol madwar id-dinja, l-isfida kienet saħansitra akbar. Dan minħabba li x-xogħol tan-netwerk li jiffoka fuqu huwa relatat ma'kollaborazzjoni u interazzjoni tal-partijiet interessati. Madanakollu, il-pandemija enfasizzat l-importanza tas-sahha tal-bniedem. Hekk kif id-dinja qiegħda toħroġ minn din il-kriżi, l-importanza tal-inizjattivi relatati mas-saħħa nagħtat priorità iktar minn qatt qabel. Meta wieħed ikun f 'lock down, ġewwa belt, iħoss l-impatt tal- ambjent urban tiegħu ħafna aktar. In- nuqqas ta' spazji ħodor fil-qrib, u meta wiehed ma jkunx jista' juza r-rota jew jimxi mixja minħabba l-infrastruttura tal- madwar, juri l-esiġenza u l-importanza tal-ippjanar urban għas-saħħa ferm aktar tanġibbli u personali għal ħafna nies. Din ir-realtà turi l-importanza tax-xogħol imwettaq minn Healthy Cities. Permezz ta' dan il-proġett, l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) b'kollaborazzjoni mal- Kunsill Lokali tal-Isla u d-diviżjoni tal- Ministeru għas-Saħħa u Gvern Lokali, nediet app għall-ismartphone li jisimha Healthy Cities Malta. Din l-app tħeġġeġ l-attività fiżika u stil ta' ħajja aktar b'saħħtu, filwaqt li tinkludi postijiet ferm interessanti u importanti madwar l-Isla L-app ta' Healthy Cities Malta, tista' titniżżel mingħajr ħlas mill-Play Store. Din tipprovdi għażliet ta' rotot differenti tal-mixi ġewwa l-Isla.Kull rotta tikkonsisti minn livelli differenti ta' diffikultà, filwaqt li tirrakkomanda eżerċizzji fiżiċi addizzjonali li jistgħu jsiru f 'ċerti postijiet tul it-triq. B'hekk meta il-persuna tkun qrib waħda mill-ħafna toroq imtarrġa fl-Isla, tiġi mħeġġa biex taghmel eżerċizzju qasir ta 'step lunges'. Meta wieħed ikun fil-ġnien tal-Gardjola jista' jaghmel 'press-ups' ma' wieħed mill- bankijiet li hemm fil-gnien. L-eżerċizzji kollha ghandhomstruzzjonijiet dwar il-pożijzzjoni fiżika u s-sigurtà waqt l-eżerċizzju. L-app tagħti wkoll informazzjoni rigward in-numru ta' kaloriji li jkunu ntilfu wara kull rotta. Fil-laqgħa ta' konklużjoni, li saret fil- Belt Portugiża ta' Loulé, l-imsieħba ħarsu lura lejn il-proġetti tagħhom u ddiskutew il-lezzjonijiet,semgħu suġġerimenti mill- imsieħba u tkellmu wkoll dwar pjanijiet u opportunitajiet ghall-futur. Espert ewlieni fuq dan il-proġett, Sebastiaan van Herk, faħħar dak li ra f 'Loulé, u qal li dan huwa eżempju ta' żewġ affarijiet: kif tgħaqqad l-investiment fl-infrastruttura ma' attivitajiet soċjali u sportivi, sabiex in-nies verament jużaw l-ispazji pprovduti: u huwa wkoll eżempju ta' mod uniku li bih il-muniċipalità taħdem mal-assoċjazzjonijiet u l-klabbs kollha tagħha. Ilni għoxrin sena naħdem fuq proġetti urbani u qatt ma rajt belt taħdem bħal din." Clémentine Gravier, minn URBACT, kienet sodisfatta li ħafna mill-imsieħba tan-netwerk diġà esprimew interess li jkomplu jibnu fuq proġetti ta' URBACT. Hija qalet li "għalkemm il-proġett issa wasal fi tmiemu, huwa importanti li nkomplu nipprijoritizzaw is-saħħa permezz tal-isports. U jien, ser inħeġġeġ lill-imsieħba sabiex jaħdmu fuq networks simili sabiex jibdew kollaborazzjonijiet ġodda. B'hekk insibu opportunitajiet ġodda biex naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenzi tagħna ma' pajjiżi oħra." Il-Proġett ta' "Health Cities" jasal fit-tmiem... imma b'bidu ġdid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022