Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 analiżi illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 t: +356 2292 6148 e: arpa.mafa@gov.mt w: www.arpa.gov.mt Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Triq Ħal Luqa, Qormi QRM9075 – Malta Project Officer (Aġenzija għallǦ) Dawk il-kandidati interessati huma mistiedna sabiex japplikaw għall-pożizzjoni ta' Project Officer (Aġenzija għall-Pagamenti) mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA). L-uffiċjali prospettivi jintalbu jwettqu pożizzjonijiet u kompiti assenjati f'oqsma fi ħdan l-istruttura tal- organizzazzjoni tal-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali. Il-mandat tal-Aġenzija fl- implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), partikolarment il-kontroll u l-ħlas tal- Fondi rilevanti tal-UE, huwa deskritt fis-sit www.arpa.gov.mt. Din il-pożizzjoni toffri pakkett ta' rimunerazzjoni attrajenti. Jekk din l-opportunità tinstema xierqa għalik, ibgħat l-applikazzjoni tiegħek permezz tal- Online Recruitment Portal tal-Gvern https://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard mill-ħin u d-data ta' skadenza ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet 13:30 CET nhar il-Ġimgħa 5 ta' Awwissu 2022. Kandidati prospettivi, speċjalment dawk li huma intiżi fl-agrikoltura u/jew għandhom idea tal- GIS (Geographical Information System) qed jiġu mħeġġa japplikaw. Se jiġu kkunsidrati biss dawk il-kandidati li huma eliġibbli taħt ir-rekwiżiti stipulati f'din is- sejħa. Għal aktar informazzjoni tista' ċċemplilna fuq 22924152 jew tibgħat email lil humanresources.mafa@gov.mt. t: +356 2292 6148 e: arpa.mafa@gov.mt w: www.arpa.gov.mt Project Officer (Aġenzija għallǦ) Dawk il-kandidati interessati huma mistiedna sabiex japplikaw għall-pożizzjoni ta' Project Officer (Aġenzija għall-Pagamenti) mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA). L-uffiċjali prospettivi jintalbu jwettqu pożizzjonijiet u kompiti assenjati f'oqsma fi ħdan l-istruttura tal- organizzazzjoni tal-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali. Il-mandat tal-Aġenzija fl- implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), partikolarment il-kontroll u l-ħlas tal- Fondi rilevanti tal-UE, huwa deskritt fis-sit www.arpa.gov.mt. Din il-pożizzjoni toffri pakkett ta' rimunerazzjoni attrajenti. Jekk din l-opportunità tinstema xierqa għalik, ibgħat l-applikazzjoni tiegħek permezz tal- Online Recruitment Portal tal-Gvern https://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard mill-ħin u d-data ta' skadenza ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet 13:30 CET nhar il-Ġimgħa 5 ta' Awwissu 2022. Kandidati prospettivi, speċjalment dawk li huma intiżi fl-agrikoltura u/jew għandhom idea tal- GIS (Geographical Information System) qed jiġu mħeġġa japplikaw. Se jiġu kkunsidrati biss dawk il-kandidati li huma eliġibbli taħt ir-rekwiżiti stipulati f'din is- sejħa. Għal aktar informazzjoni tista' ċċemplilna fuq 22924152 jew tibgħat email lil humanresources.mafa@gov.mt. t: +356 2292 6148 e: arpa.mafa@gov.mt w: www.arpa.gov.mt Project Officer (Aġenzija għallǦ) Dawk il-kandidati interessati huma mistiedna sabiex japplikaw għall-pożizzjoni ta' Project Officer (Aġenzija għall-Pagamenti) mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA). L-uffiċjali prospettivi jintalbu jwettqu pożizzjonijiet u kompiti assenjati f'oqsma fi ħdan l-istruttura tal- organizzazzjoni tal-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali. Il-mandat tal-Aġenzija fl- implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), partikolarment il-kontroll u l-ħlas tal- Fondi rilevanti tal-UE, huwa deskritt fis-sit www.arpa.gov.mt. Din il-pożizzjoni toffri pakkett ta' rimunerazzjoni attrajenti. Jekk din l-opportunità tinstema xierqa għalik, ibgħat l-applikazzjoni tiegħek permezz tal- Online Recruitment Portal tal-Gvern https://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard mill-ħin u d-data ta' skadenza ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet 13:30 CET nhar il-Ġimgħa 5 ta' Awwissu 2022. Kandidati prospettivi, speċjalment dawk li huma intiżi fl-agrikoltura u/jew għandhom idea tal- GIS (Geographical Information System) qed jiġu mħeġġa japplikaw. Se jiġu kkunsidrati biss dawk il-kandidati li huma eliġibbli taħt ir-rekwiżiti stipulati f'din is- sejħa. Għal aktar informazzjoni tista' ċċemplilna fuq 22924152 jew tibgħat email lil humanresources.mafa@gov.mt. inxtered u ma aħniex se niddiżappuntawkom," wegħdet Metsola lir-Rada. U fil-fatt hekk għamlet hekk kif bagħtet messaġġi sottili u inqas sottili, flimkien mal-Parlament biex pajjiżi ewropej jieqfu jbiegħu ċittadinanza lir-Russi, xi ħaġa li bla dubju kienet indirizzata lejn il-Gvern Malti. F'Ġunju li għadda hija saħansitra ddeċidiet illi rappreżentanti ta' kumpaniji Russi mhux se jitħallew aktar jidħlu fil- Parlament Ewropew u dan, skont hi, għax dawn ma għandhomx jingħataw spazju biex ixerrdu 'n-narrattiva tossika Russa.' Sussegwentement il-Parlament Ewropew approva u appoġġja sanzjonijiet kontra l-Gvern ta' Putin wara insistenza permezz ta' riżoluzzjoni għal embargo assolut fuq żejt, gass u uwil Russu. Dan apparti elenku sħiħ ta' dibattiti mimlijin kundanni kontra Putin u r-Russja, bil-mexxej Ukren Volodomyr Zelensky saħansitra jkun mitlub jindirizza lill- Parlament Ewropew. Naturalment iżda, kull munita għandha ż-żewġ naħat. U aktar kemm se jgħaddi żmien, aktar se jikber l-inkwiet dwar nuqqasijiet fil-fornitura tal-gass u l-istituzzjonijiet ewropej aktar se jidħlu f 'kontroversja, filwaqt li tikber il-pressjoni. In-nuqqas ta' gass, frott ir- restrizzjonijiet, huwa ta' inwkiet kbir għal ħafna pajjiżi speċjalment dawk fit-tramuntana tal-ewropa fejn tagħmel ħafna kesħa. Il-biża' reali hija li meta tasal ix-xitwa ma jkunx hemm biżżejjed fornitura biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jkessħu darhom. Dan kollu qed iwassal biex l-ewropej qed jaraw żieda qawwija fil-prezz tal-enerġija, li qed twassal biex l-inflazzjoni tispodi 'l fuq. U apparti dan, bħalissa l-Ewropa - inkluż Malta - qed tesperjenza żidiet qawwija wkoll fil-prezzijiet tal-ikel, speċjalment il-laħam, li wasslet għal mewġa ta' żidiet fil-prezzijiet fuq eluf ta' prodotti u servizzi. Dan kollu qed jiekol mid-dħul disponibbli tal- ħaddiema, speċjalment dawk bi qligħ baxx. L-Ażerbajġan u l-faħam... Dawn ir-realtajiet ifissru li l-UE qed ikollha tara x'se tagħmel biex tilqa' għall-effetti b'deċiżjonijiet li forsi jistgħu jkunu kontroversjali. Fost dawn hemm l-istqarrija tal- Ministru tal-Enerġija Ġermaniż, li qal illi fost miżuri li se jieħu l-pajjiż biex jilqa' għal din "il-kriżi" hemm dawk li jippermettu l-użu ikbar ta' impjanti li jaħdmu bil-faħam, kif ukoll sistema li permezz tagħha l-industrija tikkonsma inqas dawl. L-użu ta' impjanti tal-faħam huwa pass dijamettrikament oppost għad-direzzjoni li qed tieħu l-Unjoni Ewropea, li qed taħdem biex tilħaq il-miri għal Ewropa klimatikament newtrali b'użu tal- idroġenu, minflok il-gass. Naturalment l-UE kellha ddur għal għejjun oħra ta' gass - fosthom, kif rajna din il- ġimgħa, mal-Ażerbajġan - pass li għalkemm baqa' għaddej qisu xejn mhu xejn madwar l-Ewropa, lokalment qajjem it ta' kontroversja hekk kif l-eks PM Joseph Muscat akkuża lill-PN li ma qal xejn dwar dan, meta tant kien kritiku tal-ehim li Malta kienet għamlet mal-istess Ilham Aliyev taħt il-Gvern tiegħu. Il-kritika kienet diretta l-aktar lejn Metsola u David Casa, li huma r-rappreżentanti tal-PN fil- Parlament Ewropew. Minkejja li Metsola ma setgħetx tikkummenta minħabba l-pożizzjoni tagħha Casa sostna li d-differenza bejn il-ehim ta' Von Der Leyen ma' Aliyev u dak ta' Muscat, kien li fil- każ ta' Muscat il-midja ma kinitx mistiedna u li l-affarijiet ma sarux bi trasparenza, apparti li qal illi hemm "xamma ta' korruzzjoni." Dan xorta jħalli problema ta' fornitura għall-UE, għax mir- Russja l-UE kienet timporta 155 biljun metru kubu ta' gass, filwaqt li mill-Ażerbajġan se tkun qed timporta biss 12. Iktar kemm jgħaddi ż-żmien għalhekk il-morsa jaf aktar se tkompli tagħfas fuq il-ħaddiema, negozji u pensjonanti ewropej u allura Metsola tidħol fir-riskju li l-immaġini ta' President deċiżiva u b'saħħitha permezz ta' diskorsi qawwijin kontra Putin, jibdew jitilfu mill-effett u mill-appell tagħhom hekk kif l-ewropej jibdew iħossu dejjem aktar l-għafsa. Dan ipoġġi l-kredibilità tal-UE - inkluż tal-Parlament Ewropew - taħt test qalil kontra l-ħin, sabiex il-Parlament Ewropew (u allura Metsola) kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jiġu b'soluzzjonijiet li jagħmlu tajjeb għall-fornitura ta' dak li huwa bażiku (l-enerġija) u għaż-żidiet fil-prezzijiet tal- ikel, b'inflazzjoni li laħqet l-ogħla livelli fi snin twal. Tindirizza l-Knesset u taqla' ċapċip u diżapprovazzjoni Mument ieħor partikolari f 'dawn is-sitt xhur kien meta l-President tal-Parlament Ewropew indirizzat l-Knesset - il- Parlament Iżraeljan. Hawnhekk - minkejja li fir-realtà ma qalet xejn daqstant kontroversjali u xokkanti - xorta qalgħet ċapċip imma anke diżapprovazzjoni qawwija. "Naf li hemm dawk li ma jaqblux u naf li kien hemm ħafna drabi li dan il-proċess beda u ma kompliex (il-proċess ta' paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina). Naf li kulħadd jara l-paċi bħala tragward u naf kemm hu diffiċli li tikkonvinċi omm li binha miet fil-proċess tal-paċi. U hemm ħafna ommijiet hekk, wisq... imma l-paċi hija l-unika triq 'l quddiem," qalet Metsola. Jidher iżda - xħin semmiet lir-Russja fid-dawl tal-invażjoni u t-theddid ta' dan il-pajjiż - irċeviet ħafna kritika u inqala' għajjat minn grupp ta' membri tal-Knesset. Biss qalgħet ċapċipa kbira meta mbagħad kompliet titkellem kontra l-vjolenza. Il-futur qarib se jkun wieħed determinanti ħafna u s-suċċess ta' Metsola, l-istituzzjoni li tmexxi u l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi se tiddependi fuq ir-riżultati u fuq kemm u kif se jintlaħaq bilanċ delikat ħafna, bejn l-UE li żżomm il-pożizzjoni tagħha kontra invażjoni - pero' tippromovi l-paċi (xi ħaġa li ma jidhirx li qed issir biżżejjed f 'dan il-konfront politiku) u l-bżonn li l-ewropej ma jarawx il-livell ta' għixien tagħhom jieħu daqqa l'isfel, filwaqt li jinħolqu mill- ġdid diżugwaljanzi soċjali fi stati membri u bejn stat membru u ieħor.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022