Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 23

02 aħbarijiet IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Xemxi Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 4 li jdur Punent Majjistru forza 3 għal 4 Baħar Ħafif L-OGĦLA: 35˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Punent għall-Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4. Billejl isir forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Bandli u bankijiet fi spazju ta' rikreazzjoni fil-Birgu Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien mas-Sindku tal-Birgu John Boxall inawguraw spazju miftuħ għar-rikreazzjoni tat- tfal magħruf bħala l-Bandli tal-Birgu. Il-Ministru Zrinzo Azzopardi spjega kif l-Awtorità tal-Ippjanar, permezz tad-Development Planning Funds, tat għajnuna finanzjarja li tammonta għal kważi €120,000 sabiex isiru xogħlijiet ta' rinnovazzjoni f 'dan il-bandli. Huwa qal kif dan il-fond hu ta' għajnuna kbira għall-kunsilli lokali biex iwettqu proġetti fil-komunitajiet. Il-Ministru faħħar ix- xogħlijiet li għamel id- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex fis-sit setgħu jiġu installati l-bandli u l-bankijiet il-ġodda. Gie rranġat ukoll il- pavimentar biex l-ilma tax-xita ma jibqax jaqleb għal ġos-swar iżda joħrog għat-triq, kif ukoll ġew restawrati l-ħajt u r-rixtellu ta' barra u żdiedet il-ħamrija fil- ħwat tas-siġar. Il-Ministru Zrinzo Azzopardi sostna kif dan il-proġett huwa xhieda oħra tal-ħidma ta' dan il- Gvern biex iż-żoni urbani jkomplu jiġu rinovati bi proġetti aktar sostenibbli u b'hekk in-nies igawdu minn kwalità ta' ħajja aħjar. Filwaqt li rringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Birgu tal-ħidma kontinwa tiegħu, saħaq kif issa, il-komunità għandha spazju rikreattiv għall- familji u għat-tfal. Min-naħa tiegħu, is-Sindku John Boxall wera l-apprezzament tiegħu lejn l-Awtorità tal- Ippjanar għal dan il-fond li qal illi hu ta' għajnuna kbira għall-kunsilli lokali. Is-Sindku rringrazzja lill-ħaddiema tal- Kunsill Lokali u l-voluntiera li kienu ta' għajnuna waqt ix- xogħlijiet ta' dan il-proġett. Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-Kumitat tal- Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF) tal-Awtorità tal-Ippjanar, u d-Direttur Ġenerali tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Perit Stephen Bonello. S'issa bbenefikaw aktar minn 5,000 student mill-klassijiet ta' reviżjoni tas-SEC Għad-disa' sena konsekuttiva qed jerġgħu jsiru l-klassijiet ta' reviżjoni tas-SEC, inizjattiva bla ħlas ta' Jobsplus taħt il-Youth Guarantee Project, iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea. Din l-inizjattiva hija mmirata għall- istudenti li se jkunu qed jagħmlu r-resit tal-Livell Ordinarju f 'Settembru fil-bijoloġija, fl- Ingliż, fil-Malti, fil-matematika u fil-fiżika. "Din l-inizjattiva għandha l-għan li ninkoraġġixxu lil dawk li ma laħqux it-tragward mixtieq f 'dawn is-suġġetti, biex ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu għaddejjin bl-edukazzjoni tagħhom", qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Ricerka u l-Innovazzjoni Clion Grima, meta żar waħda mill-klassijiet flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall- Fondi Ewropej Chris Bonett. L-istudenti li qed jagħmlu dawn il-Klassijiet ta' Reviżjoni qed jingħataw lezzjonijiet bla ħlas minn għalliema, kemm online jew fi klassi. Matul il-lezzjonijiet ikollhom aċċess għal vidjows u testijiet tat- tagħlim online u jingħataw past papers ukoll bla ħlas. Il-lezzjonijiet bdew mit-Tnejn 25 ta' Lulju u jibqgħu għaddejjin fuq medda ta' ħames ġimgħat f 'erba' ċentri madwar Malta u ċentru f 'Għawdex. L-istudenti setgħu jagħżlu li jieħdu klassijiet f 'massimu ta' tliet suġġetti, inkluż wieħed tax-xjenza. "Din l-għajnuna li qed nagħtu hija investiment għaliex aħna rridu li ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna li huma l-preżent u l-futur tas-soċjetà, biex insaħħu kemm l-industrija tax- xogħol u l-ekonomija filwaqt li nassiguraw li jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar. Għalhekk dan ukoll huwa investiment fir- riżors uman—l-ikbar riżorsa li għandu pajjiżna", qal il-Ministru Grima. Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li permezz tal-Youth Guarantee mill-2013 ġew investiti aktar minn €1.4 miljun mill-Fond Soċjali Ewropew u ibbenefikaw aktar minn 5,000 student li attendew għall-klassijiet ta' revizjoni tas-SEC.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022