Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 • illum Inkomplu nagħtu nifs lis-settur mużikali I s-Settur mużikali huwa wieħed indispensabbli fejn tidħol id-diversità kulturali u t-tisħiħ tal-kultura tagħna. Bħala lingwa universali mimu- ma minn kulħadd, il-mużika hija strumentali għaliex minnha nni- fisha hija medju uniku u kreattiv għas-soċjetà u l-individwu. Fid-dawl ta' bidliet diġitali li qed naraw iseħħu madwarna, b'settur fejn qed iktar ma jmur qed isir kompetettiv minħabba ż-żieda ta' artisti, is-settur tal-mużika jinsab fi trasformazzjoni kontinwa. Infatti matul dawn l-aħħar snin, dan wassal għal bidliet fundamentali fil-mod kif il-mużika tinħoloq, tiġi prodotta, distribwità u monetizzata. Għalhekk permezz ta' appoġġ kontinwu biex is-settur u l-fergħat tiegħu jiġu megħjuna biex isiru aktar kompetittivi fis-suq globali u biex jiġu indirizzati l-problemi. Fil-bidu tal-2020, il-kriżi tal- pandemija tal-COVID-19 laqtet is-settur b'mod partikolarment iebes u wasslet għal sfidi ġodda fejn tidħol is-sostenibbiltà tal-ekosistema kollha tal-mużika minnha nnifisha. Għaldaqstant, issa li qed inħarsu 'l quddiem, jinħass il-bżonn li jinstabu pjattaformi u skemi biex nibqgħu ngħinu lill-mużiċisti jkomplu jimirħu bl-għanijiet tagħhom. Rock N Malta Riċentament nedejna sejħa għall-applikazzjonijiet tal-fond ta' Rock'N Malta. Din l-inizjattiva toffri sapport permezz ta' fondi lill-organizaturi, bands u artisti li jipproduċu kunċerti tal-ġeneru rock, kif ukoll is-sottoġeneri tiegħu. L-applikazzjonijiet huma miuħa għal avvenimenti li ser isiru fl- 2023.B'kollox qed jiġu allokati total ta' €300,000 f 'fondi. Din hija inizzjattiva sabiħa sabiex nagħtu opportunita' lit-talent lokali fil-kamp tar-rock jesebixxi l-ħiliet tiegħu u anke nattiraw talent barrani biex jagħti performances f 'pajjiżna. Fl-istess waqt se nkunu qed naħdmu id f 'id mas-settur privat, promoters, artisti lokali u l-NGOs sabiex ikunu huma l-ixprun ta' dawn il-kunċerti. Permezz ta' Rock'N Malta, se nkompli ninvestu fil-ġeneri tal- mużika varjati li għandna f 'pajjiżna. L-għan ta' aħħari hu li nagħtu diversi opportunitajiet lill-artisti tagħna. Flimkien ma' Festivals Malta, fejn qed jigi organizzati diversi festivals ta' forom differenti t'arti u ta' kull ġeneru mużikali, inkluż mużika bil-Malti, jazz, klassika, u aktar, b'dan il-fond qiegħdin niffukaw ukoll fuq il- mużika rock u s-sottoġeneri kollha tagħha. Rock'N Malta ġie mwaqqaf minn Festivals Malta fl-2017. Tul is-snin, Rock'N Malta ospita artisti bħal Dream eatre, Dee Snider, Steve Hackett, Krokus, u oħrajn. Kien ukoll ta' sostenn għal diversi bands, artisti u festivals lokali oħra marbuta ma' dan il-ġeneru tal- mużika Mużika Mużika Nedejna wkoll l-applikazzjonijiet għat-tielet edizzjoni tal-festival. It-tielet edizzjoni ta' Mużika Mużika li ser isir bejn it-23 u l-25 ta' Marzu 2023. Nixtieq minn qalbi nfaħħar it-tim organizzattiv għax-xogħol tajjeb li qed isir f 'dan il-festival. Irridu nkomplu ninvestu f 'dan il-festival li jservi wkoll bħala pjattaforma fejn l-artisti jesponu t-talenti tagħhom bil-lingwa nattiva tagħna. Dan il-Festival jiċċelebra l-ġmiel tal-kanzunetta Maltija, ħaġa sabiħa ħafna li nuru apprezzament għall- lingwa u l-mużika Maltija b'mod hekk sabiħ. Ser inkomplu naħdmu biex dan il-Festival ikompli jkun ta' suċċess sena wara sena u jibqa' jkun appuntament annwali. Irridu niżguraw li aktar kantanti Maltin ikollhom opportunitajiet biex ikomplu jibnu l-karrieri mużikali tagħhom b'mod professjonali u bl- ogħla livell, kif nistgħu naraw f 'dan il-Festival. Perzwaz li Mużika Mużika se jkompli jilħaq ġeneri mużikali aktar diversi. Jiena kburi bix-xogħol li qed isir. Mużika Mużika kontinwament jissupera l-aspettativi, kemm fuq livell ta' produzzjoni, kif ukoll fl- ambitu kreattiv. Inħeġġeġ lill-kantanti, l-kompożituri u l-awturi biex ma jitilfux l-opportunità li jkunu parti mill-istorja ta' dan il-festival tant prestiġġjuż. Aħna ser nikkommettu ruħna li għal dabr'oħra nipproduċu festival tal-ogħla livell, kemm għall-kantanti, l-kompożituri u l-awturi li ser jieħdu sehem, kif ukoll għall-udjenzi tagħna. Ninsab ċert li l-edizzjoni tal-2023 ser tkun ta' suċċess bħall-edizzjonijiet preċedenti. Vidjow Mużikali "Bla Tarf " Tnieda wkoll il-vidjow tal- kanzunetta Bla Tarf interpretata minn Kurt Calleja, fuq kitba ta' Kurt Calleja u kompożizzjoni ta' Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg, tirrakonta storja ta' koppja li ssuperat kull ostaklu. Il-vidjow mużikali interpreta din l-istorja bi stil impressjonistiku. Vidjow Mużikali emozzjonanti u mill-isbaħ, li biex ittella' rrikjeda diversi sigħat ta' xogħol mit-tim dedikat ta' Festivals Malta u bosta professjonisti fis-settur. Dan il-vidjow mużikali beda jiġi ppjanat proprju minn it ġimgħat wara l-festival, u għalih involvejna għadd ta' professjonisti fl-industrija, biex niżguraw il-kwalità tal-prodott finali u s-sigurtà fuq is-set. Rockestra Fl-10 ta' Settembru li ġej ser issir it-13-il edizzjoni ta' Rockestra, bit- tema "I love rock 'n' roll". Din is-sena ser tkun edizzjoni speċjali fuq żewġ binarji hekk kif ser issir fiż-żona miuħa tal-MFCC f 'Ta Qali u b'udjenza bilwieqfa. Nesprimi apprezzament lejn it- tim kbir li jaħdem volontarjament fuq Rockestra biex fl-aħħar mill- aħħar tingħata għajnuna lil bosta persuni li jibbenefikaw minn e Malta Community Chest Fund Foundation. Minn qalbi nappella lill-pubbliku biex jattendi għal dan l-avveniment b'għan nobbli u li jippromwovi t-talent Malti. Fost il-kantanti li ser jieħdu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena hemm Kevin Paul, Moira Stafrace, Drakard, Ira Losco u Jotham. Strateġija 2025— Isma. Oħloq. Imraħ Riċentament biex inkomplu nsaħħu l-arti u l-kultura nedejna l-Istrateġija li tistabbilixxi l-viżjoni, il-missjoni, u l-għanijiet tal-Kunsill Malti għall-Arti għas- snin li ġejjin. Din l-iStrateġija tistipula tliet temi maġġuri—'Isma. Oħloq. Imraħ—li jservu bħala pont bejn l-għanijiet u l-prinċipji strateġiċi, kif ukoll l-oqsma fundamentali tal-Kunsill Malti għall-Arti. Iffukajna fuq parteċipazzjoni akbar mal-entitajiet u mas- settur privat, kif aħna nistgħu nilquhom b'mod aktar dirett, kif aħna nistgħu ninjettaw flus b'mod aktar dirett u b'mod aktar effettiv lin-nies li jaħdmu fis-settur tal- industrija kreattiva u naturalment ħadna inkonsiderazzjoni r-realtá li qed ngħaddu minnha llum. Din l-istrateġija hija strument li se jikkontribwixxi sinifikament għall-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali Kulturali 2021. Strateġija 2025 ġiet żviluppata fi sħab ma' numru ta' partijiet interessati mis- setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll membri tal-pubbliku li jgħożżu l-arti u l-kultura. L-għan ewlieni biex il-kultura u l-arti jikkontribwixxu għal kwalitá ta' ħajja aħjar. Parteċipazzjoni aktar wiesgħa fl-arti u l-kultura twassal għal aktar innovazzjoni, involviment kulturali, legat artistiku, ċittadinanza attiva, u t-tisħiħ ġenerali tal-benesseri—u dan huwa fejn l-Istrateġija hija essenzjali. Kemm huma importanti d-drittijiet kulturali fil-kuntest tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli għandhom jiġu enfasizzati u jkunu direttament relatati mal-Istatus tal-Artist. Permezz ta' din l-Istrateġija, aħna qegħdin nadottaw approċċ miuħ, kollaborattiv, parteċipatorju, u faċilitattiv f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kif nimplimentaw il-miżuri tagħna fis-snin li ġejjin, kif ukoll il-mod ta' kif aħna nixtiequ nwettqu dan. Se nibqgħu nkunu ta' spalla għall- Artisti. Bħala Gvern nemmnu bi sħiħ li s-settur kulturali u kreattiv f 'pajjiżna huwa pilastru soċjali u ekonomiku importanti li rridu narawh ikompli jiżviluppa permezz ta' aktar opportunitajiet u sostenn dirett lill-artisti lokali. Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022