Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 • illum Approvata t-tieni fażi tal- iżvilupp tar-Ramla Hotel Il-Bord tal-Ippjanar li għadu kif inħatar, approva l-permess għat-tieni fazi tal-proġett ta' żvilupp tar-Ramla Hotel fil-Marfa. Għal din il-fażi, x-xogħlijiet se jinkludu t-twaqqiegħ tal-parti l-qadima tal-lukanda u l-bini ta' 396 kamra ġdida, gym, ħwienet, stabbilimenti tal-ikel, pixxina interna, swali multipurpose, u faċilitajiet oħra li se jkunu mifruxa fuq tlett binjiet ġodda. Kif seħħ fl-ewwel fażi ta' dan il-proġett, id-disinn tal-lukanda l-ġdida se jmur lil hinn minn stil tradizzjonali ta' kurituri twal bi kmamar fuq iż-żewġ naħiet. Disinn aktar organiku se jagħti lok għal kunċett ta' porożità li jwassal għal tnaqqis fil-volum u jagħti ħajja lil spazji li ġeneralment ma jkunux daqstant użati. Dan se jsir bl-użu ta' spazji ċentrali mdawwla b'mod naturali. L-element naturali ser jingħata im- portanza f'dawn l-ispazji ċentrali, mhux biss fil-madwar tal-kumpless imma anke fuq ġewwa. It-tlett blokok ser ikunu interkonnessi fl-aktar livell baxx, kif ukoll permezz ta' pontijiet miftuħa bejn il-binjiet. Il-Bord qabel mar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat tal-Immaniġġjar tal-Iżvi- lupp li għal skopijiet ta' titjib u żieda fin-numru ta' sodod, jista' jsir tkabbir minimu fil-footprint tal-binja. Dan irid isir fil-konfini eżistenti tal-lukanda oriġinali. Minħabba d-daqs u l-lok ta' dan l-iżvilupp, dan il-proġett ġie sot- tomess għal Appropriate Assessment (AA) u għal Assessjar tal-Impatt Amb- jentali (EIA), li t-tnejn ġew assess- jati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Ir-rapport tal-Appropriate Assess- ment (AA) kkonkluda li, wara eval- wazzjoni dettaljata ta' l-impatt antiċi- pat u ta' kif dan jista' jiġi mitigat, dan il-proġett u x-xogħol relatat miegħu mhux mistenni li jkollu impatt fuq is-siti ta' Natura 2000. Fir-rapport tagħha, l-ERA ddikjarat ukoll li dan l-impatt jista' jiġi ndirizzat b'numru ta' miżuri ta' prevenzjoni u mitigazzjoni waqt il-fażi tal-kostruzzjoni. Fil-fatt, għadd ta' kundizzjonijiet ġew inklużi fil-permess mogħti biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri ta' mitigazzjo- ni jiġu mħarsa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022