Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 aħbarijiet Ibqa Tghallem! Aħtaf l-opportunita' u ibda kors illum. Għażla ta' aktar minn 70 suggett, onlajn jew fil-klassi. Applika issa fuq www.lifelonglearning.gov.mt jew mill Kunsill Lokali tiegħek jew miċ-ċentri ta' servizz.gov jew ċempel 153 Il-Forum kontra l-Faqar jipproponi għajnuna diretta biex familji jifilħu għad-daqqa tal-għoli tal-ħajja Sewwieq ta' 21 sena arrestat b'rabta mal- inċident li ħalla raġel mejjet fiż-Żejtun Il-Forum Malti kontra l-Faqar qal fi stqarrija li l-pajjiż għandu jadotta mekkaniżmu adegwat ta' dħul minimu, aktar milli paga minima. Fi stqarrija il-Forum sostna li l-pajjiż ma jistax ikollu sistema one-size-fits-all meta jadotta d-Direttiva Ewropea għall-Paga Minima, li dwarha intlaħaq ehim proviżjonali fl-aħħar ġranet. Stati Membri b'pagi minimi se jkunu mitlubin jwettqu qafas proċedurali li jwassal għal pagi mimini skont sett ta' kriterji. Il-Forum qal li ladarba id-Direttiva tiffoka biss fuq nies f 'impjieg, dawk bla xogħol li jinkludi pensjonanti ma għandhomx ikunu minsija. Għalhekk issuġerixxa li apparti paga minima jkun hemm supplimenti u flus addizzjonali pprovduti mill-Gvern, dejjem skont il-familja in kwistjoni. Appellat lill-Gvern ukoll sabiex jindirizza r-realtà tal-inflazzjoni sabiex b'hekk jiżdiedu l-flus fil-but tan-nies. "Huwa ta' xejn li tiżdied il-paga minima jekk il-prezzijiet qed jiżdiedu wkoll, għalhekk il- Gvern għandu jwettaq moniteraġġ skrupluż u jintervjeni f 'setturi essenzjali." Il-Forum qal li assistenza diretta u skemi għandhom jgħinu lil dawk bi qligħ baxx u emfasizzaw li skemi bħal dawn għandhom jindirizzaw prodotti essenzjali bħal ikel u mediċina. Appella wkoll lill-Gvern biex jaġġorna l-istatistika kull sena, f 'dak li jirrigwarda Household Budgetary Survey. Malta aġġornat l-paga minma l-aħħar fl-2017, b'żidiet gradwali fuq tliet snin, filwaqt li l-paga minima tiżdied kull sena wkoll bil-COLA, wara qbil bejn l-imsieħba soċjali. Il-Forum Malti kontra l-Faqar qal fi stqarrija li l-pajjiż għandu jadotta mekkaniżmu adegwat ta' dħul minimu Investigazzjonijiet intensivi li saru mid-Dipartiment tar- Reati Maġġuri u dawk tad- Distrett taż-Żejtun wasslu sabiex f 'inqas minn 24 siegħa tinstab il-karozza, kif ukoll ġie identifikat is-sewwieq li allegatament kien involut fl- inċident li sfortunatament ħalla raġel ta' 51 sena mejjet. Is-sewwieq, żagħżugħ ta' 21 sena, residenti Birżebbuġa kien arrestat aktar kmieni illum filwaqt li l-vettura tal-għamla Mazda Demio, instabet f 'garaxx f 'Ħaż Żabbar. Huwa qed jinżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal- Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022