Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 • illum Carmel Bonnici Torchy Blane - Reporter li solviet diversi każi misterjużi (2) (Ikompli mill-Ħadd li għadda) Issa nagħtu ħarsa lejn id-disa' films li jitrattaw l-istorja ta' Torchy Blane... Smart Blonde (1936). Dirett minn Frank McDonald. Jaħdmu Glenda Farrell, Barton McLane, Winifred Shaw, Craig Reynolds, Jane Wyman. Ħin 59 minuta. L-ewwel minn disa' films dwar Torchy Blane jipprepara l-pass u t-ton għall-oħrajn li ġew wara, b'Farrell u MacLane jagħtu gost bħala r-reporter bi lsien li taf xi tgħid u l-ħabib pulizija tagħha li jibdew malajr jinvestigaw flimkien fuq każ ta' qtil. Dan hu l-uniku film minn din is-serje li ġie addattat dirett minn fuq storja tal-awtur Frederick Nebel. Fly-Away Baby (1937). Ħin 60 minuta. Direttur Frank McDonald. Jidhru Glenda Farrell, Barton MacLane, Gordon Oliver u Harry Davenport. Dan il-film iservi bħala vetrina għall-intelliġenza ta' Farrell fi kliemha hekk kif tħuf wara qattiel fuq ajruplan. Adventurous Blonde (1937). Jerġa' jidderieġi Frank McDonald bil-ħin ta' 60 minuta. L-atturi huma Glenda Farrell, Barton MacLane, Ann Nagel, Tom Kennedy u George E. Stone. Wieħed mill- aħjar xogħlijiet ta' din is-sensiela fejn din l-investrigatriċi al-kriminalita' titterrompi t-tieġ tagħha man-nervuż pulizija MacLane biex tindaga dwar il-qtil ta' attur li kien qed ifittex il-pubbliċita'. Blondes At Work (1938). Ħin 63 minuta. Direttur Frank McDonald. Jaħdmu Glenda Farrell, Barton MacLane, Tom Kennedy, Rosella Towne u Carole Landis. Farrell terġa' taħdem tar-reporter li ma tgħejja qatt, Torchy Blane, fejn tikkonfondi lill- kollegi tagħha b'aħbarijiet misruqa mill- ħabib pulizija tagħha, MacLane. Din il-produzzjoni hi b'xi mod magħmula u addattata minn fuq dik tal-1935, Front Page Woman tal-protagonista Bette Davis. Torch Blane In Panama (1938). Ħin 58 minuti. Direttur William Clemens. Jidhru Lola Lane, Paul Kelly, Tom Kennedy, Anthony Atwell u Betty Compson. Lane u Kelly issostwixxew temporanjament lil Glenda Farrell u Barton MacLane f 'din il- produzzjoni ta' livell baxx dwar ħallelin tal-banek minn New York li ħarbu lejn il- Panama fuq vapur tal-passiġġieri. Torchy Gets Her Man (1938). Dirett minn William Beaudine bil-ħin ta' 62 minuta. L-atturi huma Glenda Farrell, Barton MacLane, Tom Kennedy, William Robertson u George Gohl. Farrell u MacLane jerġgħu jirritornaw f 'dan il-film, l-aktar wieħed komiku ta' din is-sensiela b'Torchy issus wara gang bi flus foloż. Torchy Blane In Chinatown (1939). Ħin 59 minuti. Id-direttur hu William Beaudine. Jidhru Glenda Farrell, Barton MacLane, Tom Kennedy, Patrick Knowles u Henry O'Neill. Torchy u l-għarus Steve jkollhom x'jaqsmu ma kontrabandisti tal- ġojjelli u anki qtil f 'dan l-episodju ta' it interess. Dan il-film kien inħadem qabel, fl-1930, bl-isem Murder Will Out. Torchy Runs For Mayor (1939). Jerġa' jidderieġi William Baudine b'ħin ta' 59 minuta. Jaħdmu Glenda Farrell, Barton MacLane, Tom Kennedy, John Miljan u Frank Shannon. Torchy jirnexxilha tiskopri xi it ħama fuq xi politiċi korrotti u wieħed jista' jaħseb x'jiġri mit-titlu tal-film. Wieħed mit-tajbin ta' din is-serje bi djalogu li jaqta' fil-laħam il-ħaj. Torch Plays With Dynamite (1939). Ħin 59 minuti. Dirett minn Noel Smith. L-atturi Jane Wyman, Allen Jenkins, Tom Kennedy, Joe Cunningham u Sheila Bromley. Wyman li kellha parti żgħira fl-ewwel film tas-serje Torchy Blane issa taħdem il-parti ewlenija f 'dan ix-xogħol farsesk, l-aħħar wieħed, fejn tmur il-ħabs taħdem bil-moħbi biex iġġib il-provi fuq ħalliel. Jenkins minflok Barton MacLane hu tassew umoristiku. Dawn id-disa' films ta' Torchy Blane nħadmu fuq medda ta' tliet snin biss. Fil- perjodu ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija l-irwol ta' reporter ta' gazzetta kien wieħed mill-it fl-Amerika li juri lin-nisa bħala kompetenti, intelliġenti, kapaċi jaġixxu waħedhom u determinati kif jaqbdu karriera kważi b'opportunitajiet daqs l-irġiel. Minn dawn il-mudelli, Torchy Blane kienet l-aktar famuża. Ta' min jgħid li Glenda Farrell ħadet din il-parti importanti billi kienet diġa' ħadmet ta' reporter dejjem ippreparata bi tweġibiet eżatti u anki taf xi tgħid ġo film ieħor tal-Warner Bros., Mystery Of e Wax Museum (1933). Skript li baqa' ma nħadimx fis-sensiela Torchy Blane ġie adattat ġo produzzjoni jisimha Private Detective u li fih il- protagonista kienet Jane Wyman l-attriċi tal-aħħar film fis-sensiela Torchy Blane. Turner Classic Movies fl-2009 ipproduċew numru ta' trailers ta' dawn il- films li wieħed jista' faċilment jarahom fil- website tagħhom. Il-Warner Bros. ħarġu DVD box set ta' dawn id-disa' films. (Tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022