Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199
13 letteratura illum • IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 Reazzjoni minn Paul P Borg dwar il-ktieb tiegħu "belgħa te" kings, ix-xjuħ u l-invicti kollha. Kull xebh inċidentali, ovvjament, bħalma jiċħad kull xogħol fittizju qabel jibda, u fil-każ ta' Camilleri, anki fuq parir tal-avukat. Imma dil-logħba, li għall-ewwel tidher li se tkun sostnuta, tibda tnin u tiżvinta sakemm issir tixbah aktar id-dillirju personali tal-awtur milli strateġija awtorjali li qed tipprova tagħmel punt importanti. Bejn ir-rabta mal-qtil ta' Daphne, l-avventura tal-Bitcoin, u l-kapitli teoriċi- deklamatorji-mgħaddba, kollha biċċiet li taralhom is-sens potenzjali imma li r-rabta bejniethom hija sfurzata għall-aħħar — kull ma jibqagħlek f 'idejk huwa żewġ daħkiet 'l hawn u 'l hinn, storja li tmur kullimkien mingħajr ma tasal imkien, u s-sensazzjoni li l-punt attwali tad-diskors fl-aħħar mill- aħħar ma ntlaħaqx. Min-naħa l-oħra, xorta jrid jissemma li l-libertà li jassumi l-awtur, meħlus mix- xkilijiet tat-tradizzjoni u tal-obbligi, iwasslu għal mumenti fejn il-kitba donnha tidher bla sforz, tassew adattata għall-kontenut urġenti u istantanju li qed titkellem dwaru. Xi ħaġa simili li nsibu fi Stagno u anki f 'Karl Schembri, u li tista' anki tiġi kkunsidrata f 'ottika storika wiesgħa tal-potenzjal liberatorju tar-realiżmu Malti. Imma, għal darb'oħra, kontra dawn it- tnejn, Camilleri naqas mill-istrateġija, u forsi anki mill-umiltà. Bħalma dar-rumanz qisu l-ewwel tħarbixa li ma missha marret imkien iżjed, Camilleri jista' jqisu bħala abbozz għal karriera letterarja u editorjali eventwalment promettenti, jekk ma jinħarabx l-impenn bażiku lejn il-ħolqien tat-test. PAUL P BORG Ngħid is-sewwa stennejt li dan ir- rumanz tiegħi belgħa te sa jkun hemm reazzjonijiet differenti għalih, imma nixtieq nirreferi għall-kummenti tal- kritiku letterarju Mark Vella (ILLUM, 9.08.22). Ma nixtieqx nuża ħafna ħin nitkellem fuq kitbieti jiena stess għedt li kelli ngħid fir-rumanz; fuq kollox naf li meta l-kittieb jippubblika għandu jistenna dak kollu li jidhirlu l-qarrej jew il-kritiku. Ngħaġġel ngħid li jiena u niktbu, la kelli definizzjoni tal-letteratura quddiemi, la kelli films bħal One flew over the Cockoo's Nest, la Moviment Qawmien Letterarju, la erbgħin sninijat, lanqas ħafna punti li semma Mark. Ktibt li ħassejt u kif ħassejt u daqshekk. Waqt il-kitba tal-ġrajja kull kittieb kreattiv, isegwi bla ma jaf in-nixxiegħa tal-kitba bħala rappreżentazzjoni komunikattiva ta' dak li jkun għaddej fih. B'hekk f 'belgħa te, ħloqt protagonist rikoverat l-isptar, li jindirizza kemm lill- oħrajn kif ukoll lilu nnifsu bħallikieku hemm xi ħaddieħor ġo fih, skont dak li qiegħed iħoss. Hemm id-dibattitu għaddej il-ħin kollu bejnu u bejn ruħu. Jien konxju li hi strateġija diffiċli, imma f 'dan ir-rumanz ħarġet bl-aktar mod naturali. Dan ifisser illi bl-aktar mod awtomatiku, fl-isptar kont dejjem fl- ewwel persuna (jien u jien, jien u l-bqija) nindirizza lili nnifsi u lill-bqija; imma kull meta l-protagonist qiegħed barra l-isptar fi żminijiet oħrajn, ktibt fit-tielet persuna. Minn hawn ġej dak li Mark ra bħala nuqqas fl-alternanza mill-ewwel għat- tielet persuna. Min darba jew oħra ħass il-bżonn li joħloq bil-kelma, ħass il-qawwa tar- ripetizzjoni. Fil-każ ta' belgħa te, il- protagonist magħluq fil-Manikomju kien ippersegwitat b'sitwazzjonijiet, kummenti, tgħajjir, eċċ. akkumulati fih sa minn tfulitu, itambrulu f 'moħħu bla waqfien bħalma naf li jsir fil-moħħ ta' pazjent. Il-pazjent/protagonist għandu l-ħtieġa li jorbot kontinwament mal-attwalità ta' ħajtu dak kollu li jtella' bla ma jrid mill- bir tal-esperjenzi personali: dan hu fil-fatt dak li ġennu. Mark isejjaħ nuqqas dawn ir-ripetizzjonijiet li l-protagonist ikollu jitturmentawh sikwit. Għalija kienu sine qua non. Stennejtha wkoll ir-riferenza għall- ktieb tiegħi maqful fil-ħabs ta' ġbini dwar il-poeta ħabibi, Carmel Attard. Iżda kif spjegajt fir-rumanz stess, f 'belgħa te ibbażajt kollox fuq ħafna u ħafna aktar tagħrif personali, dak li għaddejt minnu jiena stess marbut ma' Monte Carmeli, lil hemm minn dan il-poeta għażiż. Għalhekk ma naqbilx ma' Mark li kkonkluda li belgħa te, li fih kont ħieles u suġġettiv, hu kontinwazzjoni ta' maqful fil-ħabs ta' ġbni, li fih kont marbut bil-fatti kif naom. Jiena ħaddimt dawn il-punti u oħrajn bl-aktar mod naturali skont dak li ħassejt waqt li qiegħed noħloq ir-rumanz kelma, kelma, u ma nħossx li fin-nixxiegħa tal-kelma hemm nuqqasijiet. Ma nafx nispjega sewwa l-għax u l-għaliex tagħhom jiena stess li ktibthom. Il- Professur Charles Briffa rahom mill- ewwel, fehemhom sewwa, fissirhomli hu stess, u kiteb fit-tul dwarhom fil-kritika letterarja li hemm marbuta ma' belgħa te u ppubblikata mal-istess rumanz. Hemm ħafna punti li semma Mark u li nixtieq insemmi jew nistaqsi dwarhom, imma tkellimt biss xi punti li qajjem hu. Kont naf li se li jkun hemm min jikkummentali tajjeb ħafna, kif ġara, imma wkoll hemm riskju li jinqalgħu wħud bi kliem bħal ta' Mark. Lil Mark, minkejja li segwa l-ġrajja, ma jkunx irnexxieli indaħħlu fil-moħħ tal-protagonist fid- diskussjoni interna kif xtaqtu jien hu u jaqra. Lil Mark Vella xorta niżżih ħajr għax tajjeb jew ħażin ta każ ta' kitbieti! Imbagħad hemm ħaġa oħra li forsi ma rnexxilix nikkonvinċi lil Mark dwarha: jiena bil-ktieb belgħa te xtaqt illi b'xi mod nuri solidarjetà ma' dawk kollha li batew matul is-snin. Ma jistax ikun ma nfakkrux dak li għaddew minnu bnedmin bħalna magħluqin fejn ma jismagħhom ħadd, mifnijin bl-uġigħ bla ma s-soċjetà tismagħhom. Mark qal li belgħa te ħareġ 40 sena tard. Forsi għandu elf raġun li ma waqqafniex dak li kien qiegħed jiġri hemm ġew u dawk li batew batew xorta waħda. Dak jaqsam il-qlub. Imma għandna nsemmuh issa jew noqogħdu ngħidu li issa tard wisq? Illum m'hawnx ukoll min idur iddisprat bejn erba' ħitan virtwali, mitluf waħdu waħdu qalb il-folla? Lil Auschwitz m'għadniex insemmuh 80 sena wara? Lil Kristu Msallab mgħadniex insemmuh 2,000 sena wara? Mhux kollha tbatija li suppost tgħinna ngħaddu minn katarsi sħiħa b'tama isbaħ għall-ġejjieni? Din ix-xewqa għal solidarjetà naħseb li kienet l-għan ewlieni tiegħi bir-rumanz belgħa te. Qatt mhu tard turi solidarjetà ma' min bata fis-skiet.