Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 L-Isptar San Luqa jistenna li jerġa' jingħata l-ħajja primarja tal-Isptar San Luqa, inbniet fl-1979, dak magħruf bħala l-Isptar Karin Grech. Dan kien sptar speċjalizzat għal swali Ostetriċi u dawk Ġinekoloġiċi, fost oħrajn. Din iż-żieda żiedet in-numru ta' sodod fil-kumpless tal-Isptar San Luqa għal 1,100. Dan kollu wassal biex fil-kumpless kollu sal-1986 ikun hemm tliet sodod għal kull 1,000 persuna f 'Malta. Sintendi, f 'dan il-punt, ma kienx jagħmel sens li l-isptar jibqa' jiġġebbed biex jakkomoda iktar sodod u minflok bdew isiru investimenti fuq il-ħaddiema u s-servizzi nnifishom. Fil-bidu tad- 90ijiet, ġiet proposta binja ġdida viċin l-Università ta' Malta, li sservi bħal estensjoni oħra għall-Isptar San Luqa. Il-pjan oriġinali kien li f 'din il-binja jkun hemm madwar 500 sodda oħra, u wara li titlesta fl- 1997, il-pazjenti jitmexxew hemm sabiex l-Isptar San Luqa jservi biss bħala ċentru għall-operazzjonijiet. Dan filwaqt li l-Isptar Karin Grech jżomm pazjenti b'mard mentali u l-Isptar Sir Paul Boffa jaqdi biss pazjenti bil-kanċer. Il-proposta kienet ġabet furur liema bħalu speċjalment mis-settur mediku nnifsu. Fl-1997 reġgħet ġiet esplorata din il-proposta u hemm ħarġu l-pjanijiet għal sptar ġdid f 'Tal-Qroqq bil-ħsieb li jkollu 800 sodda u San Luqa jibqa' sptar għall- anzjani. Kważi għaxar snin wara, fid-29 ta' Ġunju 2009, l-Isptar San Luqa ġie uffiċjalment sostitwit mill-Isptar Mater Dei. Minn dak iż-żmien, din il-binja, kbira kemm hi kbira, qatt ma ntuża l-potenzjal tagħha. Fejn morna Għal xi żmien it-tama kienet li fl-aħħar din il-binja se terġa' sservi għal xi ħaġa. Ngħiduha kif inhi, tħares lejha kemm mill-viċin u anke mill-bogħod, titħassar tara post bħal dak mitluq meta jista' jintuża għal diversi raġunijiet, aktar u aktar meta ġieli ngergru li f 'Mater Dei hemm il-pazjenti jiġru fil-kurituri. F'Ġunju tal-2015 il-Ministru għas-Saħħa ta' dak iż-żmien, Konrad Mizzi, ikkonferma li kumpanija bl-isem Vitalis/Bluestone kienu se jieħdu f 'idhom it-tmexxija tal- Isptar San Luqa, Karin Grech u anke l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, anke jekk ħadd ma kien jaf min huma u ma kellhom l-ebda esperjenza fil- qasam tas-saħħa. Dwar dan il-ehim, il-Gvern kien daqq xeba' trombi u għamel diversi ċerimonju. Kien wiegħed li se jsir investiment ta madwar €200 miljun biex l-Isptar l-antik ta' Għawdex jsir sptar "state of the art" u San Luqa jsir sptar ta' rijabilitazzjoni u ċentru tad-dermatoloġija. Sa Settembru, il-Gvern iffirma kuntratt li jorbot għal 30 sena mal- kumpanija, li issa bdiet tissemma' Vitals Global Healthcare (VGH). Ftit xhur wara, f 'April tal-2016, faqqa l-iskandlu tal-Panama u Konrad Mizzi kellu jwarrab u postu, bħala Ministru ħadu s-Segretarju Parlamentari tiegħu, Chris Fearne. Xahar wara l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ppublikat rapport ta' due diligence dwar Vitals imħejji minn ditta ta' konsulenza ewlenija f 'isem wieħed mill-klijenti potenzjali tal-VGH. Minn dan ir-rapport ta' due diligence, ħareġ li ż-żewġ sottokuntratturi qed taqbżilhom minħabba n-nuqqas ta' VGH biex tikseb fondi għall-proġetti, inkluż fuq il-proġett tal-Isptar San Luqa. Imbagħad, ħabta u sabta, it jiem qabel il-Milied tal-2017, Fearne isejjaħ konferenza u għas-sorpriża ta' kulħadd ħabbar li l-konċessjoni għat-tmexxija tal-istess sptarijiet kienet għaddiet f 'idejn Steward Health Care, bil-Ministru jiaħar bl-esperjenza tagħha u saħansitra jsejħilha "the real thing." Fl-2019, Steward Health Care ppreżenta pjanijiet għat-titjib tal- Isptar San Luqa. Madankollu, rapporti kienu żvelaw kif il-perit responsabbli, Peter Zammit, kien informa lill-Awtorità tal-Ippjanar li l-klijenti tiegħu talbu biex il-proċess tal-applikazzjoni għall-iżvilupp jiġi sospiż. Ma ngħatat l-ebda raġuni għal din is-sospensjoni. Dan kien iż-żmien meta kienu bdew id- diskussjonijiet bejn il-Gvern u t-tmexxija ta' Steward għal ehim ġdid. Fl-2021 l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħa dan il-każ quddiem il-Qorti u jakkuża lil Steward li naqqset mid-doveri u l-wegħdiet tagħha u għalhekk insista li l-ehim li għamel il- Gvern għandu jkun iddikjarat null. Steward Health Care għaddiet lill- Qorti rapport ta' 76 paġna dwar xogħlijiet li saru minn meta ġew privatizzati l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech. Fil-verità dawn il-paġni kienu jinkludu ritratti wara ritratti ta' żviluppi żgħar li seħħew bħal rinnovazzjoni tal-kmamar li jintużaw mill-ħaddiema u tweħħil ta' tabelli ġodda li jwassluk minn binja għall-oħra, fost oħrajn. Il-gazzetta ILLUM marret f 'mixja madwar il-binjiet li kienu jagħmlu xi darba jew oħra l-Isptar San Luqa. Filwaqt li l-binjiet tal-bidu (viċin il-grada ewlenija) qed jintużaw b'xi mod jew ieħor, hemm ukoll binjiet żdingati, bi twieqi mkissra u bibien msakkar b'katnazzi kollha sadid kif jixhdu r-ritratti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022