Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423
f 'riżorsi teatrali oħra eżistenti, aktar aċċessibbli u aktar kontemporanji, u fl- istess ħin b'livell xieraq, li jafu jingaġġaw wisq aktar. Jiġuni f 'moħħi x-xogħlijiet ta' Simone Spiteri, iżda anki diversi rappreżentazzjonijiet oħra li ttellgħu dan l-aħħar u li jinvestigaw bl-idjoma kontemporanja l-problemi evidenti tas- soċjetà li qed ngħixu fiha. Ovvjament, ma tistax tħabbatha ma' xi Ebejer għal introduzzjoni fl-idjoma teatrali Maltija li għandha temi universali immedjatament applikabbli u li anki jtuk ritratt istantanju tar-ruħ letterarja Maltija fil-kumplessità tagħha. Jekk tilbes il-kappell tradizzjonalista u klassiku, ma tistax timmaġina moħħ tari Malti li ma jkunx mess ma' Il-Ħadd fuq il-Bejt jew L-Imnarja Żmien il-Qtil. Iżda l-kappell pedagoġiku u anki l-urġenza tal-mument soċjokulturali kontemporanju jaf jgħidlek mod ieħor. Għalhekk, minkejja l-limiti u l-limitazzjonijiet apparenti tat-teatru Malti, għażla ta' xogħlijiet bħal Tebut Isfar u bosta oħrajn jafu jkunu ċ-ċavetta għal ingaġġ u faxxinazzjoni potenzjali akbar b'din l-espressjoni artistika tant qawwija. Id-dramm ta' Azzopardi jiżviluppa b'battuti ċerti, waħda wara l-oħra, għat-tmiem traġiku u neċessarjament prevedibbli li jħalli mistoqsija kbira mdendla u sens ta' dwejjaq u inkapaċità lejn it-tiswir ta' destin ieħor. Mibjugħ u rreklamat bħala diskors dwar il- ġentrifikazzjoni tal-Belt, jittratta suġġett attwali li xorta waħda għandu għeruq fondi: lil Ebejer ixxommu kullimkien, u jiġbed mingħajr ma jirreferenzja mill- ispirtu tal-protesta daqqa kiebja daqqa qalila tal-poeti tas-Sittinijiet, fosthom xi Victor Fenech jew Marjanu Vella, sal- impenn pubbliku ta' Immanuel Mifsud. Storja sempliċi ta' tebutier f 'qiegħ il-Belt li, b'diwi ta' sitwazzjonijiet li x'aktarx missejna magħhom personalment ukoll, jissogra li jiġi sfrattat mill-unika dar li qatt kien jaf minn żviluppatur moħħu biex iħott biex jerġa' jibni. Tema affrontata b'ċertu qawwa anki minn Lara Calleja f 'Kissirtu Kullimkien, iżda li f 'Azzopardi tieħu xejra kkontrollata għall- aħħar bir-ripetizzjoni puntwali tax-xbihat tal-mewt u l-makabru li jidħlu qishom xejn fl-atti żgħar tal-ħajja ta' kuljum, donnhom naturalizzati u integrati tant li ma tistax timmaġina l-ħajja mingħajr dal- fatat kontinwament ipespislek f 'widnejk li t-tmiem daqt ġej għalik. Ix-xbiha l-oħra hija tal-kaxxi, il-forma tal-binjiet il-ġodda kollha l-istess, li l-iżviluppatur idendel bħaċ-ċejċa biex joħroġ lit-tebutier minn daru, jew forsi anki bħax-xitan jittanta lil Kristu fid-deżert: il-prezz għat-tkissir tat-tradizzjoni u tal-memorji huwa kaxxa ċkejkna l-Imsida, kemxejn it arjuża mill- kaxxa tal-mejtin. Karattru kruċjali għal dan id-dramm hija Yasmina, bint it-tebutier, li minkejja t-tmintax-il sena tagħha, tirraġuna u tgħix ta' tifla. Minkejja kollox, hija din it- taħlita miċidjali tal-maturità bijoloġika u innoċenza makakka, li tmexxi n-nisġa u li tipprovoka l-mistoqsija. Yasmina donnha l-ispazju inċert bejn l-għarfien ċiniku u l-possibbiltà ta' ħolma innoċenti, u hemmhekk isseħħ ir-reżistenza. F'dan l-ispazju, il-bniedem komplut jibqa' jżomm u jagħraf dak li ssawwar minnu, u ma jċedix kif ġieb u laħaq għall-forza tal- intrużjonijiet li lesti jkissru tessut soċjali bl-offerta ta' premju jlellex. Reżistenza li tista' taqraha aktar fil- fond fejn ir-revolver li jdur min-naħa għall-oħra tal-palk, jinħeba u jinkixef, mhuwiex sempliċement il-pistola ddaħħan ta' Chekov tant bażilari għan- nisġa narrattiva, imma forsi simbolu wisq aktar prożajku tas-soluzzjoni ddisprata għal dan l-attakk bla heda fuq l-identità u l-koeżjoni soċjali tagħna llum. 15 letteratura illum • IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 L-artisti ma jridux jafu b'aktar tkissir u żvilupp bla rażan, u l-ossessjoni tagħhom tkompli tiġi mgħajta minn fuq il-paġni. Mark Vella jaqra Tebut Isfar ta' Clare Azzopardi, blokka oħra fil-binja tal-kliem kontra t-torrijiet tal-konkos li qed joħonqu soċjetà sħiħa