Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 aħbarijiet QED INFITTXU BENNEJ LIĊENZJAT ELECTRICIAN LIĊENZJAT TECHNICIAN TAL-AIR CONDITIONERS LIĊENZJAT PERSUNA LI TAGĦMEL TISWIJIET ĠENERALI PLUMBER PERSUNA LI TAĦDEM FIL-GYPSUM PERSUNA LI TQIEGĦED IL-MADUM BAJJAD KAĦĦAL Jekk interessat/a taħdem magħna, ibgħat s-CV tiegħek: info@wsm.com.mt L-ADPD dwar it-tnaqqis tal-fondi tal- Università: 'Il-Gvern li għandu 'prijoritajiet żbaljati' L-FAA toġġezzjona għall-pjanijiet ta' TM għal uffiċini, ħanut u ristorant fuq ix-xatt ta' Ta' Xbiex L-għaqda non-governattiva ambjentali Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA) oġġezzjonat għal pjan ta' Transport Malta (TM) sabiex jibnu uffiċini u ristorant fix-xatt ta' Ta' Xbiex. Dan minħabba li dawn il-pjanijiet, skond l-FAA, "jiksru d-dritt għall-ispazji miuħa." Fl-applikazzjoni tagħha, Transport Malta semmiet li se tkun qed tibni uffiċini, ħanut u ristorant bejn il-ġonna tal-Gżira u l-Marina tal-Imsida. Il-pjan oriġinali kien wieħed pjuttost kontroversjali u fil-fatt ra oppożizzjoni kbira saħansitra mill-Kunsill Lokali tal-Gżira stess. Dan għaliex il-proġett kien se jibda minn ġewwa l-ġonna u mhux minn maġenbhom. Minħabba dan, kienu se jitneħħew 13-il siġra inkluż żewġ siġar tal-ħarrub, bil-Gvern jgħid li se "jitmexxew" f 'partijiet oħra tal- ġnien. Kien għalhekk li l-pjanti ġew riveduti. L-FAA qalet li l-proġett se jkun qed iċaħħad lill-pubbliku minn madwar nofs tomna ta' art pubblika. Qalet li s-sit tal-iżvilupp mhux biss huwa parti "mill- pulmun tal-ġonna tal-Gżira" iżda wkoll parti miż-żona tal- fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta, bl-istruttura timblokka veduti tal- Belt li huma protettio wkoll mill- UNESCO. "Transport Malta, għandha tieħu ħsieb il-bżonnijiet tat- trasport pubbliku, u mhux tapplika għall-bini ta' ristoranti għall-ġid tal-it," saħqet l-NGO. Żiedet tgħid li ma hemmx bżonn ta' aktar ristoranti u spazji ta' uffiċini fiż-żona u li jekk jingħata l-permess, dan iwassal biex aktar uffiċini u ristoranti jkomplu jimblukkaw ix-xatt ta' Ta' Xbiex. Fakkru li l-pjanijiet lokali jgħidu li dik hi żona ta' spazju miuħ pubbliku, mhux żona żviluppata. L-FAA qalet ukoll li l-proġett se jnaqqas il-promenade li jgħaqqad Tas-Sliema mal-Gżira u Ta' Xbiex mal-Imsida għal passaġġ dejjaq ta' żewġ metri, filwaqt li t-traffiku f 'żewġ direzzjonijiet se jkun ukoll maqbud bejn tliet metri. Għaldaqstant, l-FAA fakkret ukoll li l-pjan ta' TM se jelimina l-parkeġġ għall-70 karozza, u dan se jwassal għal sitwazzjoni "iktar gravi milli hi" għal persuni li jagħmlu użu mill-uffiċini u l-ħwienet tal-madwar kif ukoll għar-residenti. L-NGO temmet tħeġġeġ lill- Kunsilli Lokali ta' Ta' Xbiex u l-Gżira kif ukoll lill-pubbliku ġenerali biex jappellaw ħalli din l-applikazzjoni tiġi miċħuda, peress li "l-ispazji pubbliċi miuħa huma skarsi fiż-żona." L-ADPD qed kakkuża lill- Gvern li għandu "prijoritajiet żbaljati." Fi sqtarrija, l-ADPD qala dan fir-rigward tal-aħbar li ħarġet fil-ġurnali din il-ġimgħa, jiġifieri dik li l-Università ta' Malta se jkollha tnaqqis ta' aktar minn miljun ewro mill-baġit allokat lilha mill-Gvern għal din is-sena u miljuni oħra mill- baġit tas-sena d-dieħla. L-ADPD issuġġerixxa li jekk kellu jkun hemm xi tnaqqis mill-infieq pubbliku, dan kellu jkun mis-sussidji fuq il-petrol u d-diesel. Bl-għażla tal-Gvern, skont l-ADPD, "qed nilgħabu mal-futur tal-pajjiż." Fil-fatt iċ-Chairperson tal- ADPD, Carmel Cacopardo qal illi l-Università u l-edukazzjoni b'mod ġenerali ġewwa Malta jeħtieġu żieda fir-riżorsi finanzjarji sabiex ikunu aktar effettivi "fl-iżvilupp sħiħ tal- istudenti tagħna." Fakkar li fil-wegħdiet ta' qabel l-aħħar elezzjoni, fosthom dik biex tiżdied l-allokazzjoni ta' fondi għar-riċerka għal 2% tal- GDP. Cacopardo insista li anke dan il-fond se jara tnaqqis fl-l- allokazzjoni mogħtija. "U dan meta pajjiżna regolarment jiġi kklassifikat lejn l-aħħar fl-Ewropa fejn jidħol investiment fir-riċerka." Carmel Cacopardo kkonkluda jgħid li tnaqqis bħal dan "fl- investiment tal-edukazzjoni" se jwassal biex jiskoraġġixxi studenti li jkomplu jistudjaw fuq livell terzjarju u dan mhux biss fl- Università. "L-ikbar investiment li nistgħu nagħmlu hu fl-edukazzjoni. Imma sfortunatament għall- Gvern. L-edukazzjoni għadha mhux prijorità" temm Cacopardo. Il-pjanijiet oriġinali ta' dan il-proġett kienu diġà ġew riveduti minħabba li fil-bidu kienu se jinbnew fuq il-ġonna tal-Gżira u din il-proposta kienet sabet oppożizzjoni kbira inkluż mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022