Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum Id-Diġitalizzazjoni, realta' ġdida li qed naffaċċjaw lkoll flimkien I d-diġitalizzazjoni għandha sehem importanti għan-ne- gozji u l-Għaqdiet mhux Governattivi kemm f 'Malta u kemm f 'Għawdex. Għalhekk għar-realtajiet tagħna, speċjalment dawk fi gżejjer bħal Għawdex, id- diġitalizzazjoni għandha u se jkollha sehem importanti. Bħala Kamra fl-2019 konna organizzajna l-Forum tal- INSULEUR (l-għaqda Ewropeja li tirrapreżenta il-Kmamar tan- Negozji fil-gżejjer) f 'Għawdex. F'dan il-forum konna ddiskutejna l-opportunitajiet li d-diġitalizzazjoni toffri lill-gżejjer. Tema mportanti li ħarġet mid-diskussjoni hi li d-diġitalizzazjoni tista' tgħin biex tegħleb dawk id- diffikultajiet li ġeneralment huma assoċjati mal-insularita. Kif ? Basta wieħed isemmi t-trasport u l-aċċessibilita, li huma l-iktar żewġ affarijiet li jaffaċċjaw dawk l-entitajiet li huma stabbiliti fil-gżejjer. Dan iwassal għal żieda fl-ispejjeż u d-diffikultajiet li jaffaċċjaw kemm in-negozji kif ukoll l-għaqdiet mhux governattivi fil-gżejjer. F'dan ir-rigward nemmen li l-pandemija tal-COVID-19 introduċiet dimensjoni ġdida tal-mod kif nipperċepixxu l-affarijiet. Illum huwa normali per eżempju li laqgħat isiru onlajn. Kemm għal negozji kif ukoll għall-għaqdiet mhux governattivi li huma stabbiliti f 'Għawdex il-fatt li nistgħu nattendu laqgħat onlajn fisser nuqqas ta' spejjeż u skariġġ żejjed. Id-diġitalizzazjoni fissret ukoll li llum huwa iktar faċli li nsemmgħu l-vuċi tagħna b'mod iktar effettiv u effiċjenti. Dan japplika kemm għan- negozji u kemm għall-għaqdiet mhux governattivi. Illum ma għadx baqagħlna bżonn tal- midja stampata, imma nistgħu nsemmu l-vuċi tagħna permezz tal-midja soċjali. Id-dinja nbidlet. Imma dan ifisser ukoll li għandna bżonn l-għodda neċessarji u l-ħiliet biex nadattaw lilna nfusna għal dawn ir-realtajiet. Bħala Kamra permezz tal- programm LEADER (parti mill-fondi għall-iżvilupp rurali 2014-2020) u amministrat mill- Gozo Action Group Foundation, stajna nissieħbu ma' Harbour Solutions fi proġett interessanti li se joffri pjattaforma diġitali minn fejn negozji u għaqdiet mhux governattivi Għawdxin jistgħu jippromwovu l-attivitajiet u x-xogħol tagħhhom. Imma x'inhu li se jkun qed jiddistingwi din il-pjattaforma minn pjattaformi oħrajn diġitali? Filwaqt li pjattaformi oħrajn jagħtu l-informazzjoni fuq dak li wieħed ikun qed ifittex u għalhekk wieħed imur għalihom għax huma repożitorji ta' informazzjoni, din il-pjattaforma se tkun differenti. L-informazzjoni li wieħed se jkun qed jingħata se tkun permezz ta' timeline. Illum ilkoll nafu kemm it-turisti jew viżitaturi f 'lokalita ifittxu nformazzjoni konċisa. Jekk wieħed per eżempju se jkun qed ifittex l-informazzjoni fuq post partikolari, din se tkun qed tagħtih l-iktar dati mportanti marbutin ma'dak il-post. Mhux hekk biss, imma dak li jkun ikun jista' jara xi ħaġa mhux biss fid-dawl tal-istorja ta' Għawdex, imma fid-dawl ta'timelines oħrajn, bħal dik li hija storja Ewropeja jew dinjija. Din se jkollha numru ta' effetti pożittivi. Wieħed se jkun qed jara l-istorja ta' post jew l-istorja ta' Għaqda fid-dawl ta' dik l-istorja li lilu tinteressah l-iktar. Hekk per eżempju jekk wieħed ikun qed jara it-tempji tal-Gġantija wieħed se jkun jista' jqabbel mal-istorja tal- Ewropa. Din tkompli tagħti iktar importanza lill-istorja tagħna, biex wieħed japprezza li minkejja ċ-ċokon ta' post, l-istorja ta' Għawdex hi waħda ta' rilevanza kbira kbira f 'kull aspett. Hekk per eżempju għaqda tista' ddaħħal l-istorja tagħha u l-punti prinċipali marbutin mal-Għaqda. Għaqda tkun tista' ddaħħal ukoll l-avvenimenti prinċipali marbutin ma' dan il-post, inkluż l-avvenimenti li hi se tkun qed torganizza. U għalhekk wieħed ikun jista' jara l-avvenimenti kollha li seħħew u li għadhom iridu jseħħu. Kuħadd jaf kemm l-aspett tal-volontarjat f 'Għawdex huwa mportanti u kemm ħafna mill-avvenimenti kulturali organizzati f 'Għawdex jiġu organizzati minn għaqdiet volontarji. Din il-pjattaforma għalhekk se sservi biex jiżdied l-għarfien fuq l-attivitajiet organizzati minn dawn l-għaqdiet, kif ukoll fuq l-istess għaqdiet biex dawk li jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu dan. Filwaqt li fil-passat l-għaqdiet kienu jserrħu kompletament fuq nies tal-lokal, illum qed naraw barranin li jgħixu f 'Għawdex, u wkoll Maltin li ddeċidew li jirrelokaw jew b'mod permanenti jew parzjalment f 'Għawdex li jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom. Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex organizzat żewġ sessjonijiet fid-29 u t-30 ta' Lulju biex iżżid l-għarfien fuq din il-pjattaforma u kif ukoll tisma' dak li għandhom xi jgħidu l-għaqdiet non governattivi Għawdxin u n-negozji biex din il-pjattaforma li qed tiġi żviluppata tkompli titjieb. Id-diskussjoni kienet waħda pożittiva ferm. Din il-pjattaforma se tiġi mnedija b'mod uffiċċjali fit-30 ta' Settembru. Id-diġitalizzazjoni għandha u se jkompla jkollha sehem importanti fil-ħajja tagħna ta' kuljum. Dan ifisser li anke l-għaqdiet mhux governattivi jridu jagħrfu l-importanza tagħha u jarawha bħala għodda biex itejbu l-operat tagħhom. Dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja taħt il-programm Leader li jagħmel parti mir- 'Rural Development Programme 2014 -2020', u kif ukoll mill- NGO Co-financing Fund. Dan l-artiklu huwa ffaċilitata b'arranġament milħuq bejn id-direzzjoni tal-ġurnal ILLUM u l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin - (Gozo NGOs Association) - VO No: 0145. Permezz ta' dan l-arranġament il-ġurnal Illum qiegħed jipprovdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin. Daniel Borg huwa Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex Daniel Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022