Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-Westerns klassiċi tas-snin ħamsin Il-Westerns, jew kif konna nsibuhom meta konna tfal bħala films tal-kawbojs, huma parti Integrali mill-kultura tal-passat tal-Istati Uniti. Il- Westerns ilhom jinħadmu sa mill-bidu nett taċ-ċinema. Il-kritiċi kienu laqqmuhom bħal "The Great Outdoors Adventures" (avventuri fil- beraħ) jew "Horse Operas," għaliex diffiċli ferm jinħadem film ta' dan il-ġeneru mingħajr ma' jidher żiemel. Ħafna jsostnu li l-ewwel Western li nħadem kien fl-1895 meta W. K. L. Dickson idderieġa għall- kumpanija Edison Cripple Creek Bar-room f 'forma ta' sensiela ta' stampi jew xeni. Iżda l-ewwel Western propju b'forma ta' storja u andament drammatiku kien The Great Train Robbery (1903). Fi żmien iċ-ċinema mutu, il-films tal-kawbojs kienu popolari ferm u nħaddmu gzuz minnhom. L-aktar atturi famużi ta' din l-epoka kienu Gilbert M. "Bronco Billy" Anderson, William S. Hart u Tom Mix (kien hawn ukoll sigaretti msemmija għal dan tal-aħħar). Meta ċ-ċinema sar jitkellem, il-Westerns baqgħu għaddejja sodi u ħafna kumpaniji żgħar, magħrufa bħala Poverty Row (Ringiela Fqira) ħadmu ħafna u ħafna minnhom, ġeneralment kważi qatt ma jaqbżu l-ħin ta' siegħa, biex jintwerew qabel il-film propju. Is-sidien tat- teatri kienu jriduhom dawn għax il-pubbliku kien jagħmel għalihom. Din ix-xorta ta' films ma baqgħux isiru meta bdew jiġu ffilmjati Westerns ta' livell iżjed għoli fis-snin erbgħin. Direttur li kien minn ta' quddiem nett li dderieġa Westerns ta' kalibru kien John Ford. Il-Westerns baqgħu għaddejjin sodi fis-snin erbgħin u komplew ikabbru l-prestiġġju tagħhom fis-snin ħamsin, il-perjodu li fih l-aktar li ħarġu Westerns klassiċi ( żdiedu bil-bosta dawk bit-Technicolor). Is-snin sittin bdew tajjeb ukoll, sakemm ix-xitan deffes denbu. Hawn qed nirreferi għal dawk imsejħa Spaghetti Westerns. Mill-Italja wasal ġeneru ta' Western pjuttost vjolenti u salvaġġ, ħafna drabi b'atturi Amerikani u b'mużika evokattiva u melodjuża. Dawn bdew jagħmlu suċċess kbir fl-Ewropa, speċjalment fil- Ġermanja, tant li sentejn wara, l-Istati Uniti kellhom jiftħu l-bibien għalihom. Dan kien il-bidu tat-tmiem għal dan il- ġeneru tant maħbub. Wara, fl-1968 wasal mill-Amerika l-klassiku/kapulavur The Wild Bunch, orġja sħiħ ta' vjolenza u sadiżmu li kienet issa possibbli wara patafjun ta' Westerns Taljani maħdumin fi Spanja. Butch Cassidy And The Sundance Kid (1969) ukoll għamel suċċess kbir minkejja li ma kienx vjolenti. Fis-snin sebgħin il-Western beda jmajna u kien biss Clint Eastwood (li ħa fama kbira permezz tal-Westerns Taljani) li baqa' jaħdem regolari dawn l-opri taż-żwiemel. Il-film tiegħu Unforgiven (1992) rebaħ 4 Oscars fosthom bħala l-Aqwa Film u l-Aqwa Direttur, Eastwood stess. Fil-preżent, il- films tal-kawbojs m'għadhomx popolari u veru tkun okkażjoni rari li naraw xi wieħed fuq il- liżar il-kbir. Inħoss li s-snin ħamsin kienu l-perjodu fejn l-aktar li ħarġu films klassiċi u ta' livell għoli. Mill-1950 sal-1959, kull sena ħarġu wieħed jew aktar Westerns ta' kalibru qawwi. Barra dawn il-Westerns, inħadmu oħrajn li kienu wkoll tajbin u ta' livell notevoli. F'dan iż-żmien l-iżjed atturi popolari f 'dawn ix-xogħlijiet u l-aktar li dehru f 'dawn it-tip ta' produzzjonijiet kienu Randolph Scott, Joel McCrea, George Montgomery, Audie Murphy u Rory Calhoun. Direttur abbinat sewwa ma' dawn il-proġetti kien Anthony Mann li kellu wkoll xi xogħlijiet kulti u Bud Boetticher. Frankie Laine kien il-kantant numru wieħed li nterpreta l-kanzunetta tat-titlu ta' diversi Westerns ta' din l-epoka. Se nagħti xi tagħrif qasir fuq dawk il-Westerns meqjusa bħala klassiċi. Din hija biss gwida għax żgur hemm oħrajn li ma nkludejthomx fil-għażla tiegħi bħal Viva Zapata, Broken Arrow, Vera Cruz, The Bravados, Warlock, The Tin Star, eċċ. 1950. The Gunfighter. Gregory Peck, ġellied ħafif b'idu fuq il-pistola, qed jipprova jinsa l-passat imdemmi tiegħu u jirtira bil-kwiet, sakemm kawboj ta' eta' żgħira jrid juri li hu eħfef minnu u b'hekk ineħħi din il- balla minn fuq l-istonku tiegħu li għad jiġu oħrajn jiċċalinġjawh. Western sod, psikoloġiku, bi ftit azzjoni, dirett minn Henry King. L-atturi l-oħra huma Helen Westcott, Karl Malden u Richard Jaeckal. 1950. Winchester 73. Wieħed mid-diversi Westerns klassiċi diretti minn Anthony Mann. James Stewart, b'furja tal-ġenn, qed isus wara bniedem (Dan Duryea) li seraqlu l-ixkubetta li rebaħ f 'kompetizzjoni, u l-episodji li jgħaddi minnhom matul dan il-vjaġġ li jintemm bi sparatura memorabbli f 'post diżabilitat mimli blat u ġebel. Xogħol mill-aqwa li reġa' qajjem interess kbir fi żmienu, f 'dan il-ġeneru. It-titli jirreferi għall- isem tad-ditta li mmanifatturat din l-ixkubetta popolari u data (1873). Jaħdmu wkoll Shelley Winters, Stephen McNally, Charles Drake u żewġ atturi oħra kważi ġodda – Rock Hudson u Anthony (Tony) Curtis. 1951. The Lusty Men. Western tar-rodeo, dawk li jippruvaw jirkbu żwiemel sfrattati li qatt ma ġew immansati. Dramm intelliġenti u atmosferiku dirett minn Nicholas Ray fejn l-eks kampjun Robert Mitchum jittrenja lin-novizz Arthur Kennedy u jieħu grazzja ma' martu, Susan Hayward, li ma tkunx daqshekk dgħajfa li se ċċedi malajr. IKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022