Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

l-minuri, persuni vulnerabbli u l-anzjani, "jiġifieri l-aktar każijiet sensittivi." Jekk persuna tiġi nieqsa u misjuba għal diversi drabi, ma taħsbux li dan il-fatt għandu jkun investigat? Hawn l-ILLUM tkellmet ma' Fenech dwar dawn il-persuni li kienu rraportati nieqsa diversi drabi, iżda eventwalment dejjem instabu. L-ILLUM tistaqsih x'jiġri f 'dawn il-każi. Fil-fatt, fl-aħħar snin Malta kellha każ bħal dan. Tfajla ta' 16 -il sena ġiet irrapurtata nieqsa u misjuba għal aktar minn ħames darbiet. Xogħol il-Pulizija ma jiqafx biss malli l-persuna tinstab anzi, "kull persuna li nsibuha wara li ġiet irrapportata nieqsa dejjem inkellmuha, anke jekk ikun każ ta' persuna li għamlitha darba biss. Jista' jkun li persuna taqbżilha, tkun għaddejja minn żmien diffiċli u tiddeċiedi li trid tqatta ħin waħedha," spjega Fenech. Saħaq li dejjem jaraw jekk għandhomx bżonn assistenza medika, kif ukoll għajnuna minn professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali. "Dan kollu nagħmluh aktar u aktar jekk ikun każ repetut. F'dak il-każ nagħtu aktar attenzjoni. Aħna dawn it-tip ta' każi neħduhom bis-serjetà ħafna, iżda jekk imbagħad ikun każ repetut, nagħtuh aktar attenzjoni għax jaf ikun hemm xi ħaġa għaddejja minn taħt," żied jgħid Fenech. 'Meta ma nsibuhomx ħajjin, għalija qisni tlift il-battalja' Mistoqsi jekk hemmx każ partikolari li żgur se jibqa' jiakar, huwa pront qal li ma kienx hemm wieħed partikolari. Minkejja dan b'sens ta' dieqa fuq wiċċu qal li kull każ ta' persuna nieqsa li ma jsibuhiex ħajja, għalih hija telfa kbira. Tant hu hekk li qal li meta jsibu xi katavru u jikkonfermaw li hi l-persuna nieqsa jgħid li għalih qisu tilef il-battalja u jkollu dieqa kbira. "Ftit li xejn ikollna każi hekk, imma dawk l-aktar li jweġġawni," qal Fenech. Fenech irrimarka li meta mqabbel ma' pajjiżi oħra, il-gżejjer Maltin huma pjuttost żgħar iżda imbagħad meta wieħed jipprova jfittex persuna, "Malta issir enormi. Pajjiżna għandu ħafna widien. Aħna m'għandniex xogħol faċli minkejja li għandna drones, klieb u l-Forzi Armati ta' Malta li jassistuna fit-tfittxija." Żied jgħid li hemm il-perċezzjoni li s-sinjali tal-mobiles jindikaw bl- eżatt fejn il-persuna tinsab iżda fil- verità, din mhijiex ir-realtà. Spjega li l-mobiles jagħtu idea ta' f 'liema żona jista' jkun li tinsab il-persuna. "Ikollna din l-indikazzjoni biss jekk il-mobile ikun mixgħul jew attiv. Ikun hemm min jitfih għaliex ma jkunx irid li jistab. Ġieli jkollok ħjiel li qiegħed fit-tramuntana ta' Malta mentri jkun fin-nofsinhar. Il-persuna tkun taf x'qed tagħmel," qal Fenech. 'Aħna konna hemm u konna qrib ħafna, iżda laħaq sabu ibnu' Kważi xahrejn ilu Malta inħasdet bil-każ ta' Nicholas Camilleri, ir- raġel ta' 55 sena li "kien vittma tal-falliment fis-sistema tal-kura tas-saħħa" u li nstab bla ħajja f 'bini abbandunat f 'Għajn Tuffieħa minn ibnu stess, Daniel Nicholas Camilleri. Camilleri kien ilu rrapportat għal xi jiem, fil-fatt il-Pulizija kienet qiegħda twettaq diversi tfittxijiet fl-akwata fejn kienet instabet il-karozza tiegħu fl- entratura tal-Park tal-Majjistral. Daniel Camilleri, f 'intervista mal- Malta Independent kien saħaq "fi 15-il minuta irnexxieli nsibu minkejja li kienet ir-responsabilità tal-Pulizija li ssibu." Propju fuq hekk l-ILLUM tistaqsi x'kien ġara fil-każ ta' Camilleri. Fenech stqarr li kienu għamlu minn kollox biex isibuh, inkluż li jduru maż-żona tal- Majjistral bil-mixi. "Ma jfissirx li aħna speċjali u infallibli, aħna nagħmlu xogħolna mill-aħjar li nistgħu iżda ma jfissirx li nkunu nafu dejjem fejn huma moħbijin. Fil-verità aħna konnha hemm u konna qrib ħafna." 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 Kasem … 'Irrapportaw mill-ewwel ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022