Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 analiżi Bnadi mitluqa, abbandunati IL-VILLAĠĠ FANTAŻMA FIL-FORTI Malta hi gżira żgħira, u ma tridx tkun bozza tal-għerf biex tinduna li l-ispazju hu wieħed pjuttost limitat. Allura bi sfida bħal din, tiflaħ Malta tkompli tħalli l-artijiet u binjiet abbandunati bħal donnhom monumenti ta' telqa, abandun u apatija? Illum inħarsu lejn il-Forti Sant'Iermu MARIANNA CALLEJJA Ra quddiem wiċċu attakki fuq attakki, demm tal-għadu u anke ta' uliedu, ra d-devozzjoni tal- ikbar ġellieda u l-mewt tal-akbar mexxejja. Għalkemm mhux kollu użat, għadu jipproteġi teżor li Malta tgħożż ... Il-George Cross. Għal ħafna snin offra wkoll refuġju lid-dilettanti tal- Karnival. Din hi l-istorja tal-Forti Sant'Iermu. Il-qtil makabru tal-Kavallieri ġewwa l-Kappella ta' Sant'Anna u l-vendetta fuq Dragut Imsemmi għall-qaddis patrun tal-baħħara insibu lil Forti Sant'Iermu, jserraħ bi kwietu ġewwa l-Belt Valletta u jitfa' ħarstu fuq Marsamxett u l-Port il-Kbir. Ħafna huma dawk li jaħsbu li l-Forti nbena mill-Kavallieri meta nbniet il-Belt Valletta iżda dan mhux minnu. Biss biss, qabel il-wasla tal-Kavallieri ta' Malta fl-1530, kien diġà jeżisti torri tal- għassa fl-istess post. Tliet snin wara li waslu l-Kavallieri dawn bdew isaħħu din il-fortizza. Fil-bidu tagħhom ġewwa Malta, l-Ordni ta' San Ġwann sabu posthom fil-Birgu u l-Forti Sant'Anġlu. Madankollu mal- ewwel indunaw li mil-lat militari strateġiku kien jeħtieġ difiża fuq il-Port il-Kbir. Dan seta' jseħħ biss b'forti fil-ponta tal-peniżola tal- Għolja Sceberras. Imma dawn kienu biss pjanijiet fil-bidu, b'proposta wara oħra quddiem il-Gran Mastru De Homedes jaqgħu fuq widnejn torox minħabba li l-Ordni kien f 'qagħda finanzjarja ħażina ħafna. Kellhom ikunu l-Forzi Taljani taħt Fra Leone Strozzi li biex fl-aħħar beda x-xogħol. Għall-ewwel bdew jaħdmu sew fuq dan il-forti iżda fl-1551 sar attakk mill-kmandant navali Musulman, Turgut Reis, magħruf aħjar minna l-Maltin bħala Dragut, li biddel il-ħsieb tal-Gran Mastru ta' dak iż-żmien. Dan Dragut kien donnu iffisat fuq Malta. Il-fatt li l-Gvernatur ta' Għawdex Giovanni Ximenes fl- 1544 qatillu lil ħuħ ma tantx għen. Ġara li fl-1551, it-Torok baħħru b'kull saħħa li kellhom lejn il-Port ta' Marsamxett. Iżda sabiex jagħmel vendetta minnhom, dar fuq il-gżira oħt u beda jisraq b'kemm Alla tah saħħa skjavi. Tajjeb insemmu li dak iż-żmien, Kemmuna kienet l-agħar post li tista' tiffrekwenta għax kienet taħt idejn il-pirati, allura li l-Maltin jmorru jaqbżu għal ħuthom f 'Għawdex kienet naqra impossibli. Dan kollu kien prova ċara, għal Gran Mastru Spanjol Juan de Homedes, li l-forti għandu jiġu rinfurzati u estiż sabiex jkun il-Forti Sant'Iermu li jħares fuq kull naħa tal-peniżola tal-Belt Valletta. Fil- fatt, fl-1552, il-Kavallieri xammru l-kmiem u fi żmien erba' xhur bnew il-Forti. Ħadu ħsieb ukoll li l-Kappella ta' Sant Anna, mibnija lura fl-1448, tiġi protetta mis-swar bit-tama li hi tipproteġi lilhom fil- futur. Il-Forti kien ir-residenza ta' madwar 150 Kavallier, 600 suldat u 60 skjav. Il-Forti Sant'Iermu kien protagonist fl-Assedju l-Kbir tal- 1565. Minkejja l-attakki kontinwi fuqu, kien irnexxielu jiflaħ għal bumbardamenti Torok sakemm fit-23 ta' Ġunju tal-1565, it-Torok għalqu l-aħħar it Kavallieri li kien baqa' fil-forti ġewwa l-kappella, u wieħed wieħed qatluhom quddiem il-pittura tal-Madonna b'binha fuq ħoġorha. Dakinhar l-ebda Kavallier ma salva iżda disa' Malti qabdu l-baħar sal-Forti ta' Sant'Anġlu u għalhekk kienu l-unika nies li salvaw l-attakk. L-Ottomani ħakmu l-Forti Sant;Iermu u minn hemm bdew l-attakki tat-Torok fuq il-forti ta' faċċatta, dik li issa nafuh bħala Tigne. Iżda Sant'Iermu ma ċediex qabel ma ra l-mewt ta' Dragut. Waqt il- bumbardament kanun mill-Forti Sant Anġlu spara tul il-Port il-Kbir u laqat l-art qrib il-batterija Torka. Tkissret il-quċċata taz-zuntier tal-Forti u fdalijiet mill-impatt weġġgħu lill-Dragut u ħallewh imut fix-xemx taqli ta' Ġunju. L-Ottomani ċedew f 'Settembru, propju fil-festa tal-Bambina. Il- Forti nbena mill-ġdid u ġie integrat fis-swar tal-Belt il-ġdid, il-Belt Valletta. Il-pjanijiet għall-bini mill- ġdid tal-Forti kienu f 'idejn it-Taljan Francesco Laparelli. Magħruf għat- toroq forma ta' gradilja ġewwa l-Belt Valletta, Laparelli ħa ħsieb li jżomm id-disinn oriġinali fil-forma ta' stilla fil-Forti iżda b'ħitan aktar b'saħħithom u fosos aktar fondi. Fl-1689 serje ġdida ta' fortifikazzjonijiet magħrufa bħala s-swar Carafa ġew iddisinjati minn Don Carlos de Gruninberg u mibnija taħt is-superviżjoni tal- inġinier militari Franċiż tal-Ordni, Mederico Blondel. Wara, il-Gran Mastru Pinto ħaseb għal barakki madwar il-pjazza u xelter għan- nisa, tfal, u ikel f 'każ ta' assedju ieħor. Sant'Iermu jservi bħala bażi navali għall-Ingliżi Meta waslu l-Ingliżi, il-forti reġa' sab ruħha bħala l-protagonista tal- Belt Valletta. Il-foss tal-Forti kien jospita l-Ġonna Botaniċi li kienu jipprovdu sors ta' pjanti mediċinali għall- Iskola tal-Anatomija. Dawn il- ġonna aktar tard ġew trasferiti lejn il-Furjana fil-bidu tas-seklu dsatax. Fis-sekli 19 u 20, il-Port il-Kbir kien bażi navali għall-Ingliżi. Fl- 1900 bdew isiru pjanijiet biex jinbena breakwater u jipproteġi l-port kemm mill-ibħra kif ukoll mill-għadu. Dan ġie mibni mill- ġebla tal-franka u l-konkos, u kien jikkonsisti f 'żewġ sezzjonijiet b'fanal fuq kull tarf. L-ikbar punt kien marbut mal- Forti Sant'Iermu, bl-iżgħar punt marbut mal-Forti Ricasoli. L-offerta biex jinbena l-breakwater inħarġet fl-1902, u ntrebħet minn S. Pearson & Sons. L-ewwel ġebla tpoġġiet mir- Re Edward VII fl-20 ta' April 1903, ix-xogħol beda fl-1905 u tlesta fl- 1910. L-ispiża totali tal-breakwater kienet madwar £1 miljun. Fil-forti kien hemm ukoll Fanal għoli li kien bħala gwida għall- vapuri deħlin. Dan il-fanal twaqqa' fl-1940 għal raġunijiet ta' sigurtà peress li kien se jispiċċa jservi bħala punt ta' referenza għall-ajruplan tal- għadu Tieni Gwerra Dinjija. Jibqa' mnizzel fl-istorja l-ewwel attakk mit-Taljani fil-11 ta' Ġunju tal-1940 fejn tilfu ħajjithom sitt artilleri Maltin. Madankollu, il- Forti kellu rwol importanti fit-telfa tat-Taljani f 'attakk tal-baħar fis-26 ta' Lulju 1941 fuq il-Port il-Kbir. Dakinhar il-flotta Taljana, Decima Flottiglia MAS, nediet attakk fuq il-port bl-użu ta' dgħajjes. Wieħed minnhom suppost kellu jattakka l-pont, ħalli jagħti mod lill- bastimenti l-oħra jidħlu jattakkaw ġewwa l-port. L-element ta' sorpriża ntilef meta l-Ingliżi skoprew l-attakk permezz tar-radar. L-attakk fuq il-pont beda madwar il-5:00.a.m. L-ewwel splussivi li għamlu t-Taljani ma splodewx u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022