Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 opinjoni IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Pastażata, pastażati, pastaż, pastażun, psataż I nt li qed taqra ħallast minn butek biex issir inkjesta Maġisterjali fuq il-bank Pila- tus. Mit-taxxi tiegħek tħallsu seba' miljun ewro u nofs biex setgħet issir din l-inkjesta. Ir-rap- port ta' din l-inkjesta – li għaliha tqabbdu bosta esperti – mar għand l-Avukat Ġenerali u għand il-Kummissarju tal-Pulizija. Ilu għandhom bosta xhur; it inqas minn sentejn. F'dan ir-rapport, il-Maġistrat jgħid ċar u tond li għandhom jinbdew proċeduri kriminali kontra s-sid, diretturi u uffiċjali oħra tal-bank Pilatus, fosthom kontra dak li deher fuq it- televixin ħiereġ mill-bank b'bagalja fis-satra tal-lejl li fih Daphne Caruana Galizia kitbet dwar Egrant waqt li l-Kummissarju Lawrence Cutajar qagħad imexmex il- fenek. Iżda l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju Gafà ġew jaqgħu u jqumu mill-ordni tal-Maġistrat. Mill-persuni indikati mill-Maġistrat ressqu biss persuna waħda madwar sena ilu. Lill-oħrajn ħallewhom igawdu l-libertà u l-impunità qisu qatt ma ġara xejn; qisu ebda Maġistrat m'ordna l-prosekuzzjoni tagħhom u qisu qatt ma saret l-inkjesta li ħallast għaliha int. Dawn huma kollha fatti. Dawn huma fatti li jiena ppreżentajt fil-Qorti bil-ġurament. Dawn huma fatti li jiena ppubblikajt fil-protesta li għamilna nhar it-Tlieta fil-Belt Valletta. Dawn huma fatti li juru kif l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal- Pulizija qed jirrendu l-ġustizzja ta' pajjiżna f 'pastażata; pastażata għalja ħafna li qed tħallas għaliha int. Pastażati li m'aħniex se naċċettaw Aħna m'aċċettajniex u m'aħna se naċċettaw qatt li l-Avukat Ġenerali Buttigieg u l-Kummissarju Gafà jinjoraw l-ordni li tahom il-Maġistrat fl-inkjesta Pilatus. Pastażati bħal din ma rriduhomx isiru u se niġġildulhom b'kull mezz li għandna. Aħna ma ħallasniex miljuni ta' ewro, li setgħu intefqu fis-saħħa, fl-edukazzjoni u f 'għajnuniet lil min jinsab l-iktar fil-bżonn, biex Buttigieg u Gafà jħallu r-rapport tal-inkjesta Pilatus jiġma t-trab fuq xi xkaffa. Aħna m'aħna se nħallu lil ħadd ikompli jipproteġi, bin-nuqqas ta' azzjoni tiegħu jew tagħha, l-interessi kriminali u korrotti li ħatfu lil pajjiżna fi żmien il-Prim Korrott Joseph Muscat. Aħna nippretendu li min jokkupa karigi tal-istat iservi lill-istat, lilna l-poplu u lill-ġustizzja u mhux li jġib ruħu tal-pastaż tal- kriminali korrotti. Il-Qorti kontra l-Qorti Determinati li niksbu ġustizzja, tlabna lill-Qorti tordna lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju jobdu l-ordni tal-Maġistrat li mexxa l-inkjesta Pilatus. Iżda ġara li l-Qorti sibna lill-Maġistrat Nadine Lia li hija miżżewġa lit-tifel tal-Avukat tal- Prim Korrott. Ġara li, minflok rat kif għamlet biex tinforza dak li kkonkluda l-kollega tagħha fl-inkjesta, il-Maġistrat Lia l-ewwel qanqlet dubju dwar jekk din l-inkjesta tlestietx jew le u mbagħad riedet tkun taf kif jiena sirt naf li din l-inkjesta ordnat il-prosekuzzjonijiet. Minflok ma rrabjat li Buttigieg u Gafà ma wettqux l-ordnijiet ta' Maġistrat kollega tagħha, il-Maġistrat Lia donna rrabjat li jiena sirt naf b'dawn l-ordnijiet u li mort nitlobhatinfurzahom. Aħna mill-ewwel xammejna li ġejja pastażata oħra. Minħabba l-qrubija tal- Maġistrat Lia mal-avukat tal-Prim Korrott, aħna tlabnieha tirrikuża ruħha u tħalli Maġistrat ieħor jew oħra tiddeċiedi l-kawża tagħna. Din it-talba ma ntlaqgħetx u ġejna fl- assurdità li qed ikollna niġġieldu aħna biex il-Qorti tinforza ordni tal-Qorti! Il-pastaż tal-Prim Korrott Ġara wkoll li t-talba għar- rikuża tal-Maġistrat Lia ma niżlet xejn tajjeb ma' missier żewġha, l-avukat tal-Prim Korrott. Ftit tal-jiem wara li tlabna r-rikuża, kont miexi għall-affari tiegħi fi Triq ir-Repubblika u minn taħt għajnejja lmaħt lill-Avukat Pawlu Lia riesaq b'pass mgħaġġel fid-direzzjoni tiegħi. Wiċċu deher irrabjat bħal ta' kelb li jkunu għadhom kif ħadulu xi biċċa laħam tajba minn taħt snienu. B'imġiba pastaża għall-aħħar, bejn insult u ieħor, Pawlu Lia wissieni biex ma nibqax ngħid li l-Maġistrat Nadine Lia hija mħallta miegħu biż-żwieġ. Naturalment, jien malajr għedtlu x'naħseb fuq dak li kien qed jgħidli u x'naħseb dwar il-klijent favorit tiegħu, il-Prim Korrott Joseph Muscat. Però, xi ħaġa pożittiva mill- konfrontazzjoni li għamilli l-pastaż tal-Prim Korrott ħarġet ukoll. Jien u hu qbilna li l-kljient tiegħu Joseph Muscat mhuwiex ċuċ! Lanqas aħna m'aħna ċwieċ Onestament, qatt ma kelli dubju li Joseph Muscat mhuwiex ċuċ. Ma kellix bżonn lill- pastażun Lia jħambaqhieli ġo Triq ir-Repubblika. Jien qatt ma kelli l-iċken dubju li l-pastażati kbar li ġraw meta kien Prim Ministru ġraw bil-barka jew bil- kompliċità tiegħu. Lanqas jien ma jien ċuċ! U lanqas sħabi! Tant m'aħniex ċwieċ li qed nifhmu għaliex Joseph Muscat u l-psataż tiegħu huma rrabjati għalina. Ibda biex huma rrabjati għax jafu li niżżilniehom mill- poter u huma rrabjati aktar u aktar għax, jitpastsu kemm jitpastsu, aħna se nibqgħu ninsistu li ssir ġustizzja magħhom. Ejja ngħidulha kif inhi, ma tridx tkun xi professur biex tinduna min qed igawdi mil- letarġija u mit-tkaxkir tas- saqajn tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija. Ma tridx tkun wisq għaref biex tifhem l-għaliex il-klikka tal-Bank Pilatus tħalliet tgawdi l-impunità minkejja l-ordnijiet ċari kristall tal-Maġistrat. Ma hemmx bżonn ta' xi intelliġenza liema bħalha biex tasal għall- konklużjoni dwar min qed jieħu gost l-iktar li l-Egrant m'għadhiex qed tiġi investigata minkejja l-konklużjonijiet tal-esperti forensiċi fl-Inkjesta Pilatus. Le, aħna m'aħniex ċwieċ. Fuq kollox, aħna m'aħniex u m'aħna se nkunu qatt il-psataż tal-Prim Korrott Joseph Muscat jew ta' xi wieħed mill-kriminali korrotti sħabu. Il-ġlieda tagħna se nkompluha sal-aħħar u l-ebda pastażun mhu se jirnexxielu jintimidana u jwaqqafna. Se nerġgħu nsejħulek Irrid nagħlaq dan l-artiklu b'ringrazzjament għal kull min attenda l-protesta ta' nhar it-Tlieta u b'avviż importanti għal kull min, bħalna, irid li din il-ġlieda tintrebaħ: Se nerġgħu nsejħulek biex tingħaqad magħna. Robert Aquilina huwa l-President tal-organizzazzjoni Repubblika Robert Aquilina Joseph Muscat flimkien mal- Avukat tiegħu Pawlu Lia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022