Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807
IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 • illum aħbarijiet Konservattiva iżda eks-liberali, kienet kontra l-Monarkija u tammira lil Thatcher; Min hi l-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit? Min hi Mary Elizabeth Truss? X'għamlet biex telgħet fil-quċċata? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-karriera politika, il-portafoll estensiv u l-politika li se twettaq għal dawn is-sentejn li jmiss Lizz Truss, bħala t-tielet Prim Ministru mara ANTHEA CACHIA Fuq tlieta toqgħod il- borma. Mary Elizateth Truss, magħrufa aktar mal- Ingliżi bħala Liz Truss, issa uffiċjalment maħtura bħala t-tielet mara Prim Ministru tar-Renju Unit, anke jekk ir- rebħa tagħha spiċċat kważi intesiet minħabba l-mewt tar- Reġina Eliżabetta II. Hija rebħet lir-rivali tagħha Rishi Sunak bi ftit aktar minn 20,000 vot. Truss, li hija l-aktar politikanta li ilha taħdem għall- Gvern Ingliż, mhux l-ewwel darba li kienet fiċ-ċentru ta' xi kontroversji. Minn filmati tagħha tgħid li hi kontra l-Monarkija għal ritratti fuq Instagram tikkopja l-Mar- garet Thatcher - li fi ċkunita kienet tipprotesta kontra - l-IL- LUM tagħti ħarsa lejn żogħżi- tha, l-irwol tagħha bħala poli- tikanta u l-policies li beħsiebha timplimenta f'dak il-perjodu li hi stess qed issejjaħ bħala 'kruċjali' għar-Renju Unit. Min hi Truss? Truss twieledet fis-26 ta' Lulju 1975. Ommha u missierha kienu żewġ attivisti liberali li rabbewha voċifera, tant li kienet parteċipi f'diversi protesti, inkluż waħda kontra Margaret Thatcher, l-ew- wel Prim Ministru mara mill-par- tit tal-Konservattivi, mlaqqam bħala t-Tories. Truss studjat fl-Università ta' Oxford u hi gradwata fil-filo- sofija, il-politika u l-ekonomija. Tul il-perjodu tagħha fl-Uni- versità rinomata, Truss mexxiet l-għaqda tal-istudenti Liberali u Demokratiċi. Fil-fatt, f'konferenza tal-Par- tit Liberali u Demokratiċi Truss kienet għamlet diskors, li fih saħqet li hija kontra l-idea ta' Monarkija u li wieħed jiret tit- lu sempliċement għax twieled fil-Familja Rjali. Hija kienet ikkjarifikat li personalment m'għandha xejn kontra l-famil- ja Rjali iżda hija kontra l-fatt li wieħed jitwieled biex jirrenja. Ħafna maqdru lill-midja Ingliża talli fl-aħħar jiem xandret dan il-filmat bil-ħsieb li ttellef il-kam- panja elettorali tagħha. Fl-1996, meta ggradwat, ngħaqdet mat-Tories. Hi- ja saret parti mill-Gvern In- gliż fl-2010 meta ikkontestat għall-elezzjoni ġenerali. Dak iż-żmien, il-Partit Konservat- tiv kien immexxi minn David Cameron. Il-Prim Ministru l-ġdid ma tantx għandha relazzjoni taj- ba mal-midja Ingliża. Fil-fatt, diversi nies naqsu milli joħdu- ha bis-serjetà matul is-snin. Diversi midja kkritikawha u użaw tattiċi biex iwaqqgħu- ha għaċ-ċajt wara diskors li kienet għamlet fl-2014, meta kienet Segretarju tal-Ambjent, l-Ikel u l-Affarjiet Rurali, fejn kienet saħqet li hija "diżgrazz- ja" li l-Ingilterra timporta l-maġġoranza tal-ġobon. Ap- parti minn hekk kien hemm mumenti, anke issa fit-tellieqa għall-irwol ta' Prim Ministru, fejn hija rrifjutat li tagħmel in- tervisti mal-BBC. Kawża ta' hekk, dan l-aħħar hija żiedet il-preżenza tagħha fuq il-midja soċjali. Tant hu hekk li ħafna qalu "li ibbum- bardjat il-midja soċjali biex taljena lin-nies mill-fatt li għandha preżenza negatti- va fuq il-midja lokali." Spik- kaw ukoll ritratti simili għal dawk tal-'Iron Lady' (Thatch- er) fosthom wieħed fuq tank tal-gwerra u ieħor li fih kienet tidher kważi bl-istess tibdilha bħalha. X'għamlet s'issa? Tajjeb li nsemmu li Truss, me- ta kienet Ministru għall-Affarji- et Barranin, għamlet kampanja kontra l-Brexit. Minkejja dan il- lum tgħid li kienet żbaljata. Tant hu hekk li anke fl-eww- el diskors tagħha malli tħabbar ir-riżultat tar-rebħa, fost ir-rin- grazzjamenti hija rringrazzjat lill- eks Prim Ministru Boris Johnson u "ħabib" tagħha - li kellu jirriżen- ja minħabba għadd ta' skandli - tal-ħidma tiegħu, talli "irnexx- ielek twettaq il-Brexit, kissirt lil Jeremy Corbyn, provdejt it-tilqi- ma kontra l-Covid-19 u waqaft lil Putin." Tul dawn it-12-il sena, Truss serviet rwoli differenti bħala par- ti mit-tmexxija tal-pajjiż. Bejn l-2012 u l-2014 hija kienet Min- istru għall-Edukazzjoni. Tajjeb li nsemmu li l-edukazzjoni hija importanti ħafna għal Truss, tant li laqqmet lilha nnifisha bħala l-Prim Ministru għall-Edukazzjo- ni u wiegħdet se tkun qed taħdem aktar għall-edukazzjoni tal-istu- denti. Intant taħt l-amministrazzjo- ni ta' Theresa May, bejn l-2016 u l-2017, Truss serviet bħala Lord Chancellor u Segretarju għall-Ġustizzja. Punt interessan- ti huwa li Truss kienet l-ewwel kanċillier mara fl-istorja ta' dan l-Uffiċċju. Tajjeb li nfakkru li fl-2015 u l-2016 il-vjolenza fil-ħabs Ingliż żdied b'rata allarmanti, uħud jgħidu li dan kien ikkawżat mit-tnaqqis tal-baġits allokati għall-ħabs, madwar l-Ingliter- ra. Dan wassal biex Truss żiedet il-fondi b'£1.3 biljun, ekwivalenti għal €1.5 biljun, għal servizz aqwa u għar-reklutaġġ ta' 2,500 gward- jan adizzjonali. Eventwalment mill-2021 sa qabel nħatret Prim Ministru hi- ja kienet fl-irwol ta' Ministru għall-Affarjiet Barranin. B'ref- erenza għall-portafoll estensiv tagħha riċentament hija saħqet li, "affaċċjajt uħud mill-agħar għargħar li kellha f'din il-ġen- erazzjoni, affaċċjajt waħda mill- agħar irvelli fil-ħabs u affaċċjajt l-agħar gwerra fl-Ewropa." Bħala Ministru għall-Affarjiet Barranin, Truss kienet voċifera ħafna fuq il-gwerra bejn l-Ukra- jna u r-Russja. Fil-fatt fi Frar li għadda marret Moska u ltaqgħet mal-Ministru għall-Affariji- et Barranin tal-Kremlin Sergei Lavrov. Madankollu l-laqgħa ma tantx marret tajjeb hekk kif saħaq li, "kont qisni qed nitkellem ma' persuna truxa, qiegħda hemm, imma mhux tisma'." Minkejja dan, hija ġabret ġieħa mal-partit b'diskors li fih ikkun- dannat lil Putin u l-azzjonijiet tiegħu. Uffiċjali Russi, b'referenza di- retta għal dan id-diskors, saħqu li hi wasslet biex il-militar tal-pajjiż ikun fuq allert għoli. Il-midja In- gliża rrapportat li din l-pożizzjoni tagħha fuq il-gwerra ntlaqgħet tajjeb mat-Tories. X'wiegħdet? Truss diġà elenkat lista ta' bidli- et għall-pajjiż, li bħal ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja għaddej minn kriżi. Fuq nett tal-aġenda għandha li tnaqqas it-taxxi b'5% biex tir- regola l-għoli tal-ħajja. Dan se tagħmlu bil-għan li tagħti imb- utattura lill-ekonomija u ttaffi l-piż lill-poplu Ingliż, speċjal- ment issa b'kontijiet tal-enerġija li huma ferm ogħla. Wiegħdet ukoll li tnaqqas l-ispiża tal-assig- urazzjoni nazzjonali u li tneħħi kompletament iż-żieda fit-taxxa korporattiva. B'kollox tiffranka lill-poplu £30 biljun, ekwivalenti għal €34.6 biljun. B'kuntrast għal dak li protestat kontrih fi ċkuni- ta, issa Truss saħqet li għandhom jinbnew powerstations nukleari. Min-naħa l-oħra, apparti poli- cies oħra fuq il-Brexit, il-politika barranija, l-akkomodazzjoni u s-saħħa hija wiegħdet bi sħiħ li tipprovdi lil kull tifel u tifla Ingliż l-aqwa opportunità biex jirnexxu, lil hinn minn fejn ġejjin. Hija saħqet li tixtieq tkomp- li tinvesti fi skejjel u akkademji eżistenzi li jħallu riżultati tajbin filwaqt li dawk li fallew, tibdilhom fi skejjel b'xejn.