Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
11 intervista illum • IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 naqtgħu qalbna imma r-rieda timlina bil-kuraġġ' iddeċidejna li niħu dar akbar f 'Ħaż- Żebbuġ." Maria sostniet illi ġewwa id-dar il-ġdida f 'Ħaż-Żebbuġ se jkun hemm is-servizzi kollha meħtieġa. Nuqqasijiet f 'Ħal Qormi it li xejn għandhom ħlief għall-ispazju li huwa pjuttost żgħir. "Eżempju jekk is-soltu nagħmlulhom quddiesa fis-salott, għax kollox isir hemm, issa se jkollhom kappella, u jkollhom fejn iktar jimirhu u jkollhom ħin liberu." Apparti kappella, id-Dar Bjorn f 'Ħaż- Żebbuġ se jkollha wkoll servizzi ta' klinika, pixxina u gym. Maria dwar Joe Debono... 'Qisek qatt ma taħseb li l-persuna ċajtiera li taf minn fuq it-televiżjoni qatt se jiġrilha xi ħaġa' Min ma jiftakarx lil James Bondin fuq Xarabank? Kien joħroġ b'kull waħda, jivvintahom! Memorji mill-aqwa li ġġeddu ħafna aktar mal-mewt ta' Joe Debono, li anke jekk ma ħasditx lil kulħadd, irnexxilha tbikkem pajjiż. F'intervista fuq Xarabank, Joe kien irrakonta kif kien skopra illi għandu l-ALS wara li beda' jinnota ċertu sintomi. Bħal Bjorn, induna waqt li kien qed jagħmel l-isport kif ma setgħax jaqbad il- ballun tat-tennis eżempju. Test wara l-ieħor, Joe sar jaf li għandu l-ALS u fi żmien sena Joe miet. "Kienu jafuh ħafna nies. Kienu jafuh bħala persuna ċajtiera fuq it-televiżjoni. Qisek qatt ma taħseb li dawk in-nies qatt se jiġrilhom xi ħadd." B'niket, Maria qalet illi minħabba illi l-marda affetwat lil Joe b'ritmu aktar mgħaġġel, in-nies iktar donnhom saru konxji tal-ALS. Dak iż-żmien Joe kien wera' x-xewqa li jidħol fid-dar il-ġdida iżda għażel li jibqa' d-dar tiegħu. Kienet iddur bih il-mara tiegħu flimkien ma' carer. "Kiteb ktieb, kiteb tnejn, kollha bil- kompjuter li tajnieh. Kompjuter li kien seta' juża b'għajnejh. Bqajna natuh is- servizzi tagħna f 'daru u rajna li jkollu kull ma ghandu bżonn." Kif spjegat sewwa Maria, Joe kiteb żewġ kotba: Iz-Ziju Manwel u t-Teżor ta' Klement, li ġie ppublikat wara mewtu. Huwa miet fl-età ta' 63 sena, nhar is-27 ta' Ottubru tal-2021, erba' t'ijiem wara li ngħata l-Premju Nazzareno Vassallo għax-xogħol siewi tiegħu mal-anzjani. 25 ta' Settembru, Jum il-Maratona! B'dedikazzjoni kbira t-tim ta' Dar Bjorn jaħdmu qatigħ biex kull pazjent li jiltaqgħu miegħu jkollu d-dinjità tiegħu permezz ta'għajnuna medika u appoġġ kontinwu. Is-servizzi provduti huma kollha bla ħlas u għalhekk li nisimgħu ħafna bit- talba tagħhom għad-donazzjonijiet u l-għajnuna. Kull pazjent li jingħata għajnuna, jagħti lin-nies ta' Dar Bjorn sodisfazzjon kbir iżda aħna wkoll nistgħu nieħdu sodisfazzjon billi ngħinuhom lura. "Dawn huma nies kollha bl-istorja tagħhom. Hemm min kien beautician u hemm min kien ħaddiem tas-sena. Dawn huma persuni li waqfet ħajjithom għax laqtithom din il-kundizzjoni ħabta sabta." Mhux bilfors tgħin b'donazzjoni u hawn Maria tispjega kif l-organizzazzjoni jkollha bżonn nies li jgħinuhom jiġbru donazzjonijiet, jorganizzaw l-attivitajiet u anke joffru l-ħin liberu tagħhom. "Mal-pazjenti ma nkunux nistgħu nħalluhom, għax jirrijkedu servizzi speċifiċi. Iżda hawn min jiġi jaqralhom ktieb jew jagħmilhom xi attività bħal tisjir magħhom." Tixtieq tgħin illum waqt il-maratona? Jekk tixtieq tagħti it mill-ħin tiegħek biex tgħin, tista' ċċempel fuq: 7920 9420. Jekk il-ħin tiegħek huwa limitat, tista' wkoll tagħti donazzjoni billi ċċempel fuq: 5170 2016 - €15 5100 2017 - €20 5180 2018 - €25 5190 2075 - €50 Tista' wkoll tibgħat SMS fuq: 5061 8170 - €4.66 5061 8936 - €6.99 5061 9271 - €11.65 Jekk trid tibgħat donazzjoni direttament fil-kont tal-bank, id-dettalji huma: Isem il-kont: ALS MALTA FOUNDATION Numru tal-kont: 4002365323-2 IBAN: MT72VALL22013000000040023653232 BIC: VALLMTMT Aktar dettalji dwar kif tista' tgħin ssibhom fuq is-sit: www.darbjorn.com jew inkella fuq il-paġni ta' Facebook ALS Malta u Dar Bjorn