Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 opinjoni IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Alex Borg Alex Borg huwa l-Kelliem tal-PN għal Għawdex Irrid niżgura li kull pazjent f'Malta jkollu aċċess għall- aqwa kura possibbli M eta niġi mistoqsi x'inhuma l-priorita- jiet politiċi tiegħi, jie- na bla tlaqliq intenni li huma l-edukazzjoni u s-saħħa. Waħda mill-akbar battalji fil-kura medika hija dik kontra l-kanċer. In-numru ta' pazjenti qiegħed sfortunatament jiżdied minn sena għal oħra, speċjalment dak tas-sider u l-prostata. L-Unjoni Ewropea allokat is- somma ta' €345 miljun għal Malta f 'faċilità li tissejjaħ Resilience and Recovery Fund. Ammont sostanzjali minnhom huwa speċifikament allokat għall-kura tal-kanċer. Il-Gvern ħabbar interess għall- akkwist ta' MR linac, magna speċjalizzata li kapaċi tara t-tumur b'mod live u tikkuraħ bi preċiżjoni għolja fi it sessjonijiet. Din hija waħda mill-iktar kuri innovattivi għal ċerti tipi ta' kanċer. Minkejja li l-Gvern ġie offrut l-opportunità li jinstalla u jħaddem din il-magna sa l-aħħar ta' din is-sena, ġie deċiż li jinħareġ tender. Tender mhux għall-magna biss iżda wkoll bunker ġdid minkejja li hemm wieħed vakanti fl-isptar Anthony Mamo. L-awtoritajiet argumentaw li dan il-bunker mhux wieħed idoneu, iżda mbagħad dawwru l-verżjoni meta f 'appell imressaq minn parti interessata, huma wieġbu li l-kuridur li jwassal għalih fil-fatt mhuwiex idoneu. Għaldaqstant proċess li possibilment kien laħaq wasal fi tmiemu, għadu lanqas inbeda, għad-detriment tal-pazjent. Sabiex il-Gvern possibilment jinċentiva lill-ħbieb tal-ħbieb sabiex ikabbru l-imperi u jħokku dahar xulxin, ħareġ tender li jintrebaħ a bażi tal-prezz, anke jekk l-użu ta' dan l-apparat huwa wieħed kritiku ferm. Ġie deċiż ukoll li kull parti interessata jkollha biss il-minimu ta' erba' ġimgħat ċans sabiex tippreżenta offerta li tinkludi l-nomina ta' 16-il espert f 'oqsma diversi, bunker ġdid, estensjoni tal- isptar Anthony Mamo, rilokazzjoni ta' servizzi preżenti, installazzjoni tas-servizzi kollha użati fi sptar kif ukoll dik ta' MR linac. Għal dan l-apparat kollu l-Gvern alloka l-istess żmien li jalloka għall-iżjed apparat sempliċi bħal ngħidu aħna magna tal-pressjoni. Għaliex ġie mtawwal il- proċess tat-trattament sabiex jinħareġ tender meta kienet ċara l-possibiltà ta' trattament bikri f 'bunker eżistenti, ġaladarba l-fondi jippermettu metodi oħra li jassiguraw l-aqwa apparat fil- kamp mediku? Għaliex hemm tlajjar fil- proċess meta dan huwa ta' riskju serju li jintilfu fondi Ewropej u meta l-unika offerta għal dan it-tender bl-aktar mof ċar ma tissodisfax kriterji hekk imsejħa kritiċi mill-isptar Anthony Mamo? Għaliex ġew injorati t-talbiet tal-ħaddiema tal-isptar Anthony Mamo, kkomunikati permezz tal-UHM direttament lis- Segretarju Permanenti? Wara l-iskandlu ta' Vitals u dak ta' San Vinċenz de Paule, fejn minn kċina sar proġett enormi li jissodisfa l-kilba finanzjarja taċ-ċrieki kummerċjali bl-iktar mod viljakk u sfaċċat, jiena mhux biss tli il-fiduċja fit-tmexxija ta' dan il-Gvern suppost Soċjalista iżda wkoll rabbejt sens ta' allarm li jġiegħelni nixtarr sew id- deċiżżjonijiet amministrattivi ta' nies politikament nominati. Għara li l-ira sħuna tajba u la darba l-interess personali tal-it jieħu s-soppravvent, l-interess kollettiv tan-nazzjon ikun misruq, mitluf. Għaldaqstant nimpenja ruħi sabiex nieħu kull azzjoni proattiva għas-salvagwardja tal- interess nazzjonali. Id-deċiżjoni tiegħi kienet li mhux biss nippriedka l-istejjer idealistiċi tal-bidla iżda li nkun parti attiva minnha, li nagħmel differenza kif kull rappreżentant politiku għandu d-dover sagrosant li jagħmel. Għaldaqstant ma nistax nibqa' sieket f 'wiċċ il-qerq, l-inġustizzji u l-ipokrizija. Is-saħħa tagħna la għandha prezz u lanqas m'għandha kulur. Kien għalhekk li flimkien mal-kollega tiegħi Adrian Delia, ktibna lid-Direttur tal-Kuntratti. Fin-nuqqas ta' xi forma ta' rikonoxximent, qed nieħdu passi ulterjuri sabiex bħala rappreżentanti tal-poplu niżguraw li kull pazjent f 'Malta jkollu aċċess għall-aqwa kura possibbli la darba hemm il-fondi allokati li jippermettu dan. Id-deċiżjoni tiegħi kienet li mhux biss nippriedka l-istejjer idealistiċi tal-bidla iżda li nkun parti attiva minnha, li nagħmel differenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022