Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880
04 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum The Embryo Protection Authority is seeking to recruit Manager Jobsplus Permit No: 170/2020 Indefinite Basis Applicants eligible for this post must be in possession of: A recognised MQF Level 6 in Managerial or Administrative Areas to a minimum of 180 ECTS/ECVET credits. OR MQF Level 5 with one-year work experience. OR Five years' work experience in a managerial role. Due Consideration will be given to those who have studies related to administration. Good leadership spirit and good communication skills. Interested persons are to submit their applications together with detailed Curriculum Vitae by not later than 10 th October 2022, at noon. Applications should be addressed to: The Chief Executive Officer Embryo Protection Authority 88, Tarxien Road, Luqa, LQA 1811 OR via email at: info.epa@gov.mt For more info please call 25951650 Ħames għaqdiet b'appell kontra l-approvazzjoni ta' pixxina fuq wied għal Joe Portelli Ħames għaqdiet u l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ressqu appell mat-Tribunal tal-Ippjanar (EPRT) kontra d-deċiżjoni tal- Kummissjoni tal-Ippjanar li tapprova pixxina fuq proprjetà ta' Joseph Portelli fil-Wied ta' Marsalforn. L-appell qiegħed isir bil-fondi li nġabru fi it jiem minn kampanja ta' crowdfunding sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi legali kontra dan il-permess ta' żvilupp skandaluż. "Fi spettaklu tal-mistħija intiż li jaġevola bis-sħiħ lin- negozjanti l-kbar, il-Kap tal- Kummissjoni tal-Ippjanar, Martin Camilleri għamel minn kollox sabiex jintogħġob ma' Portelli u ħareġ il-permess minkejja r-rakkomandazzjoni għar-riut tal-uffiċjal responsabbli mill-każ," sostnew fl-istqarrija tagħhom il- ħames għaqdiet. Minbarra li tinsab f 'ODZ, il- pixxina ta' Portelli ser titħaffer f 'wied u hija parti minn proġett massiv ta' blokok ta' appartamenti fit-tarf tal- istess wied. "L-approvazzjoni ta' pixxina f 'wied toħloq preċedent perikoluż sabiex ikompli jiġu approvati applikazzjonijiet għal proġetti simili, u b'hekk fetħet bibien is-sema għall-qerda tal- widien tagħna u l-qerda mgħaġġla ta' Għawdex." L-istqarrija tisħaq illi l-approvazzjoni ta' Martin Camilleri tikser bosta liġijiet u politiki tal-ippjanar. L-appell tal-organizzazzjonijiet jelenka l-bosta regolamenti li jipprojbixxu kategorikament dan l-iżvilupp approvat fuq ODZ, bħal fost oħrajn: il-Pjan Lokali ta' Għawdex ma jippermettix żvilupp f 'xifer il-widien; is-sit jinsab fil-limitu ta' 50 metru minn Żona ta' Konservazzjoni Urbana; mhux permess tibdil fl-istat naturali ta' ODZ u li art ODZ tinqasam f 'biċċiet li jeqirdu l-pajsaġġ olistiku tagħha. "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tal- Ippjanar sostniet li s-sit kien kommess għall-iżvilupp, meta fil-fatt ma kienx, u wkoll aġixxiet b'mod mill-iktar irregolari tul il- proċess b'mod partikolari meta naqset milli tindika fl-ewwel seduta d-direzzjoni li ser tieħu, u minflok talbet l-iżviluppatur iwettaq tibdil insinifikanti, li mbagħad użatu sabiex tiġġustifika l-approvazzjoni," komplew isostnu l-għaqdiet. Huma qalu illi s-suċċess ta' kampanji ta' ġbir tal-flus bħal dawn juru r-rabja tal-Maltin u l-Għawdxin fil-konfront tal-qerda tal-ambjent urban u natural għall- benefiċċju ta' it sinjuri. "Quddiem dan l-assalt fuq l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tagħna, aħna determinati li nkomplu niġġieldu l-qerda ta' Għawdex u ta' Malta minn żviluppaturi bħal Joseph Portelli u entitajiet imħassra bħall-Awtorità tal-Ippjanar. L-Organizzazzjonijiet li qegħdin iressqu dan l-appell: Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Għawdix, Wirt Għawdex, Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) u l-Kunsill Lokali Xagħra. Joseph Portelli