Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Kważi nofs in-negozji Maltin jiffinanzjaw lill-PN jew PL ANTHEA CACHIA Sondaġġ tal-Ewrobarometru, dwar l-attitudni ta' negozji lejn il-korruzzjoni, jindika li l-Maltin għadhom jemmnu li sidien ta' negozji jwettqu diversi prattiċi korrotti, biex javvanzaw in-negozju tagħhom. Fil-fatt, skont il- Maltin, waħda mill-aktar prattiċi korrotti popolari f 'pajjiżna hi li n-negozji jiffinanzjaw lill-partiti politiċi bil-għan li jingħataw kuntratti pubbliċi jew influwenza fit- tfassil tad-deċiżjonijiet. Jemmnu wkoll li huma l-ftit, li jiġu kkastigati jew penalizzati meta jinqabdu bil-korruzzjoni. Fil-fatt il-kwistjoni tal- iffinanzjar tal-partiti hija waħda li qamet diversi drabi fl-aħħar snin b'akkużi ta' qrubija żejda bejn negozjanti u politiċi, bħal fil-każ ta' Yorgen Fenech u pagi ta' uffiċjali tal-PN imħallsin mill- grupp Db. Sussegwentement il-Gvern preżenti kien fassal liġi tal-iffinanzjar tal-partiti, li fost oħrajn timponi limitu ta' kemm persuna jew entità tista' tagħti partit. Minkejja dan id- dubji jibqgħu hekk kif ħafna jaħsbu li hemm min qed idur mas-sistema biex xorta jibqa' jiffinanzja għall-pjaċiri. In-negozji Maltin huma s-sitt l-aktar fl-Ewropa li jaħsbu li hemm korruzzjoni fl- iffinanzjar tal-partiti Meta mistoqsija liema prattiċi korrotti huma l-aktar popolari f 'Malta bla ebda tlaqliq il- Maltin għażlu l-iffinanzjar tal- partiti politiċi u t-tixħim, b'rati kemmxejn ogħla mill-medja Ewropea. Fil-fatt fil-każ tat- tixħim, il-medja kienet 20% u din Malta qabżitha b'10%, li jammonta għal 30% tal-Maltin li jaħsbu li t-tixħim huwa prattika popolari fil-pajjiż. Min-naħa l-oħra, kienu 38% tal-ewropej li jaħsbu li hemm il-korruzzjoni fl-iffinanzjar tal-partiti, rata li titla għal 45% fil-każ tal-Maltin. Dan jagħmilna s-sitt l-aktar pajjiż li jemmen li negozji jagħtu l-flus lil partiti u jistennew xi ħaġa lura. Il-pajjiż bl-ogħla persentaġġ ta' negozjanti li jemmnu li hemm korruzzjoni fl-iffinanzjar tal-partiti politiċi kien Ċipru, b'52%, li fir- rigward ta' korruzzjoni, kważi dejjem kienu minn ta' quddiem fis-sondaġġ tal-Ewrobametru. Dan kien segwit mir-Repubblika Ċeka b'50%, warajha l-Islovakkja b'49% u fl-aħħar il-Greċja u Spanja b'47% kull wieħed. F'dan l-eżerċizzju li sar, bil-għan li jiġi identifikat l-aktar metodu ta' korruzzjoni popolari fil-pajjiżi ewropej, dan is-sondaġġ staqsa lill- parteċipanti fuq tipi differenti ta' korruzzjoni. Fil-fatt, apparti t-tnejn li għamilna referenza għalihom qabel, fil-ħames għażliet l-oħra Malta kienet taħt il-medja Ewropea. Dawn il-prattiċi korrotti kienu; Ħbieb u qraba li jingħataw preferenza fin-negozji jew f 'istituzzjonijiet, li jingħataw rigali jew safra b'xejn bil-patt u l-kundizzjoni li jingħata servizz lura, frodi permezz ta' taxxa jew li ma jitħallasx il-VAT u kickbacks. Ħbieb u qraba li jingħataw preferenza fin-negozji kienet waħda mill-aktar għażliet popolari fl-istati membri u għalhekk il-medja kienet ta' 48%. B'kuntrast għal dan, kienu wieħed minn kull tlieta (33%) biss jemmnu li din issir f 'Malta. Dan jagħmilna t-tielet l-inqas pajjiż illi jaħseb li din il-prattika hija komuni. L-aktar negozjanti li jemmnu li f 'pajjiżhom negozji jiffavorixxu l-ħbieb u l-qraba kienu l-Portugal b'58%, Franza b'57% u l-Awstrija b'55%. Ftit inqas minn kwart tal- parteċipanti (21%) jemmnu li f 'pajjiżna hemm negozji li jiffrodaw it-taxxa jew ma jħallsux il-VAT. Malta kienet ir- raba' l-inqas mill-istati membri li jemmnu li dan isir fil-pajjiż, wara l-Polonja, bi 15%, Franza u l-Portugal bi 17% kull wieħed u l-Lussemburgu b'19%. Il-korruzzjoni, kemm hi problema għan-negozjanti Ewropej? Għan-negozjanti Ewropej, bla dubju, l-korruzzjoni hija waħda kemmxejn serja, tant li uħud taffetwahom sew u dan ġie ikkonfermat għal darb'oħra mill- Ewrobarometru. 34% tan-negozji Ewropej jaqblu li l-korruzzjoni, b'mod ġenerali, hija problema "verament serja" jew "kemmxejn serja" f 'pajjiżhom. Intant kienu 34% ukoll tan- negozji li qablu li n-nepotiżmu u l-klijenteliżmu huma problemi serji ħafna għan-negozjanti Ewropej. U Malta fejn tinsab? Filwaqt li l-medja Ewropea tindika li 20% jaħsbu li l-korruzzjoni hija problema verament serja, Malta taqbeż din il-medja b'10% li jagħmilna s-seba' l-aktar nazzjonalità li taħseb li l-korruzzjoni hi problema (30%). 28% jaħsbu li l-korruzzjoni hija problema pjuttost serja u min-naħa l-oħra 38% jemmnu li jew mhix problema serja jew li mhi Kemm tkellimna fuq l-iffinanzjar tal-partiti? Ħafna. Minkejja dan sondaġġ negozjanti jagħtu flus lill-partiti sabiex imbagħad jingħataw preferenza fl-għoti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022