Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354
17 kotba illum • IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 Mark Vella jagħżel tliet pubblikazzjonijiet riċenti għat-tfal, kważi kif ġie ġie, tant saret kbira l-offerta bil-Malti fil-qasam għall-bniet u s-subien sa 12-il sena. Titjib fl-abbiltajiet konjittivi Tisħiħ fil-kordinazzjoni fiżika "hand-to-eye" Twettiq aħjar ta' diversi xogħolijiet fl-istess ħin Teħid ta' deċiżjonijiet aktar preċiżi u mgħaġġlin Ftit irqad Eżawriment Problemi ta' obeżità Nuqqas ta' motivazzjoni IL-BENEFIĊĊJI TAL-LOGĦOB U L-KONSEGWENZI TAL-EĊĊESSIVITÀ DEJJEM FITTEX L-AĦJAR BILANĊ SUPPORTLINE 1777 l-aċċettazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tad-differenza u d-diversità, l-idea li t-tfal ikunu komdi f 'ġildthom, huma min huma, huma x'inhuma. Il-Merlin, umbagħad, dar storika oħra bħall-KKM, tispeċjalizza f 'kotba bħal dawn. Kienu fost l-ewwel tip ta' xogħlijiet li ħarġu, u għadhom wieħed mill-aqwa prodotti tagħhom li fihom jinvestu ħafna ħin u xogħol. Dan l-aħħar, laqtuni Orkubellu u Ana u Żak isalvaw il-pjaneta!, it-tnejn maħruġa dis-sena. Filwaqt li tal- ewwel, traduzzjoni ta' Claudia Gauci, l-ieħor, oriġinali ta' Audrey Friggieri: indikazzjoni tal-investiment immirat tal- Merlin f 'dan it-tip ta' xogħol fejn iżomm ekwilibriju bejn it- traduzzjoni/l-addattament u x-xogħol oriġinali, u dan kollu f 'idejn ismijiet magħrufa u li jtuk garanzija ta' kwalità. Orkubellu, traduzzjoni mit- Taljan ta' Fabrizio Silei u diġà rebbieħ ta' diversi premjijiet f 'pajjiżu, jimxi wkoll fuq il-linja tad-diversità. F'belt il-koroh, is- Sindku u martu jinħasdu meta jitweldihom tifel il-ġmiel tiegħu, bjond u għajnejh ħodor bl-akbar tbissima li qatt eżistiet. Ħaġa iebsa tkun differenti, imma divertenti wkoll. U l-isfida tal-ktieb, il-ħasda tax-xogħlijiet interessanti, hija kif it- tfal se tiġihom mill-ewwel il-kurżità tas-sitwazzjoni xejn tas-soltu, fejn is-sabiħ qiegħed fi żvantaġġ f 'dinja fejn in-normalità hija l-kruha. Ktieb li jolqot l-etajiet ta' bejn 9 u 12-il sena, u li jlaqqa' d-daħq tal-praspura klassika Maltija mas-sottokurrent qawwi tad-diversità, l-idea ta' kif l-għażla ta' x'inhu "differenti" hi fl- aħħar mill-aħħar arbitrarja. Xogħol li se jingħoġob żgur, u li anki se jkollu s-segwitu tiegħu. Ana u Zak, umbagħad, huwa tassew xogħol Malti, żgur imnebbaħ mill-qagħda preżenti tal-ambjent Malti, u allaħares qatt, nittamaw li mhux qed ibassar il-qagħda li se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħha t-tfal li se jkunu qed jaqrawh. Jibda, fil-fatt, b'nota fil-preżent li lit-tfal tavżahom li din storja mill-futur: xi ħaġa li lili mhux biss qajmitli l-interess, imma f 'ċertu sens inkwetatni... u allura ġegħlitni nkompli naqra! Ktieb interessanti wkoll għal diversi fatturi: huwa għal etajiet tal-ewwel qari 'komplut', jiġifieri bejn ħames u tmien snin, li jżomm l-ekwilbriju bejn il-ktieb tal-istampi u l-introduzzjoni għall-qari bil-mod ta' storja sħiħa bil-Malti, u anki bit-tema ekoloġija, dejjem aktar attwali, bix-xejra maġika mogħtija mill-pinna ta' Friggieri. Lil hinn minn dan il-livell ta' qari bażiku, jidħol ukoll l-input siewi tal-pubblikatur: l-iskoperta ta' disinjatriċi ġdida u brava, Vincianne Scerri, bl-ewwel xogħol tagħha, kif ukoll l-użu ta' tipa speċjali għal qari faċli, li hija wkoll dħulija għad-dislessiċi. Tliet kotba reċenti u friski, ilkoll bil-merti tagħhom, iżda żgur togħmiet ċkejknin għad- dinja wisq akbar tal-kotba bil-Malti. Żgur li l-edukaturi u l-ġenituri għandhom firxa tassew mill-isbaħ minn fejn jagħżlu, kif ukoll pubblikaturi ħabrieka li jistgħu jagħtu l-pariri x-xierqa dwar il-qari ġdid għat- tfal tagħna.