Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

'B'dak li għamel Joseph Muscat lill-qarnita mafjuża li hawn ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia wassal għal ħafna bidliet, fortuni politiċi li tkissru taħt id-dellijiet tal-implikazzjonijiet, il- mistoqsijiet u l-akkużi, però wassal ukoll għal ħolqien ta' għaqda - li hija mibgħuda daqs kemm hi maħbuba. L-għaqda Repubblika ilha għal dawn l-aħħar snin tipprotesta u tippronunzja ruħha fuq diversi kontroversji, kienet l-għaqda li pprotestat bla waqfien u b'qawwa biex jirriżenja l-eks PM Muscat - kif fil-fatt ġara u kienu kritiċi ħafna ta' Adrian Delia - li wkoll tneħħa mill-kariga. Dawn iż- żewġ avvenimenti bla dubju ħolqulhom ħafna għedewwa u avversarji politiċi. Ħames snin wara li nqatlet Caruana Galizia l-gazzetta ILLUM tistaqsi diversi mistoqsijiet lill-President ta' Repubblika Robert Aquilina u tibda b'Joseph Muscat, l-aktar persuna li spiċċat fl-għajn ta' kritika qalila ta' Aquilina. Tista' tgħid li Repubblika u Muscat huma l-akbar avversarji politiċi fil-pajjiż. Kull meta jikteb Aquilina jikteb b'mod li jagħti l-impressjoni illi huwa ċert li l-eks Prim Ministru se jmur il-ħabs. Għalhekk il-gazzetta ILLUM tistaqsih direttament: Inti temmen li Muscat huwa implikat, involut fil-qtil jew kien jaf minn qabel li se tinqatel Daphne Caruana Galizia? Huwa jagħmilha ċara li hu qatt ma rabat il- qtil ta' Caruana Galizia ma' Muscat u filwaqt li għamilha ċara wkoll li hu ma għandu mibgħeda lejn ħadd, "nemmen li Muscat għamel biżżejjed ħażin biex jeħel il-ħabs. Imma jiena qatt ma smajt xi provi li kien involut fl-assassinju." Aquilina sostna iżda li ġraw ċerti affarijiet li jqajmu d-dubju, fosthom l-impjieg "fantażma" li ngħata Melvin euma. Mela għalfejn jitkellem b'ċertezza dwar Muscat, daqslikieku jaf ċert li se jispiċċa l-ħabs? "Meta jiena ngħid li konvint illi Muscat se jitressaq il-Qorti u jinsab ħati nkun qed nirreferi għall-każi tal-korruzzjoni. Jiena ngħid li Joseph Muscat huwa l-Prim korrott u fuq din qatt ma fetaħli libell." Huwa sostna li minn dak li hemm fid- dominju pubbliku huwa jemmen li fuq il- każ tal-kuntratt lill-Vitals Global Healthcare, kemm il-kuntratt iffirmat kif ukoll l-ħlasijiet minn Accutor lil Muscat, dan se jispiċċa quddiem il-Qorti. L-ILLUM tfakkru li Muscat qal li l-flus - €60,000 - kienu ġejjin minn konsulenza u li ma kellux x'jaħbi tant li daħlu fil-kont tal- bank tiegħu fil-BOV u ħallas it-taxxa fuqhom ukoll. "Jiena ma nemmnux," jibda jirrispondi Aquilina. Huwa qal li bħala Nutar li jagħmel Due Diligence jemmen li l-pagamenti lejn Muscat iqajmu ħafna bozoz ħomor, "biżżejjed bozoz ħomor biex ikollna siġra tal-Milied." Imma allura jemmen li l-flus li għaddew għand Muscat ġejjin mill-konċessjoni jew kienu parti mill-ħlasijiet relatati ma' dan il- ehim? "Jiena qed ngħid li nemmen illi Muscat involut f 'korruzzjoni u allura le ma neskludix li ġejjin mill-kuntratt. Imma ma għandix provi allura ma nistax ngħidlek li ġejjin." 'Jiena qatt ma għidt li Egrant ta' Muscat, imma l-każ mhux magħluq' Aquilina għadu jemmen li Egrant hija ta' Michelle Muscat? U ħafna jfakkru - ġustament - li saret inkjesta li damet għaddejja xhur u li ma sabet ebda prova li Egrant fil-fatt qatt kienet ta' Muscat. Huwa jiċċara mal-ILLUM li fil-fatt huwa qatt ma qal li kienet ta' Muscat, daqs kemm qatt ma qal li ma kinitx iżda jisħaq illi filwaqt li l-inkjesta tal-Imħallef (dak iż-żmien Maġistrat) Aaron Bugeja għandha tingħata l-kredibilità li ħaqqha, kien hemm inkjesta oħra li trattat l-Egrant li kienet dik dwar il- Bank Pilatus. "Din tagħmel referenza ċara għal ammont preċiż ta' flus fi tranżazzjoni: $1.017 miljun li tgħid illi l-pulizija għandhom jinvestigaw billi jġibu l-għajnuna tal-Amerikani." 'Il-maa ħatfet lil-Labour biex imbagħad tipprova taħtaf pajjiż' Matul dawn l-aħħar ħames snin smajna ħafna il-kelma 'maa' u akkużi wkoll li l-Gvern jew xi politiċi fih kienu 'maa'. Imma din eseġerazzjoni? Ħafna donnhom hekk jarawha. Aquilina ma jaqbilx, anzi jgħid li hija l-maa li qatlet lil Daphne Caruana Galizia. Huwa qal li f 'dawn il-każi l-ġustizzja hija diffiċli u li din mhux sitwazzjoni unika għal Malta hekk kif ifakkar li 30 sena wara l-qtil ta' Giovanni Falcone u Paolo Borsellino l-verità kollha - speċjalment dwar l-involviment tal- istat - għadha mhux magħrufa. Qal ukoll li bħal ma hawn antagoniżmu għal Daphne hawnhekk, anke fl-Italja hemm antagoniżmu għal Falcone. Imma qed jgħid li l-maa qatlet lil Daphne. L-ILLUM allura tistaqsih: Min hi l-maa? Qed tgħid li l-PL huwa maa? Qed tgħid li l-maa infiltrat lill-PL? "Le l-Partit Laburista mhuwiex il-maa," jibda jispjega Aquilina. Ikompli jgħid iżda li huwa jemmen li hawn klikka ta' nies, "bejn politiċi u anke eks politiċi flimkien ma' nies fin-negozju li l-ewwel ħatfu lill-Partit Laburista biex imbagħad jaħtfu kemm jistgħu mill-Istat Malti. U Daphne ġiet assassinata minn dawn in-nies jew minn ħbiebhom." Imma għal min qed jirreferi? Qed jirreferi għal Muscat? "Muscat b'li għamel żgur li għen ħafna lill- qarnita mauża li hawn f 'Malta u din qed ngħidha b'responsabilità," sostna Aquilina Abbozz Midja: Biżżejjed jew ftit wisq? Il-Gvern ressaq emendi dwar il-midja u l-libertà tal-espressjoni. Ma jħossx li dan kien pass 'il quddiem u rikonoxximent tal-bżonn li jkun protett il-ġurnalist? Huwa qal li wieħed irid jara minn fejn beda dan il-proċess, qabel il-proċess innifsu. Fakkar li din kienet waħda mill-proposti tal-Inkjesta Pubblika fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u qal ukoll li din kienet l-unika proposta li fuqha l-Gvern ħa passi. "Kien hemm rakkomandazzjonijiet oħrajn bħal-leġiżlazzjoni kontra l-maa. Għaliex ma saritx din? Għax il-proċess kien imqanżah mill-bidu." Imma allura Aquilina qed jgħid li l-bidliet li wettaq il-Gvern ma kinux ta' konvinzjoni? "Assolutament le, ma sarux b'konvinzjoni u hemm reżistenza kbira għax il-ġurnaliżmu huwa meqjus bħala xkiel għall-Gvern għax iżomm lill-Gvern kontabbli," sostna Aquilina. Imma l-ILLUM terġa' twaqqfu u tfakkru li l-ġurnaliżmu huwa meqjus xkiel dejjem għall-politiku. "Iva vera. Pero' meta tinqatel ġurnalista għax hi ġurnalista, wieħed jistenna li jkun hemm rimedju immedjat mill-Gvern biex dan ma jerġax iseħħ." Imbagħad allura jdur fuq il-mistoqsija oriġinali dwar l-Abbozz li jitratta l-Midja u l-Libertà tal-Espressjoni. Huwa qal li r-riforma saret b'ħafna segretezza u li l-familja Caruana Galizia u anke l-ġurnalisti u s-soċjetà ċivili ma ġewx ikkonsultati. "U b'konsultati mhux qed ngħid li tisma' u ma tagħtix każ, jew tagħmel il-kontra," irrimarka Aquilina. Huwa qal ukoll li ġiet imposta s-segretezza fuq il-Kumitat ta' Esperti, meta huwa xogħol il-ġurnalist li proprju jippubblika u jikxef dak li jinżamm sigriet. Huwa fakkar f 'kemm hu diffiċli għal ġurnalisti u attivisti biex jiksbu informazzjoni ta' interess pubbliku fil-ħin, permezz tal- Freedom of Information Act. Semma' l-informazzjoni li talab hu dwar kif tpoġġa Silvio Valletta, bħala Direttur tal-FIAU, li tinvestiga reati kriminali fosthom dawk relatati mal-kumpaniji fil-Panama miuħin L-aħrax kritiċi tal-PL, speċjalment ta' Muscat, illum ma għadux il-PN imma saret l-għaqda Repubblika li tiftaħar li kienu l-azzjonijiet tagħha li wasslu għal waqa' ta' Muscat, Schembri u Mizzi. Ħames snin wara l-qtil ta' Daphne l-ILLUM tintervista lil Robert Aquilina... Il-President tal- Organizzazzjoni Repubblika: Robert Aquilina 18 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022