Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 kotba IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 • illum Tal-iskola Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Offerta riċenti tal-Kite, fost bosta kotba speċjalizzati, hija l-istorja tal-edukazzjoni pubblika ta' George Cassar li tkopri l-perjodu kolonjali, u li bi stil mexxej u aċċessibbli għall-aħħar, turi l-għeruq, sew dawk imxettla sew, sew dawk kemxejn zopop, ta' dak li għandna llum fit-tagħlim tal- istat, u forsi anki lil hinn. Ma nafx jekk hemmx kotba simili ppubblikati, apparti kumpann ideali bħall-istorja tat- tagħlim prekolonjali ta' Frans Sammut. Imma suġġett li mal- ewwel daqqa t'għajn għandu mnejn jidher xott u mingħajr potenzjal ta' qċaċet t'interess, jieħu l-ħajja f 'idejn Cassar. Lil hinn miċ-ċifri u l-istatistika neċessarji, frott ir-riċerka rigoruża, il-kittieb iżomm idu fuq il-polz tal-kuntest soċjali u politiku li fih tiżviluppa l-edukazzjoni Maltija, u dejjem itektek, eventwalment f 'moħħ il- qarrej, huwa kemm l-edukazzjoni kienet dejjem dik il-lasktuwa mġebbda sa ma tinqasam fit- taqbidiet politiċi lokali u fil- pjanjiiet kolonjali għal Malta fortizza. Ktieb qasir, fil-qofol, imma miżgħud fatti, bi ġrajja rrakkuntata b'ritmu ddettat mill-awtorevolezza tar-riċerka u tal-fehim tas-suġġett, L-edukazzjoni pubblika f 'Malta kolonja (1880-1964) (Kite 2022) huwa maqsum f 'kapitli ċari li jittraċċaw l-iżvilupp mill-wasla tal-Ingliżi — fejn l-iskola kienet essenzjalment ma teżistix — sal- perjodi tat-tisdiq kolonjali, it- Tieni Gwerra u l-mixja kostanti lejn Malta indipendenti. Fost l-oħrajn, huwa xogħol li jikxef protagonisti u eroj ġodda, jew inkella magħrufa bl-isem imma mhux skont xogħolhom u l-viżjoni tagħhom, u għalhekk is-siwi ta' ktieb speċjalizzat bħal dan hu li xorta waħda jżomm il-bilanċ bejn dak li jrid il-qarrej kurjuż u dak li jeħtieġ ir-riċerkatur akkademiku. Fost l-oħrajn, nagħtu kas, jispikka l-profil interessanti tal- Kanonku Paolo Pullicino li kien l-ewwel li wettaq pjan, anki jekk ikkritikat qatigħ u mġebbed 'l hawn u 'l hinn mill-fazzjonijiet politiċi, għal edukazzjoni nazzjonali fuq bażi rispettabbli u soda: sies li essenzjalment inbena mix-xejn li kien hemm qabel u li kien jolqot għal kollox lill- maġġoranza tal-poplu, qiegħed, miġwieħ u illitterat. Cassar isemmi wkoll, fil-bidu tal-ktieb, għadd interessanti ta' skejjel 'privati', li kienu jaqdu taqsimiet partikolari tal-klassijiet għolja u medji: bqajt forsi sorpriż li ma ssemmewx, anki bħala edukaturi ċelebri anki f 'dan il-kuntest, Mikiel Anton Vassalli u Manwel Dimech, iżda dan forsi seħħ minħabba l-kontribut apparentament minoritarju fil-kuntest ta' dan ix-xogħol, minkejja l-piż storiku ta' dawn il- protagonisti. Interessanti wkoll il-pjan kontinwu, xi darbi sottili drabi oħra le, tal-forza kolonjali biex essenzjalment trabbi ġenerazzjonijiet favur l-Imperu, sikwit bl-għajnuna tal-funzjonarji Maltin kif ukoll bl-għajn ta' seqer dejjem tissorvelja tal-Knisja Maltija dejjem imbeżżgħa mit- theddia Protestanta. Cassar, fil-fatt, jagħti dettall pjuttost estensiv dwar is-sillabi u anki l-kotba standard għall- istudenti pubbliċi, kif ukoll ħafna ġrajjiet ta' wara l-kwinti ta' kif tfassal kurrikulu li għaġen l-imħuħ ta' tant Maltin sa almenu lbiraħtlula. Hemm imbagħad ħwejjeġ li ma jinbidlux, u forsi dak l-akbar xokk li jista' jagħti dan il-ktieb. Minkejja kull mit dwar kemm setgħu kienu rrispettati l-għalliema fil- komunitajiet żgħar ta' dari, il-brain drain mill-kategorija li naraw illum, fejn għalliem ifittex ibiddel l-industrija biex jaqla' paga aħjar (u hawn min jgħidlek, paga diċenti), anki billi jmur f 'industriji ġodda bħal tal-gaming, kienet problema George Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022