Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni Justin Anastasi I l-Baġit li tant kien mistenni issa nqara fil-Parlament u għadda iżda l-miżuri li ssem- mew se jibdew jidħlu fis-seħħ bil-mod. Quddiemu l-Gvern kellu sitwazzjoni li b'dan il-Baġit kellu jindirizza partikolaritajiet impor- tanti fosthom il-klima ekonomika madwar id-dinja bil-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukra- jna kif ukoll is-sitwazzjoni par- tikolari li qed tiżviluppa f 'pajjiżna fejn il-persuni li qegħdin jitolbu jew ifittxu l-għajnuna qegħdin jiżdiedu. Il-Baġit minnu nnifsu qed ikompli fuq il-kontinwità ta' baġits preċedenti fejn ħafna mill-iskemi ta' għajnuniet li kienu diġa' tħabbru f 'baġits passati tal-istess Gvern reġgħu sabu posthom f 'dan il-Baġit ukoll. Fost dawn kien hemm l-għajnuniet b'rifużjonijiet tat-taxxi, li se jerġgħu jitqassmu f 'forma ta' ċekkijiet fid-djar, għajnuniet lill-anzjani b'żidiet oħra, din id-darba kemmxejn sostanzjali, fil- pensjonijiet ta' €12.50 u żieda oħra ta' €90 fiċ-Children's Allowance. Sabu posthom ukoll għal darb'oħra għajnuniet oħrajn bħal dawk lil min irid jixtri l-ewwel proprjetà b'€10,000 u t-tieni propjetà wkoll, illi minkejja li hija miżura finanzjarja tajba, wisq probabbli taf tkun il-kaġun ta' żieda fl-ispekulazzjoni fil-prezzijiet. Skemi oħrajn li diġa' kienu f 'baġits oħra huma dawk relatati mal- ambjent vis-a-vis l-enerġija u aktar. Forsi wieħed hawnhekk kien jistenna li jingħataw iżjed dettalji fuq il-wegħda elettorali li jinħolqu iżjed spazji ġodda. Ta' min wieħed jgħid li dawn il-miżuri, flimkien ma' oħrajn li ssemmew mill-Ministru Clyde Caruana tul it-tliet sigħat u fuqhom diskors, minnhom infushom huma tajbin u bla dubju li flimkien maż-żieda għall-għoli tal-ħajja li se tkun ta' €9.90 fil-ġimgħa se jaqtgħu it mill-ispejjeż dejjem jogħlew minħabba l-inflazzjoni. Hawnhekk ma nistgħux ma nsemmux ukoll l-għajnuniet addizzjonali li l-Gvern wiegħed li se jagħti lil aktar minn 80,000 persuna vulnerabbli, qabel il-Milied li ġej. Iżda seta' sar iżjed minn hekk. Dawn il-miżuri kollha kienu diġà qegħdin jingħataw qabel ma' faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna, u allura kienu diġa' fis-seħħ b'mod simili qabel ma' bdiet l-għafsa tal-inflazzjoni u ż-żidiet qawwija fil-prezzijiet, liema żidiet kienu diġa' rreġistrati fl-istatistika uffiċjali tal-istess Gvern minn Diċembru tas-sena li għaddiet. Allura bla dubju, dan il-Baġit tal- Gvern kellu jiċċara kif is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna qegħda tiżvolġi, u wara diskussjonijiet serji mal-imsieħba soċjali kellu jinkludi miżuri apposta li bihom jindirizza din l-istess sitwazzjoni. Fil-fatt il-Baġit mhux qed jindirizza s-sitwazzjoni volatili internazzjonali bil-gwerra fl-Ukrajna u lanqas il- pandemija, li minkejja li għal ħafna qisha għaddiet - fil-verita' - għadha magħna u bil-possibbiltajiet kollha ta' varjanti ġodda. Il-Gvern kellu b'dan il-Baġit issaħħaħ il-kummerċ tas-suq lokali u dan kellu jsir billi l-ewwel nett jindirizza d-diffikultajiet li l-importaturi ilhom snin twal jgħidu li qegħdin jaffaċċjaw b'żidiet kbar fl-ispejjeż tal-importazzjoni minn barra. Liema spejjeż se jibqgħu jiżdiedu aktar mal-gwerra fl-Ukrajna tibqa' tippersisti, u speċjalment issa li magħna resqin ix-xhur tax-Xitwa. Din il-volatilità kollha internazzjonali bla dubju se terġa' żżid l-ispejjeż tal- importaturi (meta aħna nimportaw prattikament kollox minn barra, speċjalment l-ikel) u allura se twassal wkoll għal żidiet oħra fil- prezzijiet internazzjonali u lokali, liema żidiet ikollhom jassorbuhom il-konsumaturi. Il-Baġit naqas li jindirizza wkoll it-tisħiħ tal-provvista lokali. Dan seta' sar b'għajnuniet diretti lill-produtturi lokali tal-ikel, speċjalment il-bdiewa. Liema għajnuniet setgħu waslu wkoll permezz ta' fondi Ewropej tal-apposta. Iżda quddiem ix- xenarju fejn, l-ikbar esportatur tal-qmuħ, ġwież u ċereali fl-Ewropa li hija l-Ukrajna tinsab fi stat ta' gwerra u allura tolqot il-produzzjoni tal-ikel, miżura oħra li bla dubju kienet tagħti nifs lin-nies kienet tkun it-tnaqqis fir-rata tal-VAT fuq l-ikel, speċjalment fuq il- prodotti essenzjali. Fix-xhur li ġejjin ikun ferm għaqli jekk il-Gvern isaħħaħ il-produzzjoni u d-domanda tal-konsumaturi fil-kuntest lokali sabiex jikber il-kummerċ. Filwaqt li s-sussidju tal- enerġija jagħti daqqa lill- inċertezza - f 'diversi setturi ekonomiċi, fosthom it-turiżmu - b'sussidju ta' kważi €70,000 fis-siegħa u allura 9.3% tal- ispiża kollha tal-Gvern dan jaf jerġa' jispiċċa f 'sitwazzjoni li t-tbassir tal-ispejjeż relatati mal-Baġit imorrulu żmerċ. Dan speċjalment jekk jibqgħu jiżdiedu l-ispejjeż tal-gass u kif ukoll xiri tal-elettriku mill-interconnector. Għalhekk, filwaqt li dan il- Baġit kien wieħed tajjeb u kien jinkludi miżuri li bihom jingħataw għajnuniet lil min qed ibati l-aktar, mhux qed jaqbad il-barri minn qrunu u jindirizza direttament minn fejn nistgħu nrażżnu l-ispejjeż u ż-żidiet fil-prezzijiet. Dan meta kulħadd kien qed jistenna li l-Baġit jagħti direzzjoni ċara b'policies apposta ta' fejn irridu li naslu ekonomikament fis-snin li ġejjin. Baġit b'miżuri tajbin iżda li ma jaqbadx il-barri minn qrunu Justin Anasatasi huwa Direttur ta' We Consult You u Opinjonista Politiku IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum Filwaqt li dan il-Baġit kien wieħed tajjeb u kien jinkludi miżuri li bihom jingħataw għajnuniet lil min qed ibati l-aktar, mhux qed jaqbad il-barri minn qrunu u jindirizza direttament minn fejn nistgħu nrażżnu l-ispejjeż u ż-żidiet fil-prezzijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022