Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 Baġit2023 IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum 'Dawk li jiddependu mill-benefiċċji naqsu tal-qgħad naqsu b'80%... Xi ħaġa tajba Benefiċċji, pensjonijiet, skemi... Kollox joħroġ mill-Ministeru ta' Michael Falzon - l-aktar Ministeru li jiswa' flus lil dan il-pajjiż. Imma sirna wisq dipendenti fuq il-benefiċċji? U mhux aħjar jiżdiedu l-pagi milli ċekk? Falzon iwieġeb... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Baġit issa tressaq u filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jinsab fl-attenzjoni tal-midja ħafna jinsew li minkejja kollox l-akbar baġit - miljuni fuq miljuni fuq miljuni - imorru għal dak il- Ministeru li jinsab f 'Palazzo Ferreria - dak il-bini maestuż faċċata tat-teatru mwaqqa', jiġifieri l-Ministeru għall- Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal li huwa reponsabbli għall-pensjonijiet u l-ħemel ta' benefiċċji soċjali li jitħallsu lil eluf kbar ta' nies. Kemm hu l-baġit allokat għal dan il-Ministeru din id-darba u kif jikkumpara mas-sena ta' qabel? Il-Ministru Michael Falzon jgħid illi s-sena l-oħra dan il- Ministeru kellu bbaġittjat għalih somma totali ta' €1.8 biljun u din is-sena €1.95 biljun - somma rekord li jfakkar illi dejjem qed tiżdied. Falzon fakkar li €1.4 biljun minn dawn il-flus imorru għal benefiċċji soċjali filwaqt li l-bqija jmorru għal entitajiet bħall-FSWS, ehimiet ma' għaqdiet non governattivi u aktar. Allura jkun hemm min jirrimarka jew jistaqsi jekk sirniex wisq dipendenti fuq il- benefiċċji u l-Gvern "Big Daddy" li jqassam iċ-ċejċa, tinnota l-ILLUM. Falzon qal illi x-xibka ta' ħarsien soċjali tibqa' importanti u neċessarja għal kull ekonomija, sinjura jew le għax "dejjem se jkollok faxxa għal raġuni jew oħra li ma jipparteċipawx daqstant fl-ekonomija għal raġunijiet diversi, fosthom mard u allura li jkollhom bżonn l-għajnuna." Huwa qal li filwaqt illi l-kontribut tal-Gvern vera żdied, in-nies fuq il-benefiċċji naqsu, minn madwar 14,150 fl- 2013 għal it aktar minn 6,000 persuna issa. "U ma ninsewx li l-pensjonijiet biss, biss - u mingħajr ma tqis il-COLA - żdiedu b'€14.17ċ fil-ġimgħa. Issa aħna f 'Malta għanda madwar 95,000 persuna li tirċievi pensjoni jiġifieri ara kemm żdiedet in-nefqa," sostna Falzon li fakkar kif fl-aħħar snin, apparti dawn iż-żidiet, inħolqu għotjiet għal dawk li jiffosterjaw, għall-Carers u anke għal min jadotta. 'Wara 31 sena... Kien dan il-Gvern li laħaq ftehim fuq il-paga minima' Il-gazzetta tfakkru illi filwaqt li huwa tajjeb li jiżdiedu l-benefiċċji u jingħataw iċ- ċekkijiet, ma jkunx aħjar li naraw kif tiżdied il-paga minima biex tkun aktar diċenti u tlaħħaq aktar mal-ħajja jew inkella li jiddaħħal il-kunċett tal-Living Wage? U fuq din tal-Living Wage għaliex kliem biss sar? Il-Ministru beda billi tkellem fuq il-paga minima li jfakkar li kienet ddaħħlet ħafna snin ilu u li għal 31 sena sħaħ ma ċċaqalqitx. "Kien dan il-Gvern li laħaq ehim fuq il-paga minima u konna għidna illi din se tkun riveduta kull tmien snin." Huwa qal illi meta l-Gvern kien iffirma dan il-ehim kien deċiż illi min jidħol jaħdem f 'post tax-xogħol b'paga minima, wara sena min jimpjegah irid iżidlu l-paga bi €3 fil-ġimgħa. Huwa kompla jgħid li jekk il- Gvern ikollu pjan fit-tul u jiġri xi ħaġa - bħal ma ġara bil-gwerra tal-Ukrajna - ikollu jintervjeni u jieħu azzjoni, anke jekk tmur lilhinn mill-pjan fit-tul. "L-Oppożizzjoni l-ewwel qalulna nagħmlu xi ħaġa biex nilqgħu għaż-żieda fil-prezzijiet u biex ma noqgħodux nistennew il-baġit biex inħabbru l-COLA għax in-nies qed ibatu. Imbagħad għax għamilna proprju hekk, qed jikkritikawna għax jgħidu li ma aħniex inħarsu fit-tul." Huwa qal li kien għalhekk li l-Gvern ħabbar miżuri li jitrattaw l-immedjattezza tal- problema. Dwar il-Living Wage Falzon qal biss li hemm bżonn diskussjoni u jfakkar li fil-fatt hemm direttiva ewropea li bdiet titkellem proprju dwar dan. Riċentement studju ippubblikat minn numru ta' esperti u kkummissjonat mill- General Workers Union u Moviment Graffitti wera illi biex familja ta' żewġt 'itfal tgħix ħajja diċenti, komda u adegwata, bi nfiq annwali ta' madwar €24,161 fis-sena, din għandha bżonn dħul ta' madwar €28,017, jiġifieri bejn €25,300 u €30,734, fis-sena. Jaqbel ma' sħubija obbligatorja f 'unjin? Jemmen li l-isħubija f 'unjin għandha tkun obbligatorja kif kien inizzjalment issuġġerixxa l-eks Prim Ministru Joseph Muscat? Il-Ministru Michael Falzon ifakkar li wieħed mill-prinċipji fil-Kostituzzjoni hija li persuna jkollha d-dritt ta' assoċjazzjoni biex tħares id-drittijiet tagħha u jfakkar li Direttiva oħra tal-UE li qed tkun diskussa qed tisħaq illi d-dritt tal-assoċjazzjoni għandu jkun inkoraġġit u mhux skoraġġit. Minkejja dan wera' ċerti riservi għal kemm sħubija f 'unjin għandha tkun obbligatorja, għax fakkar illi daqs kemm hemm dritt li persuna tassoċja lilha nnifisha ma' għaqda, daqshekk ieħor għandha dritt ma tassoċjax. 'Fi 22 sena l-PN ma tax ċenteżmu wieħed żieda lill- pensjonanti' Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li r-Retail Price Index - jiġifieri dak il-basket ta' prodotti li jintuża biex tinħadem il-COLA - jkun differenti għall- anzjani. Jaqbel? Falzon jisħaq illi hija it ironika li l-Partit Nazzjonalista qed jitkellem dwar l-anzjani u ż-żidiet għal dawn, "meta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022