Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

ANTHEA CACHIA Minn roża issa qlibna għall- blu u filwaqt li xahar ilu ħafna tkellmu fuq il-Pink October issa l-attenzjoni marret fuq il-Movember u l-għarfien fuq il-kanċer tal-prostata. Filwaqt li ħafna irġiel jafu dwar dan it-tip ta' kanċer u għaliex hu importanti li wieħed jagħmel it-testijiet meħtieġa, ħafna għadhom beżgħana li jekk ir-riżultat jindika li għandu l-kanċer, "ir-raġel iħossu daqslikieku ma jiswa' xejn." Kien il-kirurgu Patrick Zammit, li qal dan il kliem f 'kuntatt telefoniku mal-ILLUM. Miegħu din il-gazzetta tkellmet dwar din il-biża', ir-riżultati tal- avvanz teknoloġiku fid-dinja medika u dwar l-effettività tal- kampanji edukattivi bħalma hu l-Movember. Qabel xejn tajjeb li nagħmlu referenza għas-sondaġġ ikkummissjonat mill-Fondazzjoni Marigold, li l-ILLUM irraportat dwaru l-ġimgħa li għaddiet. Fost l-għarfien li kisbet Marigold minn dan is-sondaġġ, irriżulta li l-irġiel għandhom għarfien dwar l-importanza li wieħed jiċċekkja lilu nnifsu, b'mod ġenerali. Madankollu irriżulta wkoll li kienu 36% biss, minn 500 parteċipant, li kienu jafu li l-età l-aktar komuni li wieħed jaqblu l-kanċer tal-prostata huwa bejn 51 u 60 sena. Is-sondaġġ innota wkoll li l-irġiel irrispondew ħafna inqas u kienu inqas interessati fis-suġġett min-nisa. 'Jevitaw dan is-suġġett mingħajr ma jafu għax jibżgħu mill-vulnerabilità' Zammit saħaq li hu mhux psikologu iżda mill-esperjenza tiegħu mal-pazjenti jgħid li hemm raġuni għaliex l-irġiel ma jkunux ħerqana għall-ittestjar u mhux sempliċement għax ma jagħtux kas. "Meta jkunu morda iħossuhom vulnerabbli u l-fatt li dawn ma jistgħux jieħdu ħsieb, jaħdmu u jipprovdu għall-familthom tqabbadhom biża' kbira lill-irġiel," qal Zammit. Kompla jispjega li kawża ta' hekk, mingħajr ma jkunu jafu, jevitaw dan l-ittestjar biex ma jħossux din il-vulnerabilità. Madankollu fakkar li biża' jew le, xorta importanti l-ittestjar, speċjalment f 'persuni li fil-familja għandhom inċidenza ta' kanċer tal-prostata. "B'mod ġenerali hemm bżonn li l-irġiel joqgħodu aktar attenti u jmorru għand it-tobba u jiċċekkjaw lilhom infushom regolarment. B'hekk nevitaw ir-riskju li jindunaw bil- kanċer tard wisq," qal Zammit. 'Illum tant qed jinqabad kmieni l-kanċer tal-prostata li ma jkunx hemm bżonn kura' Meta mistoqsi fuq l-inċidenza tal-kanċer tal- prostata huwa saħaq li maż-żmien it- teknoloġija avvanzat b'rata mgħaġġla ħafna u dan, "bla dubju" ħalla impatt tajjeb. Huwa elenka numru ta' makkinarji ġodda li jagħmluha aktar faċli biex ikun interċettat il-kanċer u jiffaċilitaw l-ħajja tal-pazjent. "Illum qed naraw realtajiet ta' pazjenti li jiġu diagnosed kmieni ħafna. Tant hu hekk li ma jkun hemm bżonn l-ebda trattament iżda biss monitoraġġ gradwali u kontinwu. Fil-fatt ħafna drabi f 'dawn il-każi l-persuna tibqa' tgħix ħajja normali," spjega mal-ILLUM Zammit. Sfortuntament dan mhux dejjem il-każ u l-kanċer tal- prostata, minkejja l-avvanzi fl- aħħar snin, jikkawża fatalitajiet ukoll. Fil-fatt mill-2007 sal-2017 kien hemm medja ta' 40 mewta fis-sena kawża ta' dan il-kanċer. Minn naħa l-oħra fl-2018, minn 1,876 raġel li tilef ħajtu, 2.5% (47) minnhom mietu b'dan it- tip ta' kanċer. Intant fl-2019, 30 persuna minn kull 100,000 mietu minħabba l-kanċer tal-prostata 'Edukazzjoni fuq saħħa sesswali mhux biżżejjed. Irridu nedukaw fuq il-kanċer tal- prostata ukoll' L-ILLUM staqsiet lil Zammit - bħala professjonist li jitlaqa' ta' sikwit mal-pazjenti - dwar il- f e h m a tiegħu fuq kampanji bħal tal-Movember u l-effettività tagħhom fis-soċjetà. Jemmen li dawn il-kampanji, filwaqt li jħallu l-frott, hemm bżonn li jibdew jilħqu udjenzi ta' età żgħira wkoll. "L-edukazzjoni fuq is- saħħa għandha tibda' mill- bank tal-iskola. Tajjeb li t-tfal ngħallmuhom fuq is-saħħa sesswali iżda hu daqstant importanti li ngħallmuhom dwar dan il-kanċer," qal Zammit. Huwa żied jgħid li jekk it- tfal ikunu mgħallma minn età bikrija dwar l-eżaminazzjonijiet, kif isiru u għaliex isiru, dawn jibqgħu iġorru l-infromazzjoni magħhom sakemm jikbru u fl-etajiet fejn hemm riskju ogħla ta' kanċer tal-prostata. Għaldaqstant Zammit temm jgħid mal-ILLUM li edukazzjoni ta' età żgħira twassal għal ittestjar fil-waqt opportun u sussegwentament inaqqas kumplikazzjonijiet. Movember IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBER 2022 • illum 06 Movember: 'L-ikbar biża' ta' raġel hi li jimrad u li ma jkunx jista' jipprovdi għall-familja' F'Malta hawn realtà li ħafna irġiel jibżgħu jagħmlu testijiet għall-kanċer tal-prostata għax jibżgħu. Il- kampanji bħal tal-Movember, x'impatt qed iħallu fuq dawn l-emozzjonijiet? Il-kanċer tal-prostata għadu perikoluż daqs qabel? L-ILLUM tistaqsi lill-kirurgu urologu Patrick Zammit Moviment mustaċċi: L-oriġini, l-għan u l-pjan Il-Movember huwa relattivament riċenti ħdejn il- Pink October, fil-fatt l-idea tal-Movember nibtet minn bar Awstraljan fl-2003. Illum dan il-moviment huwa rikonoxxut madwar id-dinja kollha iżda sa' it inqas minn 20 sena ilu, dan kien biss diskursata bejn iż-żewġ ħbieb, Travis Garone u Luke Slattery, fuq ir-ritorn tal-istil tal-mustaċċi. Garone u Slattery irnexxielhom jikkonvinċu lil sħabhom ikabbru l-mustaċċi huma wkoll. Ispirati minn omm ta' ħabib, iddeċidew li jużaw dan il-fashion statement biex iqajmu kuxjenza fuq il-kanċer tal-prostata u dawk kollha li kellhom il-ħsieb li jkunu parteċipi fil-Movember, iħallsu $10. Dak iż- żmien il-kampanja semmewha, "Int raġel biżżejjed biex tkun raġel?" Fl-ewwel edizzjoni tagħha irnexxielhom isibu 30 raġel biex jipparteċipaw. Is-snin għaddew u fi kważi 20 sena irnexxielhom jiffinanzjaw aktar minn 1,200 proġett relatat mas-saħħa tal-irġiel. Apparti minn hekk, illum il-ġurnata dan il-moviment kiber, tant li qiegħed iqajjem kuxjenza fuq il-kanċer tat-testikoli kif ukoll fuq is-saħħa mentali u s-suwiċidji fost l-irġiel. Fil-fatt fuq l-app ta' din il- fondazzjoni internazzjonali inħolqot sezzjoni biex l-irġiel, anke dawk li m'għandhomx kanċer, jistgħu jitkellmu ma' xulxin biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom u ma jħossuhomx waħedhom. Din il-fondazzjoni tħeġġeġ biex in-nisa u l-irġiel jiftakru f 'ALEC abrevjazzjoni li tgħid: Staqsi (Ask), Isma' (Listen), Inkoraġġixxi (Encourage), Iċċekkja lilek innifsek u fakkar lil ta' madwarek (Check). X'inhuma s-sinjali tal-kanċer tal-testikoli? Sintomi jinkludu boċċa, uġigħ u build-up fl-iscrotum kif ukoll nefħa, li f 'ċertu każi jista' jkun li twassal għal uġigħ. Minn naħa l-oħra l-kanċer tal- prostata jaf ma jikkawża l-ebda sintomi, b'hekk huwa importanti li persuni li għandhom 'l fuq minn 50 sena u li diġà kellhom każi fil-familja jagħmlu t-testijiet meħtieġa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022