Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 27

Baġit2023 www.illum.com.mt PAĠNI 12 U 13 €1.25 IL-ĦADD 6 TA' NOVEMBRU 2022 • NRU 838 Botti u risposti kemm trid: Kif marru Grech u Abela fid-diskorsi dwar il-Baġit? Irid l-aħjar riżultat għall- PN fl-2024. Imma x'inhu l-aħjar riżultat? Tliet MEPs? Distakk iżgħar? Perici Calascione jwieġeb... PAĠNI 14 u 15 PAĠNI 8 - 11 PAĠNA 3 L-ORKESTRA MHEŻŻA 'L-AKTAR EPISODJU LI WEĠĠGĦU KIEN DAK TAL-EGYPTAIR' Avukat li ħadem mal-eks PM u eks Mexxej Laburista jirrakkonta... L-Orkestra Nazzjonali titheżżeż minn storja li titratta abbuż sesswali u li tara lill-Kap Eżekuttiv arrestat, akkużat u sospiż L-Orkestra Nazzjonali ma kellhiex ġurnata tajba ilbieraħ hekk kif il-Kap Eżekuttiv Sigmund Mifsud kien miżmum taħt arrest u akkużat quddiem il-Qorti bi vjolenza morali u psikoloġika kif ukoll li pprova jwaqqaf persuna milli tixhed fuq każ ta' abbuż sesswali, li minħabba fih mużiċista kellha saħansitra titlaq mill-istess orkestra. Sussegwentement mal-ġurnata u it wara li ġriet l-aħbar tal-arrest ta' Mifsud, il-Ministru Owen Bonnici ssospenda b'mod immedjat lill- akkużat b'nofs paga. L-akkużi kontra Mifsud huma prinċipalment dawn: Akkużat illi bejn Mejju 2019 u dan ix-xahar stess uża vjolenza morali jew anke psikoloġika sabiex jiżola lill-vittma jew inkella jillimitalha l-aċċess għal flus, impjieg jew edukazzjoni. Huwa qed ikun akkużat ukoll illi ġiegħel lill-vittma tibża' li se tintuża l-vjolenza kontriha jew inkella kontra l-proprjetà tagħha. Huwa kien akkużat ukoll - fuq kollox - illi lill-vittma prova jwaqqaa milli tagħti xhieda jew informazzjoni fil-każ ta' allegat abbuż sesswali. Il-vittma in kwistjoni kienet iffastidjata sesswalment, b'uffiċjal tal-istess Orkestra Nazzjonali - Għawdxi ta' 31 sena - b'mod persistenti jipprova jinvadi l-ispazju personali tal-mara u jmissha b'mod li mhux propizju, minkejja r-reżistenza u l-oġġezzjonijiet tagħha. Dawn l-episodji wasslu biex tirreżenja mill-Orkestra, minkejja li din dejjem kienet il-ħolma tagħha. Ir-raġel ammetta l-akkużi kontrih u ingħata sena priġunerija, sospiża għal erba' snin kif ukoll ordni ta' ħames snin biex ma jersaqx lejn il- vittma. II-vittma hija mużiċista mħarrġa fil-mużika klassika. Intant wara li l-Ministru Bonnici ssospenda lil Mifsud minfloku ħatar bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali l-Maestro Chris Muscat. Il-PN minn naħa tiegħu iżda saħaq li l-Ministru Bonnici għandu jirriżenja u fost oħrajn allega illi l-Ministru ċempel kamra tal-aħbarijiet sabiex jipprova "jikkontrolla" l-istorja li qal illi kien ilu jaf dwarha. '90 sena ta' alabiebiżmu! Għalhekk għandna kriżi fl-iskart'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022