Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-film 'The Quiller Memorandum' - Spiji u kontro-spiji (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet: L-istorja tal-film hi din:- Fl- eqqel tal-lejl, raġel jimxi fi triq diżabitata ta'Berlin. Hekk kif jidħol f 'kaxxa tat-telefown u jiddalja n-numri jinqatel minn tir. Jones kien it-tieni operatur li ġie assassinat f 'Berlin tal- Punent minn organizzazzjoni sigrieta favur in-Nażi, jisimha Phoenix. Il-Brittaniċi jibgħatu lill Quiller (George Segal) lejn din il-belt ħdejn l-Olympic Stadium tal-1936 tan-Nażisti. Il-kontrollur Pol (Alec Guinness) jispjegalu bil-kwiet li tfaċċat ġenerazzjoni ġdida li tissimpatizza man-Nażi, diffiċli biex tkun taf minn huma, ma jilbsux uniformijiet, iżda jordnawlu biex isib il- kwartieri ta' dawn. Is-superjuri ta' Pol f 'Londra, Gibbs (George Sanders) u Rushington (Robert Flemyng), okkażjonament jidhru jidderieġu l-operazzjoni mill-Klabb tal-Ġentlomi. Lura f 'Berlin, Quiller jirnexxilu jitlef lill-wieħed li kien qed isus warajh, wara jiffaċjah ġo ħanut tax-xorb biex finalment jiskopri li kien warajh biex jipproteġih. Hengel (Peter Carsten) itih biljett għall- bowling, ieħor għall-pixxina u biċċa aħbar minn gazzetta, kollha misjuba fuq il-mejjet Jones. Quiller isaqsi dwar Jones fiċ-ċentru tal-bowling mingħajr suċċess, il-maniġer tal-pixxina Hassler (Gunter Meisner) ukoll ma jikkoperax miegħu. Dan l-aġent jagħmilha ta' ġurnalist tal-gwerra u jżur ukoll l-iskola msemmija fil-gazzetta maqtugħa, fejn reċentement wieħed għalliem kixfuh li kien kriminal Nażista tal-gwerra. Is-sinjora tintroduċieh mal- għalliema Inga Lindt (Senta Berger) li taf sewwa bl-Ingliż. Hu jintervistaha dwar il-kollegi tagħha u wara jrikkibha sad-dar, jieqaf għandha biex jieħu xi ħaġa x'jixrob. Wara li joħroġ, Quiller jiġi wiċċ imb'wiċċ ma' raġel li aktarx kien miexi warajh. Hawn hu jikxef li jaf sewwa bil-Germaniż u r-raġel jiċħad li kien qed isus warajh. Quiller imur fil- ħotel tiegħu. Barra dan il-post, wieħed li jerfa' l-bagalji jħabbat bagoll ma' siequ. Hu jsuq u jirnexxilu jitlef lil Hengel, imma karozzi oħrajn isegwuh. Wara ftit, jibda jħossu stordut hekk kif jieqaf ħdejn sinjal tat- traffiku. Karozza oħra tieqaf ħdejh, jidħol raġel, iwarrbu 'l ġewwa u jsuq hu. Meta jistejqer, Quiller isib ruħu ġo siġġu f 'dar lussuża mdawwar b'ħafna nies minn ta' qabel li huma kollha membri tal-għaqda Phoenix immexxija minn aristokratiku Germaniż, Oktober (Max Von Sydow). Hu ma jweġibx għall-mistoqsijiet li jagħmlulu u jipprova jaħrab, pero' malajr ikun miżmum. Tabib jinjettah biex jgħid il- verita', iżda ftit jiżvela nformazzjoni. Oktober jordna biex hu jinqatel. Quiller isib ruħu x'imkien fil-belt ħdejn ix-xmara. Hu jisraq taxi u jalloġġja f 'ħotel baxx. Iċempel biex jiltaqa' ma' Inga u jirranġa wkoll laqgħa ma' Pol. Wara li jorqod għand Inga hi tgħidlu li għandha ħabib li jista' jaf fejn huma l-kwartieri ta' Phoenix. Tieħdu wkoll fil-pixxina u din id-darba Hassler ikun aktar amikevoli tant li jieħu lil Quiller, flimkien ma' Inga u s-Sinjora bil-karozza f 'bini qadim li jinsab fi stat ħażin. Quiller jinvestiga d-dar waħdu, Hassler u s-Sinjora jitilqu biex Quiller jieħu lil Inga d-dar u hi tgħidlu li tħobbu. It-triq hija l-istess waħda fejn l-aġent ta' qabel Quiller ġie maqtul fil-bidu. Hu jidfħol fid-dar u l-paladini ta' Oktober idawwruh u jniżżluh fil-kantina. Malajr jieħu x-xokk ta' ħajtu meta jara li Inga qegħda hemm ukoll. Oktober itih ultimatum – jew jikxef il-bażi tagħhom sa qabel titla x-xemx jew it-tnejn jinqatlu. Hu jittieħed fi triq mudlama, jinħeles bin-nies ta' Oktober għassa tiegħu, ma jħalluħx jagħmel kuntatt ma' ħadd. B'din is-sikkatura ma jkunx jista' jikkuntattja lil Pol. Billi għal t'apposta jlesti nassa fatali mwaħħla ma' karozza, jirnexxilu jaħrab biex jirraporta l-lok tal-bażi Nażista. Il- pulizija jarrestaw lill-grupp imma ma jsibx lil Inga. L-għada, Quiller isibha lura l-iskola mal-istudenti tagħha. Ibbażat minn fuq thriller tal- ispiji bl-iskrinplej minn kittieb rinomat, Harold Pinter u l-awtur stess u maħdum minn kast distint internazzjonali, e Quiller Memorandum kellu kollox suppost favorih anki s-suċċess ta' xi gruppi neo-nażisti li nibtu dik il-ħabta. Pero', dan il-film kien mgħobbi b'ħafna djalogu u l-azzjoni ma kenitx spissa. Li tolqot l-għajn zgur hija l-mużika qawwija kollha battuti ta' John Barry, speċjalment il- kanzunetta Wednesday's Child kantata minn Matt Monro. Kanzunetta popolari oħra hija Downtown, suċċess tajjeb għal Petula Clark, pero' fil-film hija strumentali biss. Din il- produzzjoni kellha ħin ta' 103 minuti, maħruġ mill-kumpanija 20th Century Fox fl-Amerika u l-Kanada. Fir-Renju Unit ħarġuh ir-Rank Organisation u f 'Malta wkoll billi nirċievu l-maġġoranza assoluta tal-films minn hemm.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022