MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Il-Gvern talab lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tipproponi emendi għar-Regola- menti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta' Żvi- lupp Eżistenti. Dawn il-proposti jinkludu żviluppi li jaqgħu f 'Settlement Rurali ta' Kategorija 1 u proprjetajiet ta' qabel l-2016 li għandhom il-perimetru tas-sit tagħhom parzjalment lil hinn mill-kon- fini tal-iżvilupp iżda koperti b'permess eżistenti. Ir-Regolamenti dwar ir-Regolarizzazz- joni tar-Regolamenti ta' Żvilupp Eżisten- ti ġew introdotti f 'Awwissu tal-2016 fejn taw l-opportunità lis-sidien ta' proprjetà, li jirregolarizzaw żvilupp eżistenti mhux konformi u mhux sanzjonat li jinsab kollu kemm hu fil-konfini tal-iżvilupp. Dawn ir-regolamenti jpoġġu lis-sidien f 'pożizzjoni aħjar biex ibigħu jew jużaw il-proprjetà tagħhom bħala garanzija għall-finanzi. L-Awtorità issa qed tipproponi li te- menda r-regolamenti sabiex l-iżviluppi eżistenti, mhux sanzjonabbli, mhux kon- formi li jinsabu kompletament f 'Settle- ment Rurali ta' Kategorija 1 jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati għar-regolarizzazzjoni. Iż-żoni rurali ġew magħżula fl-2006 permezz tal-pjanijiet lokali. Dawn ż-żo- ni, barra mill-konfini tal-iżvilupp, kienu żoni, fejn kienu ngħataw għadd ta' per- messi antiki tal-bini għal residenzi, li kienu viċin iż-żona urbana ewlenija iżda mifruda b'vojt mhux żviluppat. L-abbozz ta' emenda jinkludi wkoll proprjetajiet li jaqgħu parzjalment barra mill-konfini tal-iżvilupp. Ir-regolariz- zazzjoni għandha tapplika biss għal bini eżistenti li huma diġà koperti minn per- mess maħruġ qabel l-2016. Għandhom jiġu kkunsidrati biss varjazzjonijiet mhux sanzjonabbli mill-permess eżistenti. Siti fejn ma teżisti ebda forma ta' permess għall-iżvilupp, m'għandhomx ikunu eliġibbli għal regolarizzazzjoni. Ir-regolamenti attwali jikkunsidraw li jirregolarizzaw biss żviluppi passati li legalment mhux konformi jekk il-bini jew l-istruttura ma tirriżultax fi ħsara għall-amenità u jekk l-użu tal-iżvilupp ikun konformi mal-policies u r-regola- menti tal-ippjanar attwali. Barra minn hekk, l-iżvilupp illega- li eżistenti ma jistax ikollu footprint li tmur lil hinn minn dak li jidher fir-ri- tratti mill-ajru tal-Awtorità tal-2016. Kwalunkwe estensjoni jew żieda lil hinn minn din il-footprint ma tistax tiġi reg- olarizzata. Dawn il-prerekwiżiti huma stabbiliti biex jibqgħu kif inhuma. L-abbozz jipproponi wkoll li jiġu reg- olarizzati dawk l-iżviluppi fejn kien in- ħareġ avviż ta' infurzar eżistenti mill-Aw- torità qabel l-2016. Sa mill-introduzzjoni ta' dawn ir-reg- olamenti fl-2016, l-Awtorità rċeviet 'il fuq minn 19,500 applikazzjoni. Matul is-snin, l-Awtorità użat il-flus iġġene- rati minn dawn l-applikazzjonijiet biex tiffinanzja skemi għar-riġenerazzjoni tal-bliet u l-irħula tagħna, jiġifieri l-Iske- ma ta' Irrestawra Darek, Irrestawra l-Faċċata, Irrestawra l-Każin u Skema ta' Għotja għar-Restawr tal-Gallarija Tradizzjonali tal-Injam. Xi wħud mill- flus jintużaw ukoll għal proġetti ta' titjib urban proposti minn Kunsilli Lokali jew NGOs permezz tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp. L-abbozz sħiħ tal-emendi jinsab fuq is-sit onlajn tal-Awtorità https://www. pa.org.mt/consultation L-Awtorità tal-Ippjanar tistieden lill-pubbliku biex jissottometti rap- preżentazzjonijiet dwar l-emendi proposti għar-Regolamenti ta' Reg- olarizzazzjoni ta' Żvilupp Eżistenti. Kull sottomissjoni għandha tintbagħat bl-indirizz elettroniku: regularisation. amendments@pa.org.mt Is-sottomissjonijiet għandhom jint- bagħtu lill-Awtorità sal-21 ta' Novem- bru 2022. Proposti biex marġinalment iwessgħu n-nuqqas ta' konformità fir- regolamenti tal- iżvilupp

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 November 2022