Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061
IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum aħbarijiet Cassola għand il-Kummissarju b'evidenza ta' 'illegalitajiet gravi' fil-proġett tal-Junction tal-Marsa Tkabbir ekonomiku qawwi, inflazzjoni u inċertezza fuq l-Air Malta - Tbassar Fitch Il-Kandidat indipendenti Arnold Cassola ppreżenta lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa' dik li sejjaħ bħala evidenza diretta dwar illegalitajiet gravi b'rabta mal-proġett tal- Junctions tal-Marsa u talab li ssir investigazzjoni urġenti dwar il- kwistjoni. "Dan il-każ huwa wieħed estremament serju u li jista' jheżżeż is-sisien tan-nazzjon. Jiena għarra lill-Kummissarju Gafa' li jekk ma nkunx imsejjaħ biex nispjega l-kontenut tad-dokumenti li jien tajtu sal-aħħar ta' dan ix-xahar, se nirrikorri għal azzjonijiet legali ulterjuri," kompla jisħaq Cassola. Huwa spjega kif skont l-evidenza li qal illi għandu minn Whistlesblowers anonimi minn sorsi primarji, hemm indikazzjoni tal-involviment ta' mill-inqas żewġ persuni magħrufa sew, flimkien ma' persuni oħra inqas magħrufa, kif ukoll tħassib dwar il- kxif ta' informazzjoni privileġġata, negozjati irregolari u mhux trasparenti minn wara l-kwinti, faċċati fittizji involuti fil-proċess tas-sejħa għall-offerti "u s-suspett qawwi ta' teħid ta' kummissjonijiet u ħlasijiet bankarji inspjegabbli." Cassola kompla jisħaq li huwa importanti li l-pulizija tagħmel xogħolha b'ħeffa mhux biss biex tassigura li l-awturi ta' kull delitt jieħdu dak li ħaqqhom "imma wkoll biex juru li l-imġiba etika xierqa u l-ġustizzja ta' veru ma sparixxewx minn pajjiżna". ALBERT GAUCI CUNNINGHAM It-tkabbir ekonomiku Malti għas-sena 2023 mistenni jkun ħafna akbar minn dak taż-żona ewro. Fil-fatt - f 'rapport mill- Aġenzija Fitch - jirriżulta li t-tbassir ta' tkabbir ekonomiku għas-sena d-dieħla se jkun ta' 3.4% f 'Malta, b'kuntrast għal -0.1% - u allura tkabbir negattiv -fiż-żona ewro. Fitch innutat ukoll it-tkabbir qawwi li esperjenza pajjiżna din is-sena bi tkabbir ta' 6.3% tal- Prodott Gross Domestiku, wara tkabbir qawwi ħafna ta' 10.3% fl-2021. Dan it-tbassir ta' tkabbir għal din is-sena, li issa waslet biex tintemm huwa 2% aktar mit- tbassir tal-istess aġenzija f 'Mejju. Għas-sena d-dieħla Fitch tbassar li l-konsum privat - jiġifieri l-infieq tal-konsumatur - se jibqa' wieħed moderat "hekk kif id-dħul disponibbli jonqos, filwaqt li l-esportazzjoni tas- servizzi tkompli tirkupra hekk kif ukoll in-numru ta' turisti li qed jiġu pajjiżna baqa' 20% inqas mil-livelli tal-2019 fix-xhur tas- sajf li għadda Rating A+ - tkabbir qawwi, imma defiċit kbir! Fitch tagħti rating għoli ta' A+ lill-ekonomija ta' pajjiżna, liema rating tgħid illi huwa kawża ta' diversi fatturi, fosthom it-tkabbir ekonomiku qawwi qabel il-pandemija u tnaqqis tad-dejn qabel il-pandemija. Tgħid ukoll li ċ-ċokon tal- ekonomija - vulnerabbli għal żviluppi esterni - u d-defiċits qawwija li ġew irreġistrati huma n-naħa negattiva tas-sitwazzjoni ekonomika kurrenti. Dwar il-qasam tax-xogħol Fitch qalet illi pajjiżna wera' saħħa kbira quddiem il- pandemija Covid-19 u anke l-kriżi tal-enerġija u fakkret li l-Gvern pprovda appoġġ mdaqqas lis-suq tax-xogħol, permezz ta' Wage Supplement "ġeneruża". L-aġenzija qalet ukoll li minkejja li l-Wage Supplement waqfet f 'Mejju, dan ma ħoloqx impatti fuq is-suq tax-xogħol - u dan hekk kif bosta bdew jibżgħu li ż-żieda fl-ispiża tal-pagi tista' twassal għal tkeċċijiet. Fitch qed tbassar li s-sitwazzjoni tal-qgħad tibqa' taħt kontroll, għalkemm tiżdied b'0.2%. L-aġenzija semmiet ukoll l-ispejjeż tas-sussidju li qed joħroġ il-Gvern biex jilqa' għall- għoli fil-prezz tal-enerġija u qalet illi tiem li se jagħmlu tajjeb għal dawn il-flus it-tneħħija ta' miżuri marbutin mal-Covid-19 u tfaddil 'Baġit ta' tkabbir ekonomiku' Jissemma wkoll il-Baġit li għadu kemm tħabbar bl-aġenzija ssejjaħlu "baġit b'attenzjoni espansjonista". Issemmi l-miżuri li tħabbru biex jilqgħu għall- inflazzjoni, iż-żieda fil-COLA, żieda fiċ-children's allowance, ċekkijiet u żieda fl-għajnuniet lil persuni vulnerabbli. Minn naħa l-oħra l-aġenzija Fitch issemmi l-Air Malta bħala waħda mill-inċertezzi fiskali tal- pajjiż u tfakkar li l-Kummissjoni Ewropea għad trid tapprova bailout lill-kumpanija, liema bailout għadu mhux magħruf kemm jista' jkun kbir jew żgħir. Tinnota wkoll iżda li għaddej proċess ta' ristrutturar u anke skemi ta' rtirar kmieni. Kompliet tfakkar ukoll li l-Kummissjoni Ewropea ħadet lil Malta quddiem il-Qorti fuq il-bejgħ taċ-ċittadinanza, skema li jekk titwaqqaf tkun tfisser bejn 0.3% u 0.4% inqas dħul. U finalment dwar il- Greylisting ta' Malta mill-FATF, l-aġenzija tagħti opinjoni xi it jew wisq imħallta. Minn naħa tgħid li l-fatt li Malta tneħħiet mil-lista wara biss sena "illimita r-riperkussjonijiet negattivi." U minn naħa l-oħra fakkret li dan wassal biex Malta tilfet bil-kbir mill-pożizzjoni tagħha fil-World Governance Indicators tal-2021, fost l-akbar tnaqqis ta' pajjiż mid-dinja kollha. Intant fi stqarrija l-Partit Laburista sostna li dan kollu hu xhieda ta' kemm il-politika ekonomika tal-amministrazzjoni preżenti qed tagħmel differenza reali fil-ħajja tal-familji f 'pajjiżna, kif ukoll kif qed tgħin lill-industrija lokali tibqa' kompetittiva. "Il-Gvern qed jinvesti bis- saħħa fil-futur ħalli jiggarantixxi prosperità ġdida u Malta tkompli miexja fid-direzzjoni t-tajba," temm jgħid il-PL. L-aġenzija Fitch tagħti rata ta' A+ lill- ekonomija Maltija, tfaħħar il-Baġit u s-saħħa ekonomika tal-pajjiż imma twissi dwar id- defiċit, l-Air Malta u l-effett tal-Grey Listing