Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 intervista Il-ħajja togħla, il-pagi ma jogħlewx, kontroll u tħallas il-klassi l-medja... Mela fejn qed ... Tkompli minn paġna 11 Issa l-intervista ddur, kif mistenni, fuq il- politika. Farrugia kien Editur tal-gazzetta it-Torċa u ġej minn familja fejn il-missier kien ħaddiem tat-Tarzna. Mela mhux biss Farrugia għandu opinjoni politika, pero' għandu opinjoni u għarfien ċar tal-istorja tal-Moviment tal-Ħaddiema - li jinkorpora prinċipalment lill-Partit Laburista u anke lill- General Workers' Union. Nibdew bl-idea tal-kult tal-persuna. Kellna lil Dom Mintoff, Eddie Fenech Adami u riċentement lil Joseph Muscat - ilkoll meqjusin kważi allat żgħar. Kemm se ndumu nirrigwardaw lill-politiċi qishom xi allat f 'dan il-pajjiż? Farrugia mill-ewwel jirrispondi billi jfakkar li din mhux xi ħaġa ta' Malta u jfakkar f 'Donald Trump. Imma l-ILLUM terġa' tistaqsi: Hu min hu, jew issir fejn issir, ma jħossx li din l-adulazzjoni lejn politiku twassal biss biex tipperpetwa l-injoranza? Huwa qal li lilu, aktar jinkwetah il-fatt li ħafna drabi dak il-politiku li jdawwar lilu nnifsu b'dawk in-nies li jinċensawh ħafna drabi ma jibqax jara u jibda t-triq għal waqa'. "Politiku tajjeb irid ikollu nukkleu ta' nies li lesti jsawwtuh fuq kull ħaġa li jagħmel għax dawn in-nies qed iġiegħluh jaħseb qabel jaġixxi. Għax għal kull azzjoni hemm konsegwenza u deċiżjoni ħażina, dejjem tiġi lura biex tigdmek," saħaq Farrugia mal- ILLUM. L-eks Editur kompla jgħid illi "kull min iħobb partit, moviment jew politiku irid ikun kritiku. Ma tistax tgħid għax dak il-leader mela infallibbli." Imma l-ILLUM tirrimarka illi din l-idea għadha komuni, jekk mhux dominanti wkoll. Huwa jaqbel mal-"komuni" imma mhux daqstant mal-użu tal-aġġettiv "dominanti" u jgħid li din l-idea tonqos u tiżdied, skont iż-żmien. Jgħid li bħalissa fil-fatt naqqset, bl- ILLUM tirrimarka illi dan ġara propju għax Muscat ma baqax Mexxej Laburista imma - mhux neċessarjament għax in-nies iħossu li għandhom "jaduraw" inqas lill-politiku. Huwa kompla jgħid li għad hawn nies li lil mexxej politiku jridu jfaħħruh biss u min jikkritika għalihom huwa "traditur". Filwaqt li jgħid illi din hija mentalità miskina sostna wkoll li din hija mentalità prevalenti f 'soċjetà bħal dik Maltija "fejn ma hemmx stimolu biex wieħed ikun kritiku." Fuq dan il-punt huwa reġa' sostna li l-kritika mhux biss hija tajba imma hija wkoll kruċjali għax turi li hemm alternattiva għal mod kif qed isiru l-affarijiet u anke għat-tajjeb tal-partit u l-mexxej innifsu. Il-PN/PL u l-Knisja... Il-kompassjoni vs. It-tradizzjoni istituzzjonali U la qbadniha fuq il-politika, nistgħu ma nsemmux il-Knisja? Il-Knisja jidher li naqqset sew mis-saħħa "politika" li għandha li tikkonvinċi lin-nies fuq aspetti morali jew fuq aspetti ta' kif in-nies jgħixu ħajjithom, imma xorta għad għandha saħħa fil-komunitajiet u f 'aspetti oħrajn, ma jaqbilx? "Iva ma' ċerta sezzjoni ta' nies..." L-ILLUM twaqqaf lil Aleks u tirrimarka kif din is-sezzjoni tinkludi nies li vvutaw favur drittijiet ċivili bħad-divorzju, li ma ddejqu xejn jivvutaw lill-Partit Laburista meta dan wiegħed Unjoni Ċivili bejn koppji tal-istess sess jew li xorta saħansitra appoġġjaw bil- qawwi lil Dom Mintoff fiż-żmien tal-interdett. Imma li mbagħad xorta jqisu lill-Knisja u l-ħajja parrokkjali bħala waħda importanti. Kif jispjegaha din? Huwa jwieġeb billi jħares lejn l-għeruq proprji tal-Partit Laburista li jgħid illi mhu veru xejn li huma d-dixxidenti tas-soċjaliżmu ewropew, imma li huma influwenzati ħafna aktar mil-Laburiżmu Brittanniku. "Il-Partit Laburista qatt ma kien anti-kapitalista, lanqas fi żmien Mintoff." Huwa jkompli jispjega illi aktar minn kollox il-Partit Laburista dejjem kellu l-idea ta' ġustizzja soċjali li tagħmel tajjeb għad-differenza ta' bejn min għandu u min le. "Filwaqt li l-Partit Laburista huwa iktar "protestant" fis-sens li jmur aktar għall-kelma tal-evanġelju "kont bil-ġuħ u tmajtni..." - per eżempju - il-PN dejjem kellu rabta iktar istituzzjonali mal-Knisja. Jiġifieri l-PN u l-PL kellhom u għandhom l-istess aspirazzjonijiet kristjani imma valuri differenti, tal-kompassjoni versus it- tradizzjoni istituzzjonali." 'L-umanità titraxxendi l-preġudizzju' Farrugia mill-ewwel jisfida l-idea tradizzjonalista u jsemmi d-drittijiet LGBTIQ u jerġa' jmur lura għar-Re Borg. "Mikiel Borg għandu tifla li hija liżbjana. Ġurnalista tistaqsih kif ħadha u jgħidilha illi hu ra biss x'jagħmel lil bintu kuntenta." "Illum ħafna nies tgħallmu - aktar minn qatt qabel sabiex japprezzaw il-valur tal- bniedem, lilhinn mill-orjentazzjoni sesswali jew it-twemmin tiegħu. L-impożizzjoni tal- Gvern Laburista ta' Joseph Muscat li permezz tagħha daħħal l-Unjoni Ċivili imbagħad iż- żwieġ ugwali, għenet ħafna biex seħħew il- bidliet meħtieġa." L-ILLUM tfakkar ukoll li dawn il-bidliet kbar, kienu milqugħin bi it li xejn reżistenza, minkejja li it biss qabel ma bdew jiddaħħlu ħafna lanqas kienu jimmaġinaw li se jsiru. Illum - tmien snin wara - Il-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista u l-ADPD mhux biss jaqblu mal-bidliet leġiżlattivi, talli jwegħdu li jsostnuhom. Huwa wieġeb billi qal li n-nies tgħallmu maż-żmien li persuna LGBTIQ tista' tkun ħuk, ibnek, il-ġar tiegħek... "u jekk inti tara lil bniedem bħala bniedem, lilhinn mill- preġudizzju jista' jkun dik il-persuna li tgħidlek bonġu, li ħassek ħass ħażin u ġiet tgħinek hija persuna LGBTIQ. L-umanità titraxxendi l-preġudizzju." 'F'Malta ma hawnx bżonn ta' lemin estrem... għandna lill-PN u l-PL' U eżatt ma' dan il-punt isemmi persuni ta' ġilda skura. U pront il-gazzetta ILLUM twaqqfu hemm. Semmejna s-saħħa taż-żewġ partiti u ħafna jsemmu il-ħażin tal-partitokrazija. Imma s-saħħa taż-żewġ partiti ma fihiex tajjeb ukoll? Mhux grazzi għal din is-saħħa li f 'pajjiżna qatt ma refa' rasu l-lemin estrem? Farrugia mhux impressjonat b'dan, għax jisħaq li dan ma ġarax mhux għaliex il-poplu rriġetta l-lemin estrem, imma għax kemm il- PN u anke l-PL adottaw l-estrem huma stess meta kienu fil-Gvern. "Il-PN meta kienu fil-Gvern bagħtu arjuplan Eritreani lura pajjiżhom li wħud minnhom sfaw maqtula filwaqt li l-Labour iħallihom jgħerqu. Allura ma hemmx bżonn l-lemin estrem. Il- Gvernijiet tagħna mhumiex differenti minn ta' Meloni fl-Italja ta..." Huwa jgħid ukoll iżda li hemm kontradizzjoni partikolari ta' dik li jsejjħilha "l-iswed tiegħi... Dak li jġorrli x-xirja "miskin", dak li jagħmilli biċċa xogħol "miskin"... għax inħobbu nużaw il-kelma miskin. Għax din hija l-kontradizzjoni, jgħidu li s-suwed dardrulna pajjiż imma mbagħad lill-iswed Tant se nkunu tħanżirna u tkessaħna u qbiżna kull limitu li dawk il-proprjetajiet li qed jinkrew illum se jispiċċaw vojta. Imbagħad min tħanżer illum u min ma rregolax il-ħniżrija jkollu jiffaċċja l-konsegwenzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022