Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Erich Wolfgang Korngold - Kompożitur ta' mużika mill-isbaħ għall-films (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Dan li ġej hu xi tagħrif fuq uħud mill-films li Korngold ikkompona l-mużika għalihom: Of Human Bondage (1934): Bette Davis dawlet il-liżar ċinematografiku bil-parti tagħha f 'Of Human Bondage, l-aktar film prestiġġjuż tal-RKO Radio tas-sena 1934. In-novella ta' W. Somerset Maugham kienet tittratta l-iskjavitù emozzjonali. Philip Carey (Leslie Howard), student tal-mediċina li ġej minn familja sinjura hu ossessjonat f 'Mildred (Bette Davis), mara laxka li sservi l-ikel ġo ristorant. L-istorja tibni għall-final li fih, l-istudent isib il-kuraġġ li jgħidilha li hi tiddisgustah waqt li hi tiżbroffa f 'assalt ta' kliem velenuż, li juri sa fejn kapaċi tasal din ix-xifajk u anke turi d-dgħjufija tiegħu. Wara, tħarbattlu l-appartament, tirrovinalu l-kotba u t-tpinġija. Hawn veru wriet kemm Bette Davis kienet tassew kapaċi tirreċta. Korngold ikkompona mużika li tikkumplimenta l-andament. Dan il-film inħadem ukoll darbtejn wara, 1946 u 1964. Captain Blood. (1935). Wara li kien deher f 'żewġ films f 'partijiet żgħar (seba' minuti kollox), Errol Flynn ġieh iċ-cans meta Jack Warner għażlu bħala l-attur prinċipali f 'Captain Blood. Flynn interpreta l-parti ta' Peter Blood, kirurgu Ingliż li jsir pirata jiġġieled kontra James II u kontra l-Franċiżi, fuq in-naħa ta' William Of Orange. Flynn deher l-aktar f 'sikktu waqt l-azzjoni u miegħu ħadmet Olivia De Havilland ukoll kważi ġdida bħala Arabella Bishop, in-neputija ta' wieħed li għandu ħafna raba' u anki lsiera. Id-dwell bix-xabla bejn Flynn u Basil Rathbone għadu sal-preżent wieħed klassiku. Hu u De Havilland irreċtaw kontra xulxin seba' darbiet. Korngold kiteb mużika li tassew tqanqal l-emozzjoni. Anthony Adverse (1936): Xogħol mimli avventuri dwar żagħżugħ fl-Amerika u l-Messiku tas-seklu tmintax u kif dawn l-esperjenzi mmaturawh. Il-film kien mimli b'koinċidenzi u kumplotti għall-azzjoni speċjalment bix-xwabel. L-atturi huma Frederick March, Olivia De Havilland, Claude Rains, Anita Louise u Akim Tamiroff. Din il-produzzjoni mogħnija b'mużika rikka ta' Korngold, li rebħet l-Oscar, kellha suċċess finanzjarju kbir. The Adventures Of Robin Hood. (1938): Oscar ieħor għal Korngold, b'mużika verament qawwija, l-aqwa film ta' Errol Flynn, bil-kulur, The Adventures Of Robin Hood kien l-aktar film li daħħal flus fl-1938 u jibqa' l-aqwa versjoni dwar l-eroj ta' Sherwood Forrest. Jidhru wkoll Olivia De Havilland, Basil Rathbone, Claude Rains u Patric Knowles. Dan iqisuh aqwa mill- film mutu tal-1922 ta' Douglas Fairbanks. Juarez (1939): It-tliet stejjer ta' Juarez li b'xi mod jintegraw flimkien kienu jirrakkontaw l-attentati ta' dawk ta' madwar Napuljun III biex iġibu lil Messiku taħt ħakma Franċiża, l-imħabba ta' dieqa bejn Massimiljanu, dak li Napuljun poġġieh Imperatur tal-Messiku u Carlotta u l-isforzi politiċi ta' Benito Jaurez biex jillibera lil pajjiżu minn ħakma barranija u jistabillixxi d-demokrazija. Paul Muni hu Juarez, Bette Davis Carlotta, Claude Rains Napuljun III u Brian Aherne Massimiljanu. Ħadem ukoll l-kompatrijott Malti Joseph Calleja. Korngold kiteb 3,000 linja ta' mużika għal dan il-film. The Sea Hawk. (1940): Wara s-suċċess li Errol Flynn kellu b'Captain Blood (1935), il-kap tal-Warner Bros., Jack Warner, ta lill-udjenzi avventura oħra tal-kittieb Raphael Sabatini. L-istorja tal-Kaptan Geoffrey Thorpe (Flynn) u l-atti ta' bla ħsieb tiegħu ta' piraterija kontra l-Ispanjoli tassew taw gost lill- pubbliku. Errol Flynn verament impressjona bil-manjieri ġentili tiegħu fix-xeni tal-qorti li kkontrastaw bil-kbir mal- manjieri atletiċi tiegħu fil-ġlied bix-xabla. Flora Robson reġgħet ħadmet il-parti tar- Reġina Eliżabetta I tal-Ingliterra u Brenda Marshall ipprovdiet ir- r o m a n t i ċ i ż m u waqt din l-attivita' kollha. Il-viljakki kienu Claude Rains u Henry Daniell. Erich Wolfgang Korngold ipprovda wkoll l-aħjar mużika tiegħu, l-aħħar waħda għall-film dwar l-istorja. The Constant Nymph. (1943): Din in-novella miktuba fl-1920 minn Margaret K e n n e d y t i r r a k k o n t a l-istorja tal- k o m p o ż i t u r mhux sodisfatt Louis Dodd (Charles Boyer) li jieħu impieg ta' għalliem ma' familja Brittanika b'tendenzi mużikali ġo post fl-Alpi. Film li jiffoka żżejjed fuq sekwenzi drammatiċi. Jaħdmu wkoll Joan Fontaine, Alexis Smith, Charles Coburn u Peter Lorre. Erich Wolfgang Korngold kiteb mużika tassew impressjonanti u jinstema' wkoll idoqq il-pjanu meta suppost idoqqu Charles Boyer. Film tal- Warner Bros. Dan il-kompożitur kiteb mużika wkoll għal The Green Pastures, The Story Of Louis Pasteur (it-tnejn (1936), Another Dawn u The Prince And The Pauper (it-tnejn 1937), Elizabeth And Essex (1939), The Sea Wolf u King's Row (it-tnejn 1941), Between Two Worlds (1944), Devotion (1944), Escape Me Never (1947) u Magic Fire (1955). Il-mużika ta' dan il- kompożitur tibqa' dejjem stmata fl-annali storiċi ta' Hollywood. (Tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022