Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585
13 intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 kontroll ta' xejn bl-iskuża tas-suq ħieles qed ngħixu aħjar? tiegħi li jagħmili x-xirja, li jagħmilli biċċa xogħol id-dar u jieħu it biss fi ħlas dak champion. Dak ara ma tmissux!" L-istess jgħid li huwa l-każ tas-Sirjani. "L-ewwel ngħidu għax tar-rispett u jaħdem fil-ħin u jagħmel xogħol tajjeb u aħjar mil- Malti - imma mbagħad jekk se tgħid hekk toqgħodx tgħid kontrihom fl-istess ħin." Huwa qal li llum lanqas l-argument li qed jeħdulna xogħolna l-barranin ma għadu jreġi, għax ħafna mill-barranin qegħdin f 'impjiegi li ma hemmx biżżejjed ħaddiema għalihom. "Huwa l-preġudizzju li joħloq l-injoranza u hija s-segregazzjoni ukoll li toħloq l-injoranza," qal Farrugia li sostna wkoll li din mhix realtà ta' Malta biss. 'Anke familja bi dħul ogħla mill-medja trid tagħmel ħafna kalkoli biex tlaħħaq sal-aħħar tax-xahar' F'artiklu li kiteb fuq e Times Farrugia qal illi l-klassi l-medja qed titnaqqar u titfaqqar, speċjalment fid-dawl tal-prezzijiet tal-proprjetà li qegħdin isiru dejjem aktar għoljin maż-żmien. Jiġifieri hu jaħseb li din il-perċezzjoni tal-ġid hija gidba u faċċata? Farrugia jgħid li ħafna minn dak li qed ngħixu fil-fatt huwa faċċata. "Jiena missieri kien jaħdem it-tarzna u ommi kienet mara tad-dar. M'inix ngħid li dan huwa l-aħjar mudell jew li għandna mmorru lura għalih. Jiena qed ngħid li fil- passat (mhux daqstant 'il bogħod) b'din il- formola familja tal-ħaddiema kienet taffordja li xi ħadd jaħdem u xi ħadd jieħu ħsieb lill- familja." Huwa kompla jgħid li meta kien żgħir hu u ħutu miegħu qatt ma marru d-dar u ma sabu lil ħadd jew dejjem marru d-dar u sabu l-ikel jistenniehom u meta kienu jagħmlu l-Homework dejjem kien ikun hemm xi ħadd biex jgħin. Hu jkompli jgħid iżda li llum dan il-mudell spiċċa għax illum - ħlief f 'każi fejn ġenitur jaqla' "eluf kbar" - l-ebda ġenitur ma jista' jibqa' d-dar. "Illum familja bi dħul ogħla mill-medju ukoll iridu jagħmlu ħafna kalkoli biex ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar," qal Farrugia li rrimarka illi aħseb u ara kemm se jkollhom "il-lussu" li jgħinu lil uliedhom jixtru post. "Mela inqas ħin liberu, ħafna minn dak li jaqilgħu aktar in-nies qed jitlaq u ma jkun hemm xejn biex iġġemma, il-ħajja qed togħla, il-pagi ma jogħlewx, kontrolli ta' xejn fuq il- prezzijiet bl-iskuża tas-suq ħieles, mela fejn qed ngħixu aħjar?" Huwa għalhekk reġa' dar fuq l-argument tal-klassi tan-nofs li jfakkar illi hija l-aktar klassi li tħallas u l-inqas li tibbenifika minn servizzi soċjali, "allura - iva - bilfors ikolli ngħid li l-klassi medja qed tiaqar." Imma x'inhuma s-soluzzjonijiet? Il-Gvern ifakkar kemm qed iqassam u jibgħat ċekkijiet biex jgħin... Farrugia jgħid mal-ILLUM li l-politika ekonomika tal-handouts' mhux talli mhux tgħin talli qed issallab aktar lin-nies, għax il-mument li l-Gvern jagħtik €10,000 għall- proprjetà, min ibigħa jgħolliha bi €12,000! 'Iva, hemm bżonn li l-Gvern jikkontrolla... Dak xogħlu' Imma allura x'jagħmel il-Gvern? Ma jagħmel xejn? Huwa qal illi minkejja kull argument f 'pajjiżi kapitalisti tal-punent hemm kontroll tal-prezzijiet tal-proprjetà, fis-sens ta' prezz kull metru kwadru skont il-lokalità u ż-żona. Imma l-gazzetta tirrimarka kif ħafna mhux se jaċċettaw dan f 'isem il-libertà li jgawdu mill-frott tal-proprjetà tagħhom. Farrugia jirriuta dan l-argument u jfakkar kif fil-Kanada trid tħallas għall-art li fuqha tibni u f 'ħafna pajjiżi ewropej trid tħallas taxxa fuq darek. "Issa mbagħad il-Gvern jista' jinċentivak billi jnaqqaslek jew ineħħilek it- taxxa jekk inti tbigħ il-proprjetà tiegħek għal skop residenzjali, bi prezz raġonevoli u mhux għall-ispekulazzjoni." Farrugia jiċħad b'mod assolut l-argument kontra l-kontrolli. "Ma tistax ma tikkontrollax, għax huwa dmir tal-istat li jikkontrolla," jgħid. U jkompli: "Aħna f 'dan il-pajjiż għandna problema kbira biex nimu l-loġika tad- drittijiet. L-ebda dritt ma hu assolut u dritt mogħti lilek mill-istat jingħata fil-kuntest tas- soċjetà madwarek. Mela għandek dritt tbigħ il-proprjetà u tagħmel flus minnha imma l-Gvern għandu joħloq parametri għall-ġid tas-soċjetà kollha kemm hi." 'Min tħanżer u min ma rregolax lil min tħanżer se jiffaċċja l-konsegwenzi' Wasalna fit-tmiem ta' dan l-argument u Farrugia jġib eżempju bil-kirjiet. Huwa jgħid li l-kirjiet għolew kif għolew għax il-mentalità ta' bosta kienet illi ladarba ġejjin il-barranin tal-gaming u s-servizzi finanzjarji bil-flus, "ejja nisolħuhom." Huwa qal li dan se jibqa' jiġri sakemm dawn il-kumpaniji jibdew jaraw li jaqblilhom jgħalqu l-laptop u joperaw mill-Estonja jew il-Polonja - ekonomiji emerġenti, ħafna irħas u demokraziji stabbli fl-UE. "Tant se nkunu tħanżirna u tkessaħna u qbiżna kull limitu li dawk il-proprjetajiet li qed jinkrew illum se jispiċċaw vojta. Imbagħad min tħanżer illum u min ma rregolax il-ħniżrija jkollu jiffaċċja l-konsegwenzi." Aleks Farrugia jisħaq illi qed ngħixu ġo bużżieqa li xi darba se tispiċċa u li biex tibqa' fit-tul hemm bżonn ippjanar fit-tul. "10 snin ilu l-Kanada kellhom l-istess problema ta' żgħażagħ li ma setgħux jixtru proprjetà, bil-banek li ma bdewx isellfu. U kellhom problemi kbar u allura kellhom jirregolarizzaw." (Nhar il-Ħadd li ġej se nippubblikaw il- parti tal-intervista ma' Aleks Farrugia li trattat il-midja u l-ġurnaliżmu) Jakkużaw lis-suwed li dardrulna pajjiż imma mbagħad lil dak li jagħmillhom ix-xirja jew biċċa xogħol id- dar... dak ara ma tmissux. Dak Champion!' Ritratt ta' James Bianchi