Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 oroskopju IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Libra ser tkun ġimgha fejn trid tgħaraf aħjar il-finanzi tiegħek u l-aktar dwar ċerta nfieq li dan l-aħħar bdejt tesperjenza li ma stajtx ikkollok kontroll għal dan. Imma issa trid twettaq bilanċ aktar sod sabiex terġa tkun f 'pożizzjoni aħjar dwar l-infieq finanzjarju tiegħek. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-griż u r-roża. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tiger's Eye. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Scorpio ser tkun ġimgħa fejn tibda tanalizza aħjar il-pożizzjoni tiegħek lejn diversi sitwazzjonijiet. Int taf li qiegħed tesperjenza ċerta problemi li xi kulltant qegħdin ifixxklu l-pjanijiet tiegħek. Għalhekk matul din il-ġimgħa wettaq analiżi profonda ħalli ssib kontroll sinjifikanti. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-blu u l-abjad. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarin. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik l-istess Sagittarius ser tkun ġimgħa ta' perjodu ferm interessanti u ferm pożittiv. Issa li qiegħed tgawdi mill l-istess mument taż-żodjaku tiegħek għaraf aħtaf kull opportunita' sabiex f 'dawn l-erba' ġimgħat tilħaq diversi aspetti li żgur għandom ikunu ta' tkattir għalik personali. Irrifletti. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-oranġjo u l-isfar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius ghalik Capricorn ser tkun ġimgħa li trid iżomm kalm u ma' taġġilx fl-ebda deċiżjoni li int tkun trid tieħu f 'dawn il-ġimgħat li ġejjin. Int taf li hemm deċiżjonijiet jistennewk. Għalhekk barra li ma' tieħux deċiżjonijiet magħġlin aħseb u analizza sew. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-vjola u l-aħmar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Aquarius ser tkun ġimgħa li int trid tagħmel analiżi dwar l-esperjenzi tal-passat. Grazzi għal din l-analiżi int ser tkun f 'qagħda aktar pożittiva dwar il-mixja lejn dak li tixtieq. Il-Passat żommu biss bħala tagħlima u ħares u imxi biss il- quddiem. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-kannella u l-aħmar. Il- kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Pisces ser tkun ġimgħa fejn int trid tevalwa ferm sew dak li int għandek illum ma' dak li tixtieq takwista fil-ġimgħat li ġejjin. Ovvjament taf li dak li hemm riesaq lejk ser ikun ta' responsabbilta' ferm aktar u għalhekk f 'dan il-waqt trid twettaq rifflessjoni profonda. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn : l-oranġjo u l-isfar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste L-EWWEL ĠIMGĦA TAD-DISA' ŻODJAKU TA' SAGITTARIUS MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Aries ser tkun ġimgħa ta' spirazzjoni lejn dawk ix-xewqat li int għandek ġewwa fik. Tibżax tibda twettaq dawn ix-xewqat għax b'hekk int ser tkun qed tħossok riesaq lejn diversi aspetti ġodda. Analizza sew. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-iswed u l-vjola. Il-kristalla ideali għalik għal din il- ġimgħa hi is Saphire. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Taurus ser tkun ġimgħa fejn issa trid turi kemm int kapaċi f 'dawk il-miri li rnexxielek tilħaq. Int taf li kullħadd qiegħed jistenna minnek ċerta riżultati. Għalhekk uri li int vera kapaċi u aktar minn hekk għaraf imxi b'pass għaqli. Kuluri favoriti ma' Taurus huma r-roża u l-isfar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Gemini ser tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar orginazzat. Għalkemm int dejjem imħejji u ppreparat sew, minħabba l-ħafna idejat ovvjament trid iżomm lilek innifsek organizzat u dan jawgura tajjeb sabiex ma jkunx hemm kumplikazzjonojiet. Għalhekk kun imħejji tajjeb għal dak li riesaq lejk. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-aħmar u l-vjola. Il-kristalla ideali għalik għal din il- ġimgħa hi l-Onyx. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Cancer trid tkun ġimgħa ta' aktar dixxiplina miegħek innifsek b'mod speċjali fl-ikliet tiegħek fejn f 'dawn l-aħħar ġimgħat b'dejt tinkwieta minħabba bidla fid-dehra tiegħek. Għalhekk ibda dan iż-żodjaku billi tibda tkun aktar iddixxiplinat għal mod tal-ikliet tiegħek. Għaraf u analizza. Kuluri favoriti ma' Cancer huma l-blu u l-isfar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Leo ser tkun ġimgħa ta' aktar ħeġġa. Dawn l-aħħar ġimgħat bħal qisek tli dik il-ħeġġa li tkun aktar attiv u aktar int innifsek. Dan issa ħallieħ warajk. F'dan il-bidu trid tħares biss lejn il-ġimgħat li ġejjin sabiex terġa tingrana għal aktar stabbilta'. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-oranġjo u lewn id-deheb. Il- kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din l-ewwel ġimgħa tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius għalik Virgo ser tkun ġimgħa li tħejji għal pawża qasira mir-rutina li int andek. Dan l-aħħar bdejt tesperjenza ċerta nuqqas u għalhekk dan huwa l-waqt sabiex tieħu pawża żgħira u b'hekk wara tidħol lura aktar frisk għal ħidma tiegħek li tant tagħtik sodisfazzjon. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-isfar u kannella. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste BIDU TAD-DISA' ŻODJAKU : SAGITTARIUS Resqin lejn l-aħħar ta' dan ix-xahar ta' Novembru u dan iffisser li nħallu warajna t-tmien żodjaku ta' Scorpio u nhar it-Tlieta 22 ta' Novembru nibdew il-fażi tad-disa' żodjaku dak ta' Sagittarius fejn dan iwassalna eżatt sal-bidu ta' l-istaġun tax-xitwa, iġifieri sal-21 ta' Diċembru kif ukoll ftit ġranet il-bogħod mill Milied Iż-żodjaku ta' Sagittarius hemm ħafna x'tikteb pero tajjeb li tkun taf li ħafna jaħsbuħ bħala l-aħħar żodjaku tas-sena minħabba li jwassal sa kważi l-aħħar ta' Diċembru pero dejjem ninforma li il-kalendarju żodjaku huwa differenti mill-kalendarju tax-xhur u fil-fatt ikun baqa tlett żodjaki oħra sabiex jintemm il-kalendarju żodjaku. B'hekk nibda l-informazzjoni bażika propju bis- simbolu fejn tista' tgħid li ż-żodjaku ta' Sagittarius huwa preżentat b'żewġ simboli dak tal- vleġġa u s-simbolu ta' nofs persuna forma umana u nofsa dik ta' krejatura fejn tidher jew forma ta' żimel jew forma ta' ċerfa , it-tfissira tagħhom il-vleġġa skont il-mitoloġija Griega s-sinjifikat tagħha jissimbola dak il-fejqan imsejjaħ Healing li hu mezz ta' fejqan mhux b'kura medika imma huwa mezz ta' fejqan b'meditazzjoni profonda. Is-simbolu tal-vleġġa għandu ukoll it-tieni tifsira dik ta' pont li jagħqad id-dinja tagħna ma' dik imsejjħa l-eternita' spiritwali. Bħal kull żodjaku hemm iż-żewġ qmura li jkollhom diversi aspetti nteressanti waqt li in-new moon ġej eżatt mal-bidu ta' l-istess żodjaku iġifieri l-Erbgħa 23 ta' Novembru, waqt li l-qamar kwinta ser inkunu qegħdin nesperjenzawħil-Ħamis 8 ta' Diċembru meta' dak in-nhar fil-gżejjer Maltin tkun festa pubblika. IKOMPLI Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022