Illum latest edition

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484586

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 23

www.illum.com.mt PAĠNI 14 u 15 €1.25 IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • NRU 839 Saving your money is great. Growing it is even beer. 2.25% p.a. Fixed-term deposit account in Euro for 2 years. → direct The Bank reserves the right to amend or withdraw the product from the market at any time and at its sole and absolute discretion. Terms and conditions apply. The Bank is a participant in the Depositor Compensation Scheme established under the Maltese Laws. Rate is quoted gross of tax on a per annum basis. Accounts can be opened with a minimum of €100. Interest is paid into a savings account. MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, is licensed by the Malta Financial Services Authority under the Banking Act (Cap. 371). 2557 4400 medirect.com.mt PAĠNI 8 u 9 'Mhu veru xejn li rridu l-ewtanażja għal persuni b'diżabilità jew bi problemi ta' saħħa mentali' Il-monumenti, l-oqbra u l-istorja. Eman Bonnici jdawwarna mal-akbar "belt" f'Malta: Iċ-Ċimiterju tal-Addolorata PAĠNA 10 Sigħat qabel emendi dwar abort f'każ meta s-saħħa tal-omm tkun f'periklu serju jitressqu quddiem il-Parlament, Bernard Grech jirrifjuta li jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu Mil-lum: Għajnejn id-dinja fuq il-Qatar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni rriuta li jagħti l-opinjoni tiegħu - anke jekk fuq il- prinċipji - tal-emendi li se jressaq il-Gvern għada it-Tnejn quddiem il-Parlament u li jitrattaw it- terminazzjoni tat-tqala meta saħħet il-mara tkun fil-periklu. Il-gazzetta ILLUM staqsiet, b'mod ċar, lil Grech jekk hu - personalment - huwiex favur jew kontra l-abort fil-każ fejn il-ħajja tal-mara tkun f 'periklu imminenti - speċjalment f 'każ ta' Ectopic pregnancy fejn sal-lum ommijiet iridu jistennew deċiżjoni ta' bord à skapitù ta' ħajjithom. Għal dan il- Kap tal-Oppożizzjoni ma weġibx. Il-gazzetta staqsiet ukoll lil Grech jekk fid-dawl tal-fatt li l-Istatut tal-PN jitkellem bl-aktar mod ċar favur il-ħajja u kontra l-abort f 'kull każ, pożizzjoni favur l-emendi tal-Gvern tkunx tfisser illi l-PN qed jikser l-istatut tiegħu stess. Għal dan il-Kap tal-Oppożizzjoni ma weġibx. U finalment din il-gazzetta staqsiet lil Grech jekk iltaqax biex jiddiskuti din il-materja jew jekk għandux laqgħa skedata biex jiddiskuti. Għal dan il-Kap tal-Oppożizzjoni wieġeb billi fakkar li sa issa l-Gvern għadu ma ppubblikax l-emendi u li l-PN se jagħti kumment biss wara li jkunu pubbliċi l-emendi u ssir id-diskussjoni fi ħdan il-PN. Minkejja li Grech allura għad ma għandu ebda pożizzjoni - jew għallinqas ma jridx jagħmilha pubblika - dawn l-emendi se jersqu għall-Ewwel Qari quddiem il-Parlament it sigħat oħra biss. Din il-materja mistennija tqanqal diskussjoni qawwija u anke diżgwid fil-PN li fil-fatt huwa l-uniku partit f 'pajjiżna illi jsemmi pożizzjoni kontra l-abort fl-istatut, xi ħaġa li fil-fatt saret taħt it-tmexxija ta' Adrian Delia. Filwaqt li l-Labour dejjem żamm 'il bogħod mis-suġġett, f 'intervista ma' e Sunday Times ġimagħtejn ilu l-PM Robert Abela irrikonoxxa li mijiet ta' nisa diġà qed jagħmlu l-abort billi jikkunsmaw pilloli abortivi, iżda mistoqsi jekk hux se jdaħħal l-abort huwa wieġeb fin- negattiv u qal li ma għandux mandat biex jagħmel dan. L-ADPD flimkien ma' VOLT huma l-uniċi żewġ partiti fil-pajjiż li huma favur l-legalizzazzjoni tal-abort. Din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar li se jagħmel emendi fil-Liġi li permezz tagħhom tabib ikun jista' - legalment - jittermina tqala, meta din issir ta' periklu għall-omm. Ara Editorjal f 'paġna 21 GRECH BLA POŻIZZJONI

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 20 November 2022