aħbarijiet
03
illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022
Splużjoni kbira li seħħet fil-Kamra tan-
Nar ta' San Ġużepp f 'Ħal Kirkop, ħalliet
persuna bla ħajja: Nardu Camilleri -
voluntier li jaħdem il-logħob tan-nar - u
oħrajn bi ġrieħi.
L-isplużjoni seħħet it wara is-7:00 a.m
b'bosta nies - inkluż residenti f 'Birżebbuġa
jgħidu ma' dan is-sit u jiktbu fuq il-midja
soċjali li l-isplużjoni kienet waħda kbira.
Kelliem tal-Pulizija - it wara l-isplużjoni
- qal lis-sit illum.com.mt li minkejja li
t-tfittxija kienet bdiet, din kienet għadha
qed isir fuq il-parametri tal-post, hekk kif
numru ta' murtali baqgħu jieħdu u allura
l-post ma kienx sigur biex il-Membri tas-
CPD jidħlu jagħmlu t-ttxija fil-qalba tas-sit
fejn seħħet din l-isplużjoni.
Sfortunatament, iktar tard mal-għodwa,
hekk kif f 'xita qliel, kienu għaddejjin it-
tfittxijiet instab Camilleri mingħajr ħajja.
Kien fil-fatt il-Każin ta' San Ġużepp tal-istess
lokalità li ħabbar il-mewt traġika ta' dan ir-
raġel, li fil-fatt kien diġà weġġa' f 'inċident
ieħor snin ilu.
Apparti mill-vittma, raġel ta' 45 sena li
kien ukoll fil-kamra fil-ħin tal-isplużjoni
u żewġ irġiel oħra ta' 63 u 72 sena ittieħdu
l-isptar, bl-ewwel tnejn isofru minn ġrieħi
ħfief u dak tal-aħħar ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
Splużjoni taħsad lill-Koppin, tinstema' minn
ħafna bnadi u tħalli persuna bla ħajja