Illum previous editions

ILLUM 27 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 Audrey Friggieri hija l-Kummissarju dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru Audrey Friggieri opinjoni IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Il-Vjolenza Domestika hi affari ta' kulħadd! A ħna lkoll niddependu minn xulxin biex ngħixu f 'din id-dinja. Bħala individwi aħna stess nid- dependu fuq ħafna affarijiet sabiex niffunzjonaw fil-ħajja tagħna ta' kul- jum. Niddependu fuq ikel bnin kull meta jaqbadna l-ġuħ, niddependu minn saħħitna u l-kapaċitajiet tagħ- na, niddependu fuq serħan il-moħħ finanzjarju, fuq l-għarfien li aħna maħbubin, almenu minn xi ħadd f 'ħajjitna. Il-lista twila ħafna. Meta nikkunsidraw dan kollu, nistgħu nimu s-serjetà ta' sitwazzjoni fejn aħna, jew xi ħadd viċin tagħna, ikun qed jiġi vvittimizzat - abbużat ġewwa daru, fuq il-post tax-xogħol, jew x'imkien ieħor. Billi aħna naffettwaw lil xulxin, din it-tbatija taffettwa mhux biss lill-persuna milquta, iżda wkoll lil dawk kollha li jmissu magħha b'xi mod. L-Għaqda Dinjija għas- Saħħa (WHO) tinfurmana li l-konsegwenzi tal-vjolenza domestika fuq is-saħħa tagħna huma immedjati, serji u jibqgħu jaffettwawna tul ħajjitna tant li jafu jkunu kroniċi jew saħansitra fatali. bħal meta jitwettaq femiċidju, pereżempju. Din it-traġedja għadha kif ġrat fostna f 'dawn l-aħħar jiem fejn Bernice Cassar ġiet maqtula fi triqitha lejn ix-xogħol mill-ex- żewġha. Dan il-femiċidju ħalliena lkoll mingħajr kliem, u jerġa' jfakkarna f 'kemm għad baqagħlna x'naqdfu bħala soċjeta' biex tinqered minn fostna l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Ir-riċerka turina li iktar ma jkun sever l-abbuż, iktar ikun serju l-impatt fuq is-saħħa fiżika u mentali ta' min jiġi vvittimizzat – nisa u bniet fil-maġġorparti tal-każijiet, iżda wkoll it-tfal li jkunu preżenti.. Dawn l-effetti koroh jistgħu jibqgħu jinħassu għal ħafna żmien wara li l-abbuż ikun waqaf. Il-konsegwenzi tal-vjolenza domestika jkunu wkoll eħrex meta dawk ivvittimizzati jgħaddu minn iktar minn forma waħda ta' vjolenza jew abbuż, pereżempju minn taħtlita ta' abbuż fiżiku, sesswali, emozzjonali u finanzjarju. Il-vjolenza domestika taffettwana lkoll, u għalhekk proprju x-xogħol intensiv u bla waqfien tal- Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika fit-twettiq tal-Istrateġija Nazzjonali kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, skont il-Konvenzjoni ta' Istanbul li Malta rratifikat fl-2014. Kif il-vjolenza domestika taffetwa lill-vittma, lit-tfal, il- post tax-xogħol... Forsi nista' nuża l-metafora tan- nirien biex nispjega għaliex qed ngħid li l-vjolenza domestika hi affari ta' kulħadd, peress li jekk ħadd ma jinduna bihom u jieħu azzjoni, jibqgħu jinfirxu u jikkunsmaw kull ma jsibu madwarhom. Ejja nieħdu eżempju komuni mill-ħafna każi studjati fir-riċerka (għalkemm nixtieq nemfasizza li kwalunkwe persuna tista' tiġi vvittimizzata fid- dinamika tal-vjolenza domestika: irġiel, nisa, persuni LGBTIQ+, persuni li jgħixu b'diżabbilità, etċ...): il-każ ta' mara li l-sieħeb tagħha jumiljaha kuljum, anke quddiem it-tfal tagħhom, isegwilha l-passi tagħha, ibeżżagħha, jordnalha x'tilbes u fejn tmur, u jbegħdha minn ħbiebha, mill-ġenituri, u minn ħutha. Din il-mara qed tgħix fi stat ta' ansjetà u biża', anke minħabba s-saħħa u s-sigurtà ta' uliedha; hija spiss tħossha ma tiflaħx, tieħu s-sick leave, qed tmur ix-xogħol anzjuża, beżgħana, għajjiena, u allura se ssib diffikultà biex tikkonċentra u tagħmel xogħolha sewwa; hija ma titkellimx, jew titkellem mill-inqas mal-familjari tagħha, minħabba dak li qed jagħmlilha s-sieħeb tagħha, u allura din il-familja hija mifruda; uliedha qed jaraw il- vjolenza fid-dar, mhumiex jorqdu sew, qed jibżgħu li meta jmorru lura d-dar ommhom se jkun ġralha xi ħaġa, ma jridux imorru l-iskola biex jibqgħu magħha, ma jistgħux jikkonċentraw fuq it-tagħlim fil- klassi, jagħmlu taħthom l-iskola, ifallu spiss, ma jagħmlux ix-xogħol mitlub minnhom bħala studenti, ma joqgħodux attenti u spiss ma jġibux ruħhom skont ir-regolamenti tal-iskola, ikunu rrabjati u/jew imdejqin u inkwetati, ġieli jaqilgħu kastigi l-iskola minħabba imġiba ħażina għax ħadd ma jkun jaf minn xiex huma għaddejjin. Fl-iskola dawn l-istudenti jieħdu ħafna mill-enerġija u r-riżorsi tal-edukaturi li jfittxu li jiddixxiplinawhom, speċjalment meta ma jkunx hemm informazzjoni u għarfien dwar is-sitwazzjoni fid-dar ta' dawn it- tfal. Fl-iskola nnifisha jkun hemm atmosfera ta' inkwiet ikkawżata mill-imġiba inkwetanti ta' dawn it-tfal, li sadanittant qed jikbru u se jsibu ruħhom fid-dinja tax-xogħol immarkati minn dawn l-esperjenzi ta' uġigħ u tbatija tul tfulithom u żgħożithom. L-aggressur innifsu qed ibati għax konxjament jew le, qed ikisser lil familtu stess, qed jagħmel ħsara lill- uliedu stess, lil dawk li suppost tant iħobb. Qed ikun kaġun ta' ħafna ħsara u tbatija madwaru, u jekk ma jiġrix xi ħaġa fejn huwa jirrealizza x'qed jagħmel, u jirċievi l-għajnuna li jeħtieġ, jista' jkompli jaggredixxi partners futuri u joħloq straġi fil- familji. Il-vjolenza domestika tifrex għanqbuta, bl-aggressur fiċ-ċentru, u xi drabi toqtol, ukoll. Madwar id-dinja eluf ta' nisa jinqatlu għal diversi raġunijiet Għalkemm il-kelma 'omiċidju' ġejja mil-Latin 'homicidium' ('homo' tfisser raġel u 'cide' tfisser qtil), il-kelma dejjem kienet użata għall-qtil tal-bnedmin, irrispettivament mill-ġeneru tal- persuna. Maż-żmien ħarġu termini oħra biex jiddiskrivu omiċidji partikolari, bħal 'użorċidju', li jfisser il-qtil tal-mara minn żewġha. Daħlet ukoll il-kelma 'matriċidju', li jfisser il-qtil tal-omm minn xi ħadd minn uliedha. Il-kelma femċidju intużat għall-ewwel darba fl-1801, fl-Ingilterra, fejn l-attenzjoni ġiet iffukata fuq fattur importanti – il- kunċett tal-ġeneru fil-motivazzjoni jew raġuni għall-qtil (Attard, 2020). Iktar riċenti, din is-sena ġie deċiż li l-kunċett tal-femiċidju jkun inkluż fil-liġi ta' Malta – fenomenu li huwa l-iktar forma estrema ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru. Din l-emenda neċessarja nibdet wara li għal ammont ta' snin ħareġ biċ- ċar li f 'pajjiżna hawn żbilanċ bejn ir-raġel u l-mara. Huwa sinifikanti l-fatt li fi 30% tad-delitti marbuta mal-femiċidju li ġraw f 'Malta tul dawn l-aħħar 200 sena, kien proprju r-raġel tal-mara jew qarib tagħha li kkommetta d-delitt. L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO) tgħid li globalment huma n-nisa li l-iktar huma fil-periklu li jinqatlu minn persuna viċin tagħhom – minn 30% sa 70% tal-qtil f ' pajjiżi varji madwar id- dinja jkun minn irġiel fuq mara li jkollhom relazzjoni magħha. F'ċerti pajjiżi fid-dinja n-nisa ġieli jinqatlu minn membri oħra tal-familja f 'isem 'l-unur tal-familja', meta jkun hemm imġieba meqjusa mhux xierqa, li spiss ikunu relatati mas-sesswalità. Fl-Indja nsibu li nisa li għadhom kemm jiżżewwġu ġieli jinqatlu mill-familjari tar-raġel minħabba diżgwid fuq id-dota. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tkompli tgħidilna li finalment in-nisa jistgħu jmutu f 'inċidenti kkawżati minn elementi kriminali, bħal ma jinqatlu rġiel ukoll, u allura hawn ma nitkellmux dwar il- femiċidju. Madanakollu, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tiġbdilna l-attenzjoni fuq każijiet inkwetanti ta' qtil sistematiku ta' nisa, speċjalment fl-Amerika Latina. 'Il-vjolenza domestika hi affari ta' kulħadd' Minn dan kollu nistgħu nindunaw kemm verament il-vjolenza domestika, inkluża l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, hi affari ta' kulħadd – bħala soċjetà għandna noħduha bl-ikbar serjetà fuq kull livell, u nikkumbattuha b'kull mezz li għandna, għax tista' taffettwana lkoll f 'xi żmien jew ieħor. Ma taffettwax biss lill-persuna vvittimizzata, iżda wkoll lil kull min huwa viċin tagħha; xi it bħal marda tittieħed din ukoll - it-tbatija tinħass minn diversi nies oħra, tkisser ir-relazzjonijiet eżistenti u tagħmel ħsara kull fejn tmiss. Barra minn hekk, hija timmultiplika ruħha, jekk ma jkunx hemm intervent effettiv u f 'waqtu li jwaqqaa għalkollox. Dan jiddependi minna lkoll fil-ħajja ta' kuljum, u anke mis- servizzi effiċjenti li jaċċertaw li jkun hemm strutturi b'saħħithom ta' prevenzjoni, protezzjoni, u prosekuzzjoni, kif ukoll ħidma flimkien bejn l-imsieħba soċjali kollha involuti. Ċempel 179 jekk int jew xi ħadd li taf għaddejjin minn abbuż domestiku jew abbażi tal-ġeneru. Ċempel 112 f 'każ ta' emerġenza.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2022