Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
09 illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 FIFA World Cup Qatar 2022 ħafna drittijiet imma xorta qed nibqgħu narawha 6,500 ħaddiem. Ħafna ħaddiema oħra mietu "mewta naturali", anke jekk dawn kienu fi ur ħajjithom u kellhom saħħa fiżika tajba. Fil-fatt 80% tal-ħaddiema Indjani mietu minħabba li s-sistema respitorja u dik kardjovasikulari fallew u għaldaqstant il-Qatar qal li mietu "b'mod naturali." Riċerka ikkummisjonata mill- Organizzazzjoni għall-Ħaddiema Internazzjoni għall-Ġnus Magħquda żvelat li, minn tal- inqas, erba' xhur mis-sena dawn il-ħaddiema jkollhom jaħdmu fi sħana intensiva. B'hekk dawn għandhom ċans kbir li jiġu esposti għal hyperthermia, jiġifieri meta t-temperatura tal- ġisem taqbeż it-38grad. Dan l-istudju indika wkoll li 40% tal- ħaddiema ta' spiss ikunu neqsin ħafna mill-ilma (dehydrated) sal- aħħar tal-ġurnata ta' ħidma. Dan il-persentaġġ żdied għal 74% fil-każ ta' raħħala u bdiewa. Madankollu l-uffiċjali tal- Qatar qalu li dawn il-ħaddiema għandhom aċċess għall-kura tas- saħħa tajba u b'xejn u li fl-aħħar deċenju l-inċidenza ta' imwiet ta' dawn l-istess ħaddiema, li jekk ma tridx il-Qatar isejħilhom "mistednin", naqset minħabba r-riformi fi ħdan il-liġijiet li jitrattaw is-saħħa u s-sigurtà. Intant din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tad- drittijiet tal-bniedem fil-Qatar. Il-Membri EwroParlamentari (MEP) ikkundannaw l-imwiet ta' eluf ta' ħaddiema migranti p r i m a r j a m e n t fis-settur tal- kostruzzjoni li għenu lill-pajjiż iħejji għall- kampjonat, kif ukoll dawk kollha midruba. Il-Parlament jemmen li sabiex jiġu protetti l-atleti u l-partitarji u jintemm l-isportswashing, l-avvenimenti sportivi internazzjonali m'għandhomx jingħataw lil pajjiżi fejn jinkisru d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem u fejn il-vjolenza sessista sistematika hija prevalenti. Kien għalhekk li l-MEPs appellaw lill-FIFA biex jikkontribwixxu għal programm komprensiv ta' rimedju għall-familji tal-ħaddiema bħala kumpens għall- kundizzjonijiet li ġew soġġetti għalihom. '€10.7 miljun f 'tixħim biex jirbħu l-ewwel logħba' Il-Qatar għadha ma tgħallmitx mill-kontroversji ta' korruzzjoni u trattament diżuman li ħammrulha wiċċha. Prova ta' dan huwa li it sigħat qabel l-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja, inqabdu jippruvaw jagħmlu forma oħra ta' korruzzjoni. L-awtur u l-espert għall- Affarjiet Politiċi Amjad Taha allega li l-Qatar ipprova jxaħħam lil tmien plejers tal-Ekwador b'xejn inqas minn €10.7 miljun, bil-għan li jħalluhom jirbħu. Taha ikkonferma ma' ħames persuni min-naħa tal-Qatar u tal-Ekwador li l-Qatar xtaqu li jirbħu (1-0) lil dan it-tin u jitħallew jiskurjaw fit-tieni parti tal-logħba. Intant il-Kowċ tat-tim tal-Qatar Felix Sanchez ċaħad dawn l-akkużi. Fil-fatt ir-riżultat ma kienx favurihom. "Il-Qatar anke l-udjenza xtrat!" Il-lista tal-kritika tkompli tiżdied u diversi nies fuq il-midja soċjali akkużaw lill-Qatar li xtraw ukoll lill-udjenza li kien hemm fl- istadium. Gazzetta Ġermaniża irraportat dan kollu u qalet li l-Qatar ħallas biex numru ta' segwaċi tal-futbol internazzjonali jattendu. Fil-fatt dan ġie ikkonfermat mill-Kumitat Suprem li kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-kampjonat li ħallas it-titjiriet, l-akkomodazzjoni u flus għall- infieq lil 1,600 persuna minn madwar id-dinja. Hekk kif dawn prattikament marru jaraw it-tazza tad-dinja b'xejn, il-pajjiż talabhom biex jippromwovu l-kampjonat fuq il- midja soċjali. X'inhu sportswashing? Diversi ġurnalisti sportivi minn madwar id-dinja qed jakkużaw lill-Qatar u lill-FIFA bi sportswashing biex "inessu l-inġustizzji u l-kontroversji kbar" li nħolqu f 'dan il- kampjonat. Wieħed ma jistax jiċħad il-fatt li fid-dawl ta' dawn il-kontroversji kollha, in-nies xorta għad għandhom ħeġġa kbira biex isegwu t-tazza tad-dinja. U dan jagħmel il-proċess tal- isportswashing, aktar faċli. Id-dizzjunarju jirreferi għal din it- terminoloġija bħala persuni, entitajiet jew kumpaniji kontroversjali li jużaw l-isport - parti kbira mill-kulturi kollha ta' madwar id-dinja - biex jipprovaw jaħbu jew inessu l-kontroversji kbar, speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu ma' abbuż u ksur ta' drittijiet umani. Ħafna jqisu l-isportswashing ukoll bħala l-immaniġġjar tar-reputazzjoni ta' xi entità, pereżempju hemm min jgħid li hekk ġara meta mhux wisq 'il bogħod mill-Qatar, fl-2021 it- tim Ingliż Newcastle United ġie mixtri b'mod uffiċjali għal €400 miljun mill-Arabja Sawdija, preċiżament mill-Fond Pubbliku għall- Investimenti tal-Arabja Sawdija. Din kienet kontroversjali għal numru ta' raġunijiet, inkluż il-fatt li dawn il-fondi kellhom rabta mal- Familja Irjali tal-Arabja Sawdija, b'mod speċjali l-Prinċep Mohammed bin Salman, li ordna l-eżekuzzjoni tal-ġurnalist Jamal Khashoggi. Mela hawnhekk l-akkuża hi li l-Familja Irjali tal-Arabja Sawdija għamlet dan l-investiment propju biex tnessi l-involviment ta' membru tagħha fi qtil mill-aktar kontroversjali u li ħammar wiċċ il-pajjiż. Dan apparti l-kultura tal-pajjiż li huwa kontra l-kommunità LGBTIQ+, it-trattament tan-nisa, tal-ħaddiema immigranti u l-attitudni lejn l-Iżrael. Minkejja li t-terminoloġija nnifisha ġiet żviluppata riċentament, it-tattika innifisha kienet użata mid-Dittatur Adolf Hitler fil- logħob Olimpiku fl-1936 biex jippromwovi r-razza Arjana - jiġifieri razza ta' persuni li għalih kienu puri u kellhom valuri ideali għall- pjanijiet tiegħu - biex inessi l-abbuż li kien qiegħed isir fil-pajjiż f 'dak il-perjodu. 'Minkejja l-allegazzjonijiet, is-segwaċi jibgħu leali' B'mod ġenerali, is-segwaċi sportivi jibqgħu leali, minkejja l-allegazzjonijiet li jistgħu itappnu r-reputazzjoni tat-tim jew il-klabb favorit tagħhom. Dan irriżulta minn studju ikkummissjonat minn e Conversation, ġurnal akkademiku li fih eżamina r-relazzjoni bejn is-segwaċi tal-futbol u t-timijiet favoriti tagħhom u kif din taffettwa l-identità tagħhom. Irriżulta li minkejja l-allegazzjonijiet, fil- każ ta' sportswashing u anke oltrè minn hekk, is-segwaċi jibqgħu leali lejn it-timijiet anke jekk ikun hemm allegazzjonijiet kbar. Dan għaliex meta s-segwaċi joħolqu konnessjoni qawwija mat-tim, jinjoraw il-kritika li jkun qed jiriċievi t-tim jew il-klabb stess, bil-għan li jipproteġu s-sens qawwi tal-identità tagħhom li tagħmilhom segwaċi leali. Mhux ta' b'xejn li analisti politiċi lokali jgħidu li r-relazzjoni ta' ħafna Maltin mal-partit "tagħhom" qisha dik ta' partitarju sportiv lejn il-klabb tal-futbol "tiegħu." Fil-fatt dan l-istudju indika wkoll li l-etika u r-responsabilità ta' klabb ma jagħtihx aktar valur f 'għajnejn il-partitarji l-aktar ħorox tiegħu. Dan iwassal biex il-klabbs u l-entitajiet sportivi jkollhom it ħeġġa jbiddlu l-prattiċi ħżiena tagħhom la darba ċ-ċapċip u l-ammirazzjoni se jibqgħu jaqilgħuhom xorta. It-tim tal-Ekwador jirbaħ l-ewwel logħba kontra l-Qatar li fetħet it-Tazza tad-Dinja Il-Prinċep Mohammad Bin-Salman