Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 23

www.illum.com.mt PAĠNA 6 €1.25 IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 • NRU 842 Għal snin mistur minn siġra... Il- qabar taż-żagħżugħ eroj li miet biex isalva lil sħabu Negozju fil-Milied: 'Hawn tħassib iżda s-sidien tal-ħwienet ottimisti u pożittivi għal bejgħ tajjeb' PAĠNI 14 u 15 ANTHEA CACHIA Il-qtil ta' Bernice Cassar ħasad lil Malta kollha, iżda l-emozzjonijiet waħedhom mhux se jimplimentaw il-bidla biex nipprevjenu xi traġedja oħra. Mal-gazzetta ILLUM il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca tisħaq li s-sistema falliet. "Is-sistema falliet, bla dubju ta' xejn. Għandna bżonn bidla fil-kultura ta' kif nagħmlu l-affarjiet. Il-liġi tal-femiċidju hi importanti iżda ma nistgħux nistrieħu fuq il-liġijiet biss," qalet Coleiro Preca. Qalet li bħala poplu għandna nammettu li għandna mentalità u kultura patrijarkali u li filwaqt li kien hemm ħafna inizjattivi tal-Gvern, qalet li dawn "mhumiex biżżejjed." Apparti minn hekk hija qalet li pajjiżna għandu problema ta' rabja. Fil-fatt qalet li jekk tkun qiegħed issuq u tinzerta lil xi ħadd mgħaġġel, malajr taqla xi għajta. "Kemm il-kwistjoni kellna fit-toroq? Din ukoll qed tirrifletti r-rabja tagħna. Għandna sens kbira ta' rabja u hemm lok li nirriċerkawha u nindirizzawha." Hawn l-ILLUM twaqqaa u tistaqsiha kieku kienet liebsa ż-żarbun ta' Robert Abela u għaldaqstant hi Prim Ministru, x'kienet tagħmel biex tindirizza dawn in- nuqqasijiet, li hi tenniet tant li għandna bżonn nindirizzaw? Coleiro Preca wieġbet li hemm żewġ modi ta' kif naffaċċjaw din is-sitwazzjoni: Soluzzjonijiet li għandhom jittieħdu mil-lum għal għada biex iħallu frott malajr u soluzzjonijiet oħra li r-riżultati tagħhom jintlaħqu maż-żmien. "Ma nistgħux nibqgħu nistennew. Kif jista' jkun li 1,400 każ pendenti jinstemgħu quddiem Maġistrat wieħed biss? Il-loġika tgħidlek li persuna waħda mhux biżżejjed. Anke tnejn jew tlieta addizzjonali mhux biżżejjed. Din il-kwistjoni nnifisha, tirrifletti l-problema li għandna," spjegat Coleiro Preca. Intant kif irraporta is-sit illum. com.mt ilbieraħ Coleiro Preca irriutat li twieġeb il-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta dwar l-emenda li qed iressaq il-Gvern, jiġifieri dik li tagħti s-setgħa lit-tobba li jitterminaw it-tqala f 'każ li kumplikazzjonijiet tat-tqala jistgħu jirriskjaw il-ħajja tal-omm. TKOMPLI F'PAĠNA 8 'IS-SISTEMA FALLIET' Emenda Abort: Rapporti, analiżi u opinjoni ARA PAĠNI 3, 10, 11, 12, 13, 18 U 19 Fir-ritratt: Andrea Prudente

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022